Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma tal-MEPA biex iżjed vapuri jkunu jistgħu jiġu mgħarrqa fl-ibħra tagħna biex iservu ta' attrazzjoni għall-għaddasa li jiġu fostna?
Meta huwa maħsub li jistgħu jiġu mgħarrqa iżjed vapuri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħalissa l-applikazzjonijiet pendenti ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħdin jiġu pproċessati wara li l-operaturi wettqu l-obbligi pendenti marbuta mal-permessi li kellhom fuq applikazzjonijiet preċedenti. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ukoll ltaqgħet mal-Malta Marine Foundation u rappreżentanti tal-Ministeru tat-Turiżmu, fejn ġew iggwidati biex huma joħolqu strateġija dwar dawn l-istrutturi billi jikkunsidraw l-elementi kollha kemm ambjentali kif ukoll dawk relatati ma’ l-ippjanar.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16184, jista' il-Ministru jgħid meta l-MEPA ser issolvi l-problema msemmija biex jgħaddi d-drenaġġ fl-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li dan il-proġett qed jiġi ttrattat permezz ta' Planning Control Application numru PC35/03. Fl-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni jirriżultaw li kien hemm diffikultajiet li ħadu xi ftit taż-żmien biex tinstab soluzzjoni soddisfaċenti għalihom minħabba problemi ta' ilma u drenaġġ, kif ukoll bini antik li jinsab f'żona ta' konservazzjoni urbana. Xi wħud minn dawn id-diffikultajiet diġa ġew indirizzati ma’ l-aġenziji kkonċernati imma għad fadal xi diffikultajiet li jridu jiġu riżolti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm annimali ġewwa l-farm ta' l-għammieri llum u għaliex qegħdin hemm? Xi jsir minnhom meta d-dipartiment ma jkollux bżonnhom aktar? X'sar minn dawn l-annimali fl-aħħar għaxar snin u kemm kien in-numru tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.
Produzzjoni taċ-ċanga — Sussidju fuq dawl/ilma/fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15848, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni taċ-ċanga sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15495.
Produzzjoni ta' l-Uċuh tar-Raba' — Sussidju fuq Dawl/Ilma/Fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15846, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-uċuh tar-raba' sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16071.
Produzzjoni tal-Bajd Frisk — Sussidju fuq Dawl/Ilma.Fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15845, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni tal-bajd frisk sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16071.
Produzzjoni tat-Tjur — Sussidju fuq Dawl/Ilma/Fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15843, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni tat-tjur sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16071.
Qasam Industrijal ta' Ħ'Attard — Xogħlijiet ġewwa fabbrika
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru f'fabbrika fl-industrial estate ta' Ħ'Attard li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inkluż il-bini ta' tliett iċmieni ġodda, hux kopert bil-permessi meħtieġa, għax din il-fabbrika qegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti tal-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-fabbrika msemmija huma koperti bil-permess PA1964/02. Iċ-ċmieni li għalihom saret referenza huma imwaħħlin fuq faċċata interna ġo l-area industrijali u għalhekk ma kellhomx bżonn permess ta' żvilupp.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali li nżammu kwarantina din is-sena? X'tip kienu? Kemm minnhom mietu waqt iż-żamma u kemm insterqu? X'tip kienu dawk li mietu u dawk li nsterqu u x'forma ta' kumpens ngħataw is-sidien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għall-perjodu mill-ewwel ta’ Jannar sa t-tletin ta’ Settembru 2005 (01.01.05 – 30.09.05) l-ammont ta’ annimali domestiċi, jiġifieri klieb u qtates, li ġew minn pajjiżi li jikkwalifikaw, u ddaħħlu Malta bir-rekwiżiti neċessarji ta’ “l-Iskema ta’l-Annimali li Jivvjaġġaw” kien ta’ 116. Dawn l-annimali domestiċi tpoġġew fil-Kwarantina ta’ l-Annimali żgħar f’Ħal-Luqa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u Pinto Wharf, fil-Port il-Kbir.
Ninsab ukoll infurmat li l-ammont ta’ annimali domestiċi li joriġinaw mill-Pajjiżi kwalifikanti li ddaħħlu Malta, iżda ma ssodisfawx ir-rekwiżiti ta’ l-Iskema ta’ l-Annimali li Jivvjaġġjaw, u tpoġġew kwarantina għal perjodu definit kien ta’ 115.
L-ammont ta’ annimali domestiċi li joriġinaw minn pajjiżi li ma jikkwalifikawx, u għalhekk kellhom jinżammu sitt xhur fil-kwarantina kien ta’ 3.
Ta’ min jgħid li ma miet ebda annimal minn dawk li daħlu Malta waqt li kienu qed jinżammu l-kwarantina matul is-sena 2005. Iżda żewġt iklieb li ġew importati flimkien mill-Greċja u baqgħu miżmumin l-kwarantina għal tletin ġurnata, insterqu qabel id-data ta’ meta suppost inħarġu mill-kwarantina. Dan il-każ ġie investigat minnufih mill-pulizija u l-każ tressaq ukoll quddiem it-Tribunal għat-Talbiet Żgħar.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-meat and deboning section fil-biċċerija tal-Marsa hija magħluqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li qed jitħejja dokument biex it-Taqsima ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, tilqa' espressjonijiet ta' interess mingħand individwi jew organizzazzjonijiet sabiex imexxu fuq bażi kummerċjali id-Deboning Section fl-istess Diviżjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15831 jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-verifiki meħtieġa waqgħu daqstant lura?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-verifiki ħadu ż-żmien minħabba li numru ta’ bdiewa li kellhom jibbenefikaw mis-sussidju ta’ l-iSpecial Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) fuq frott u ħaxix ma kenux irreġistraw mas-sistema ta’ l- Integrated Administration and Control System (IACS) fis-sena 2005. Din kienet kundizzjoni marbuta ma’ l-ħlas ta’ dan is-sussidju. Il-ħlas tas-sussidji issa sar wara li ġiet indirizzata din il-problema billi f’dawn il-każi sar tnaqqis ta’ għaxra fil-mija bħala penali minflok li ntilef is-sussidju kollu. L-ammont totali li tħallas għall-perijodu Jannar-Ġunju kien ilaħħaq Lm 396,114.
Nixtieq inżid li s-sussidju għall-perijodu Lulju-Diċembru 2005 se jsir bl-istess tnaqqis, iżda mis-sena 2006 ‘il quddiem dawk il-bdiewa li ma jkunux irreġistraw ma’ l-Integrated Administration and Control System (IACS) għall-“frott u ħaxix” u għall-“patata” mhux se jkunu eliġibbli għas-sussidju fuq dawn il-prodotti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15895 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk bħalissa l-private public partnership ma' l-environmental landscape consortium hux paralizzat? X'inhi r-raġuni, jekk iva?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Le, l-Environmental Landscaping Consortium (ELC) u l-Malta Embellishment and Landscaping Project (MELP) m’huma jbatu minn ebda paraliżi.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-MEPA skedatx dik li qabel kienet id-dar tas-surmast tal-Kulleġġ St.Edwards? Jekk fl-affermattiv, fuq liema bażi? Jaf li parti minn din id-dar, jiġifieri l-gallerija tal-ġebel, tinsab f’periklu li taqa’ u dan kif iddikjarat mill-Perit Joe Delia? Intalab permess li din tiġi rranġata u jekk fl-affermattiv, meta? X’xogħol sar biex jitneħħa l-periklu lill-istudenti li jattendu din l-iskola?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-binjiet tal-Kulleġġ ta' St. Edwards, inkluż id-dar tas-surmast, għadhom mhux skedati.
Madankollu, peress li l-binjiet tal-Kulleġġ ta' St. Edwards għandhom iktar minn ħamsin sena dawn huma awtomatikament protetti permezz tal-Liġi dwar il-Wirt Kulturali 2002.
Ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti fuq il-Kulleġġ ta' St. Edward's għall-żvilupp jew talba għat-tneħħija ta' strutturi perikolanti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-Kunsilli Lokali li aċċettaw u dawk li ma aċċettawx li joperaw il-bring in sites fil-lokalitajiet tagħhom? Liema kienu l-Kunsilli Lokali li ma aċċettawx li jibdew joperaw il-bring in sites fil-lokalitajiet tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s'issa kienu ħamsa u sittin (65) Kunsill Lokali li aċċettaw li joperaw sistema ta’ bring-in sites fil-lokalità tagħhom. Tliet (3) Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex irrifjutaw li jintroduċu l-Bring-In Sites fil-lokalità tagħhom. Dawn huma l-Imdina, ż-Żurrieq u ż-Żebbuġ (Malta).
Il-Kunsill Lokali Żebbuġ, Malta aċċetta li jkollu bring in site fil-lokalita' tiegħu? Jekk le, x'kienet ir-raġuni mogħtija mill-Kunsill Lokali għar-rifjut tiegħu? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern Ċentrali biex ir-residenti tal-lokal ikunu moqdija xorta waħda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ kien aċċetta l-introduzzjoni tal-Bring-In Site fil-Lokalità tiegħu. Infatti l-ewwel bring-in site kienet ġiet introdotta f'dan il-Lokalità fl-2004. Għalkemm fil-bidu in-nies bdew jikkoperaw u l-bring-in site kienet tintuża tajjeb, iktar ma beda jgħaddi ż-żmien xi residenti bdew jarmu ħafna skart mhux aċċettabbli madwar dawn il-bins. Dan l-iskart kien jikkonsisti l-iktar fi skart goff, skart domestiku u skart ieħor mhux riċiklabbli.
Il-kumpanija WasteServ Malta Co. Ltd intervjeniet biex tikkontrolla din is-sitwazzjoni u tnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti li joqogħdu fil-viċin u dawk li jagħmlu użu tajjeb minn din il-bring-in site billi żiedet il-frekwenza tat-tbattil u t-tindif tal-bring-in site u l-madwar. Billi dan kien rimedju temporanju għaliex in-nies kienu jħammġu kontinwament matul il-ġurnata, il-kumpanija WasteServ Malta Co Ltd installat kamera ta' sorveljenza. Mill-filmati li għandna, jidher li l-installazzjoni kellha effett pożittiv. Però, l-Kunsill Lokali kien diġa' għadda mozzjoni biex titneħħa l-bring-in site qabel ma l-kamera ġiet installata. Għalkemm il-kumpanija WasteServ Malta Co Ltd talbet biex din id-deċiżjoni tiġi rriveduta, din it-talba ma ġietx milquha. Il-Kunsill qabad u neħħa l-bring-in site huwa stess.
Hemm diversi miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Gvern Ċentrali, iżda f'dan l-istadju jkun utli li wieħed jipprova jasal mal-Kunsill u s-Sindku l-ġdid.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-boarder inspection point ta' l-MIA jinsab magħluq? Kemm sewa biex tlesta dan il-point u kemm huwa maħsub li l-gvern idaħħal flus mill-funzjoni tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess ta' approvazzjoni tal-Border Inspection Post ta' l-MIA. Il-proġett sewa madwar Lm310,000. Id-dħul għall-Gvern minn dan il-Border Inspection Post jiddependi mill-kummerċ iġġenerat minn operaturi privati u mhux mill-operat tal-Border Inspection Post (BIP) fih innifsu.
Environmental Landscape Consortium — Proġetti ġodda
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15896 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-gvern ħax deċiżjoni li l-environmental landscape consortium iwaqqaf il-proġetti ġodda kollha li kien se jagħmel fuq ir-roundabouts ta' Ħal-Lija, il-Fgura, Raħal Ġdid, l-MIA u l-landscaping ta' Vjal Diċembru 13 fil-Marsa? X'kienet ir-raġuni għal deċiżjoni bħal din?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li qatt ma sar ebda kuntratt fuq l-imsemmija roundabouts jew triq.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15893 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk minn Mejju 2003 sal-lum l-environmental landscape consortium ġiex informat li l-gvern m'għandux biżżejjed flus biex jonora l-obbligi kuntrattwali tiegħu? X'obbligi kuntrattwali kellu jonora l-gvern u mhux qed jonorahom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s'issa l-Gvern dejjem onora l-obbligi kuntrattwali skond kif interpretati mill-Monitoring Unit. Bħal ma jiġri f'kull kuntratt ġieli nqalgħu xi differenzi ta' interpretazzjoni, iżda dawn dejjem jiġu solvuti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15894 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ilu jeżisti l-private public partnership bejn il-gvern u l-environmental landscape consortium kemm ħarġu fondi pubbliċi bi ħlas, sena b'sena, u fuq liema proġetti ntnefqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kuntratt beda fl-1st November, 2002 u s'issa ġew iċċertifikati dawn il-fondi:
01/11/02 - 31/10/03 - LM3,445,318.45
01/11/03 - 31/10/04 - LM2,773,191.04
01/11/04 - 31/10/05 - LM2,665,236.63
Dawn il-figuri kollha bil-VAT eskluża.
Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib saru fil-lista ta’ postijiet indikati fil-kuntratt, kif ukoll saru xogħlijiet fuq proġetti fil-lista t’hawn taħt :
War Memorial - Floriana
RAF Memorial - Floriana
Christ the King - Floriana
Castille - Valletta
St. Anne Street - Floriana
Spencer Gardens - Floriana
Sta Venera/Msida Junction
Kappara Roundabout
Qormi Roundabout
Mellieha/Selmun Roundabout
De Paule Avenue/Mdina Road