Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18085 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Varsavja — Dikjarazzjoni

Question

Malta hija fost dawk il-pajjiżi li dan l-aħħar iffirmaw id-dikjarazzjoni ta' Varsavja? Fiex tikkonsisti din id-dikjarazzjoni? Kien hemm rappreżentant ta' Malta fil-konferenza li wasslet għall-iffirmar ta' din id-dikjarazzjoni? Min kien?

Response (BORG, JOE)

Malta kienet fost 107 pajjiż li ħadu sehem fil-laqgħa ta' Varsavja fejn ġiet approvata d-dikjarazzjoni finali ta' Varsavja fis-27 ta' Ġunju 2000. L-Onorevoli Dr Carmelo Mifsud Bonnici kien ir-rappreżentant Malti. Id-dikjarazzjoni finali ta' Varsavja tesprimi l-aspirazzjoni u l-impenn komuni sabiex d-demokrazija tiġi promossa, msaħħa u ppreservata. Id-dikjarazzjoni tinkludi lista ta' prinċipji u azzjonijiet demokratiċi bażiċi u tħeġġeġ it-tħaddin tal-valuri u standards demokratiċi. Għal dan il-għan ir-rappreżentanti tal-pajjiżi parteċipanti li approvaw din id-dikjarazzjoni qablu li jaddottaw il-prinċipji msemmija fid-dikjarazzjoni fil-prattika u li jgħinu lill-xulxin għal dan l-iskop. Kopja tad-dikjarazzjoni qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18568 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ruma — Ambaxxata Maltija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17942 u għat-tweġiba li ngħatat għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza ulterjuri wara l-fax li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk kien hemm, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-relevanti korrispondenza? Jekk ma kienx hemm, jidhirlux il-Ministru li issa għadda żmien biżżejjed mid-data tal-31 ta' Mejju ta' l-1999 u għaldaqstant jara għalfejn risposta jew follow-up ma sarx mill-Ambaxxata Maltija fl-Italja?

Response (BORG, JOE)

Ware l-Mistoqsijiet Parlamentari numru 17786 u 17942 u r-risposti mogħtija għalihom illum ninsab f'pożizzjoni li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma issa ingħatat risposta bil-miktub dwar il-każ mill-Awtoritajiet Taljani. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra tad-19 ta' Lulju 2000 mibgħuta mill-Ambaxxatur ta' Malta f'Ruma lill-persuna kkonċernata. Kif jidher ċar, l-Ambaxxata b'salvagwardja għall-interesi ta' l-istess persuna, qed tkompli titlob kjarimenti qabel ma toħroġ risposta definittiva fil-ġranet li ġejjin lill-persuna kkonċernata.
Leg 9 PQ #18570 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ċina — Żjarat uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum, kemm marru ministri u segretarji parlamentari fuq żjarat uffiċjali iċ-Ċina?

Response (BORG, JOE)

Minn Settembru 1998 sal-lum, dawn kienu l-Ministri u Segretarji Parlamentari li marru fuq żjarat uffiċċjali fiċ-Ċina: Ministru għall-Ambjent - Jannar 1999Segretarju Parlamentari għaż-|agħżagħ u Sports - Arpil 1999Ministru tas-Saħħa - Awwissu 1999Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi - Awissu 1999Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni - Awissu 1999Ministru tal-Finanzi - Marzu 2000Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali - April 2000 (bħala Viċi Kap tal-PN)Ministru tal-Affarijiet Barranin - Lulju 2000
Leg 9 PQ #18446 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk hemmx xi programmi ta' għajnuna finanzjarja/teknika mill-Unjoni Ewropea (b'mod speċjali mill-Parlament Ewropew) għall-użu tal-Parlament Malti sabiex dan ta' l-aħħar jattrezza ruħu aħjar għall-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18159 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Prodotti esportati — Żieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Malta ma bbenefikatx miż-żieda fl-eżenzjoni tad-dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn il-pajjiżi ta' l-UE kif ibbenefikaw mill-1 ta' Lulju ta' din is-sena l-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-UE ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant? Meta għamel din it-talba l-Gvern Malta lill-UE?

Response (BORG, JOE)

Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant il-materja ta' dazji fuq prodotti esportati mill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant lejn l-Unjoni Ewropeja hija parti essenzjali mill-Europe Agreements li kull pajjiż għandu individwalment mall-Unjoni Ewropeja. Il-ftehim bejn il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Lvant u l-Unjoni Ewropeja dwar tnaqqis ta' dazji fuq prodotti agrikoli u prodotti agro-industrijali jifforma parti mill-Europe Agreements, li jipprovdu għall-integrazzjoni tas-swieq tal-pajjiżi konċernati ma dawk tal-Unjoni Ewropeja li kienu iffirmati xi snin ilu. Mill-1 ta' Lulju ta' din is-sena, il-Kummissjoni ħabbret li ser tħaffef il-pass ta' din l-integrazzjoni. Fil-każ ta' Malta din il-materja hija parti mill-Association Agreement. Aktar kmieni din is-sena, l-Gvern reġa ħa l-inizjattiva li jiftaħ diskussjonijiet mal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropeja biex jinnegozja pakkett għat-tnaqqis ta' dazji fuq prodotti esportati lejn l-Unjoni Ewropeja bħalma kien għamel qabel l-elezzjoni tal-1996. Diġa saru laqgħat kemm mal-Korpi Kostitwiti kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropeja u dwar dan it-taħdidiet mal-Kummissjoni għadhom fil-bidu tagħhom. Irrid inżid ukoll li ebda ftehim ma jkun jorbot qabel dan ikun miftiehem kemm mal-Kummissjoni kif ukoll mal-pajjiżi membri.
Leg 9 PQ #18411 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Directorate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18086?

Response (BORG, JOE)

Is-sena l-oħra l-Gvern alloka somma ta' flus lill-European Union Directorate biex tintuża għal-studji u economic impact assessments fuq materji li huma parti mill-acquis communautaire. L-European Union Directorate fil-Ministeru tiegħi ma' kkommissjona l-ebda consultancy fiż-żmien speċifikat fil-mistoqsija. Il-European Union Directorate pero' għamel użu minn dawn il-flus biex iffinanzja ċerti consultancies li ġew ikkommissjonati minn Ministeri oħra. L-European Union Directorate ma kienx involut la fil-formazzjoni tal-kriterji tal-għażla għall-dawn il-consultancies u lanqas fl-għażla innifisha tal-Consultants. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-consultancies msemmija li ġew iffinanzjati mill-European Union Directorate minn dawn il-fondi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18229 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-ċhairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

IMO — Master Degree fil-Maritime Law

Question

Peress li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jisponsorja studenti għall-kors ta' masters degree fil-Maritime Law ta' l-IMO, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu l-applikanti ta' dan il-kors din is-sena? Jista' jgħid xi kwalifiki kellhom l-applikanti, min minnhom intgħażel u x'kienu l-kriterji ta' l-għażla?

Response (BORG, JOE)

Is-Sinjuri Daniel Aquilina u Reuben Lanfranco intgħażlu biex isegwu l-kors ta' Masters fil-Maritime Law ta' l-IMO. Is-Sinjuri Joseph Mifsud u Nikolai Muscat Farrugia intgħażlu bħala first u second reserve candidates rispettivament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18086 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Directorate

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-EU Directorate kemm ħarġu consultancies minn Settembru 1998 sal-lum? Fuq liema suġġetti u kif saret is-sejħa, jekk saret? Min ingħata dawn il-consultancies u kemm huwa l-ħlas? Fuq liema kriterji dawn ġew magħżula?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar risposta għall-mistoqsija magħmula mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18087 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Għotjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadna flus bħala pajjiż, bħala għotjiet u mhux self, mill-Unjoni Ewropea mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BORG, JOE)

Wara t-tibdil tal-Gvern fl-1996 u minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja ġiet iffriżata, il-programm indikattiv tar-Raba' Protokoll finanzjarju, li kien diġa sar, kellu jiġi rivedut. Matul l-1999 ġie iffinaliżżat il-programm indikattiv il-ġdid u l-flus ġew committed fil-budget tal-Unjoni Ewropeja. Dawn kienu jikkonsistu f'7 MEURO bħala għotjiet, li jinkludu 2 MEURO risk capital. Il-Financing Agreements tal-proġetti kollha li jaqgħu taħt dan il-Protokoll ġew iffirmati fl-1999 u fil-bidu ta' din is-sena. Dan ifisser li l-proġetti issa kollha qegħdin fil-fażi ta' implimentazzjoni. Din is-sena il-Kummissjoni ħarġet ir-regolament dwar il-fondi pre-accession għal Malta. Għas-sena 2000 hemm allokati 6 MEURO. Il-programm ta' proġetti għal din is-sena ġie iffinaliżżat u qiegħed jiġi diskuss fil-Kummissjoni.
Leg 9 PQ #18092 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Ruma — Ambaxxata Maltija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17786 peress li mir-risposta jirriżulta li issa għaddew aktar minn sena u xagħrejn minn meta l-ittra tal-14 ta' Mejju, 1999 għaddiet lill-awtoritajiet Taljani; u peress li s'issa ma ġietx mogħtija lill-Ambaxxata Maltija f'Ruma l-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid minn Mejju 1999 'il hawn x'follow up sar matul dawn l-aħħar sena u xagħrejn mill-Ambaxxata Maltija f'Ruma mal-awtoritajiet Taljani biex finalment tinkiseb ir-risposta u l-informazzjoni mitluba? Jekk ma sar l-ebda follow up, x'kienet ir-raġuni? Jista' jgħid ukoll x'azzjoni ttieħdet dwar l-ittra tat-18 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l-individwu in kwestjoni ma ngħata l-ebda risposta jew informazzjoni dwar l-ittri li kien bagħat u saħansitra lanqas biss intbagħtlu acknowledgement? Peress li għandi l-kunsens ta' l-individwu biex nagħmel din it-talba li ġejja, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull korrispondenza li għaddiet bejn l-Ambaxxata Maltija f'Ruma u l-awtoritajiet Taljani dwar dan il-każ?

Response (BORG, JOE)

Kif ġa informajt lill-Onorevoli Interpellant, l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma kitbet lill-awtoritajiet Taljani dwar dan il-każ fil-31 ta' Mejju 1999. Qiegħed inpoġġi kopja tal-fax li ntbagħtet dak inhar fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan il-każ flimkien ma oħrajn simili, kien segwiet b'telefonati u diskuss f'laqgħat fosthom f'laqgħa li l-Ambaxxatur Malti kellu fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan f'Ottubru tas-sena l-oħra. Il-każ baqa jiġi segwit wara l-ittra tat-18 ta' Jannar 2000, u fil-fatt l-Ambaxxata għada sal-lum għaddejja b'kuntatti ma' l-Awtoritajiet Taljani biex tipprova iġġib risposta għar-rikjesta magħmula mill-individwu in kwestjoni. Minħabba s-serjeta tal-kwistjoni u l-interessi tal-persuna konċernata l-Ambaxxata qed tesiġi li meta tingħata r-risposta din għandha tkun bil-miktub. Peress li s'issa jidher li ma kienetx il-prassi li jintbghatu acknowledgments għal ittri li l-ambaxxati tagħna jirċievu, ħadt ħsieb li dan jibda jsir b'effett immedjat.
Leg 9 PQ #17856 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Għarab — Viża

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-viża li se jibda jkollhom bżonn l-Għarab biex jidħlu Malta?

Response (BORG, JOE)

Peress li d-domanda titratta d-dħul f'Malta ta' ċittadini minn pajjiżi Għarab, u għalhekk tikkonċerna il-qasam ta' l-immigrazzjoni, li jaqa' taħt il-Ministeru ta' l-Intern, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ruma — Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li korrispondenza li ntbagħtet lill-Ambaxxata Maltija f'Ruma u li kopja tagħha qiegħed nibgħat separatament minn persuna, li isimha wkoll qiegħed nibgħat separatament, fl-14 ta' Mejju, 1999 u 18 ta' Jannar, 2000 għadha ma ġietx imwieġba u saħansitra lanqas intbagħtet acknowledgement?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li l-azzjoni meħtieġa dwar is-suġġett tal-korrispondenza tal-14 ta' Mejju 1999 ittieħdet b'mod immedjat. L-ittra tal-14 ta' Mejju 1999, li waslet fl-Ambaxxata fil-25 ta' Mejju 1999, kienet segwita minn azzjoni uffiċċjali ma' l-Awtoritajiet Taljani fil-31 ta' Mejju 1999. Sa issa għall-korrispondenza tal-31 ta' Mejju 1999 baqgħet ma nagħtat l-ebda risposta uffiċċjali minn naħa tal-Gvern Taljan. Għalhekk l-Ambaxxata Maltija f'Ruma għadha mhix f'pożizzjoni li tagħti tweġiba jew tipprovdi aktar informazzjoni lill-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #17790 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ewropa Two Speed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed iħares il-Gvern Malti lejn il-kunċett li dejjem qed jevolvi - b'mod partikolari min-naħa Franċiża - dwar Ewropa Two Speed?

Response (BORG, JOE)

Għadu kmieni biex wieħed jispekola dwar kif ser tiġi riformata l-Unjoni Ewropeja bi qbil bejn il-Gvernijiet kollha tal-ħmistax-il-pajjiż membru. Madankollu ma naqbel xejn li l-proposta Franċiża tirrigwardja Ewropa Two Speed. Ta' min wieħed jgħid illi, iżjed milli Ewropa Two Speed, il-proposti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Konferenza Intergovernattiva jirrigwardjaw reinforced co-operation. Wieħed irid jistenna kif ser jiżviluppa dan il-kunċett fix-xhur li ġejjin qabel ma jikkummenta dwaru.

European Voice — Avviżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas il-Gvern Malti għal avviżi (advertisments) ta' paġni sħaħ fuq ġurnali bħal European Voice? Kemm ġie jiswa l-avviż fil-ħarġa tax-xahar li għadda fuq dan il-ġurnal, li kien jikkonsisti f'paġna sħiħa u kien jitratta fost l-oħrajn id-dimensjoni Mediterranja ta' Malta dwar it-tkabbir li jmiss ta' l-Unjoni? Kemm saru riklami ta' din ix-xorta fuq dan il-ġurnal u kemm swew lil pajjiżna?

Response (BORG, JOE)

B'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellanta nixtieq ngħid li saru żewġ avviżi (advertisements) mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fuq il-European Voice. Dawn deheru fil-ħarġiet ta' Settembru 1998 u dik tax-xahar li għadda li għamlet referenza għaliha l-Onorevoli Interpellanta. Dawn iż-żewġ avviżi swew 330,000 Belgian Francs cioe madwar LM3,340.
Leg 9 PQ #17624 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta/Libja — Mixed Commission

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-laqgħa tal-kumitat tal-mixed commission bejn Malta u l-Libja?Min huma l-membri tal-mixed commission taż-żewġ naħat u xi proġetti jinsabu diskussi f'dan l-istadju?Kemm-il laqgħa saret tal-mixed commission mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (BORG, JOE)

Minn Settembru 1998 sal-lum, il-Kummissjoni Mħallta Maltija-Libjana ltaqgħat darba f'Sirte, il-Libja, f'Ottubru 1999. Il-Wieħed u Għoxrin Laqgħa tal-Kummissjoni sejra ssir f'Malta iktar tard dan ix-xahar probabbilment fl-aħħar ġimgħa. Matul il-laqgħa tal-Kummissjoni Mħallta, għadd ta' esperti f'oqsma diversi jieħdu sehem b'mod attiv bil-għan li jissaħħu r-rabtiet ta' ħbiberija u koperazzjoni bejn il-popli ta' Malta u l-Libja.