Tista' l-Enemalta tieħu passi biex isiru d-deviation tal-cables mill-indirizz li qed jintbagħat separatament, għax ħareġ il-permess tal-bini u ma jistax jinbeda x-xogħol qabel l-Enemalta iċċaqlaq dawn il-cables? Jista' ikolli indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol? Kemm hi l-average waiting time fuq xogħlijiet bħal dawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol li kellu jsir fuq deviation tal-cables fl-indirizz imsemmi tlesta fit-18 ta' Mejju 2006.
Id-dewmien sakemm isir deviation ivarja konsideratament skond it-tip ta' deviation li jkun irid isir.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Petrol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih is-segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, l-assistent personali tiegħu u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom petrol xahar b'xahar bejn Jannar, 2004 sa Novembru, 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użat mill-membri ta' l-istaff tiegħu? Minn min qegħdin jintużaw? Min awtorizza t-tali użu u kemm hu s-ceiling għal kull mobile phone?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu ta' mobile phones fis-segretariat privat tiegħi huwa skond l'Engagement of Staff in Minister's Private Secretariat li kopja tiegħu kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal Kamra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv x'miżuri qegħdin jittieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati settijiet ta' mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu u/jew tas-segretarju parlamentari? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jindika ż-żmien li għalih qed jirreferi.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu, inħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari" F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' il-Ministru jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru konċernat peress li l-ħatriet imsemmija ma jsirux min dan il-Ministeru.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Gazzetti
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005, xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-Ministeru tiegħi jinxtraw il-gazzetti kolha li joħorġu kuljum barra xi gażżetti oħra għall-uffiċċju tiegħi, l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-uffiċċji tad-Diretturi tas-Serviizzi Korporattivi, tal-EU Affairs u s-Segretarjat tas-Socjeta ta’ Informazzjoni (ISS).
Is-somma globali tidher hawn taħt.
Matul l-2004 intefqu Lm2012.22 li kienu maqsuma hekk:
Lm1302.66 għall-użu tas-Segretarjat
Lm333.17 għall-użu tal-Information Society Secretariat
Lm376.39 għall-użu tal-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Matul l-2005 intefqu Lm2339.56 li kienu maqsuma hekk:
Lm1443.79 għall-użu tas-Segretarjat
Lm483.71 għall-użu tal-Information Society Secretariat
Lm412.06 għall-użu tal-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18418 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'użu se jsir mill-ex-uffiċini tal-Water Services Corporation li kien hemm fuq il-ġibjun ta' San Ġwann, angolu ma' Myrtle Avenue?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn l-uffiċini ser jintużaw bħala Uffiċju Reġjonali mit-Taqsima tal-Wastewater Operationstal-Korporazzjoni.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18969 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern mhuwiex lest li jsewwi l-istoppage fid-drains komuni li hemm fi Block 3B, Triq Mimosa, San Ġwann? Jaf li hemm min hu sid ta' l-appartament tiegħu li saħansitra lest jagħti l-kontribut tiegħu għal dan il-għan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-Ilma għamlet l-investigażżjonijiet neċessarji u sabet ili l-problema kienet fil-'house connection' privata tar-residenża msemmija. Din il-'connection' kienet imblukkata bir-ramel u għalekk id-drenaġġ beda jfur fix-xaft tal-blokk.
Il-problema kienet f'katusa privata, u normalment is-sid iqabbad kuntrattur privat biex jagħmel x-xogħol neċessarju. Minkejja dan, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni ingħataw struzzjonijiet biex jiftħu dan il-'blockage', kif fil-fatt għamlu billi nadfu kemm il-'house connection' kif ukoll is-sufun ta' din ir-residenża.
Għalekk is-sitwazzjoni issa ġiet lura għan-normal.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Internet
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom "minbarra dak pprovdut mill-MITTS" imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministru u tliet' uffiċjali għandhom is-servizz tal-Internet fir-residenza tagħhom provdut mill-Maltanet.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Melita Cable
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita Cable? Min huma? Fil-każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-ebda impjegat fil-Ministeru tiegħi ma jagħmel użu mis-servizzi tal-Melita Cable TV.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 il-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru? X'kienet ir-raġuni? Kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra u jikkonfermax jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li huma mikrija kemm hu l-ammont inkluż il-VAT li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-sena 2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament? Fil-każ li fl-affermattiv, kemm inkriet kuljum?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-karozza ufficjali hija 'government owned' u s-second car hija on lease Lm7.61 kull jum.
L-ispiża għall-manutenzjoni / repairs tal- karozza uffiċjali fil-2004 kienet ta' Lm 854 waqt li l-ispiża għas-sena 2005 kienet ta' Lm 3570.
Fis-sena 2004 inkriet Mercedes għall-3 ijiem bil-prezz ta' Lm 88.50 waqt li fis-sena 2005 inkriet Mercedes għall-5 ijiem bil-prezz ta' Lm147.50 waqt li l-karozza uffiċjali kienet għat-tiswija.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għall-użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-sena 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw bi prezz ta' 'il fuq minn Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jista' il-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi fis-snin 2003, 2004 u 2005 b'kollox inxtraw seba' mobile phones bi prezz 'average' ta' Lm 187.
Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant li dawn il-mobile phones inxtraw skond il-provedimenti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-uffiċjali fis-Seġretarjat tal-Ministeri u Segretarji Parlamentari. Kopja ta' dawn il-kundizzjonijiet kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tieġħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-sena 2004 u 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minkejja li hu għal kollox irrilevanti kemm persuna għandha linji tat-telefon, ninfurmah li tliet uffiċjali fis-segretarjat tiegħi għandhom iżjed minn mobile phone wieħed waqt li wieħed għandu wkoll żewġ linji fissi tat-telefon. L-ispiża qabżet Lm400 f'kull każ matul is-sena 2004 u 2005.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hi l-ħażna tal-gass f'pajjiżna? Għal kemm perijodu sservi din il-ħażna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1710 liema tweġiba tapplika wkoll għas-sitwazzjoni tal-gass.