Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – safar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili fuq safar? Tista’ tagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (DALLI, HELENA)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 4533 ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi d-dettalji fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCCAA — Tnaqqis fil-budget

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4485 u tgħid jekk il-budget tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi — Tnaqqis fil-budget

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4486 u tgħid jekk il-budget tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – rapport

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imħejji mill-kumpanijali isimha qiegħed jintbagħat separatament dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur liema rapport ġie diskuss waqt il-laqgħa tal-Bord tal-Awtorità ta’ Malta f'Awwissu li għadda?

Response (DALLI, HELENA)

Ir-rapport finali li għalih qed tirreferi l-Onor Interpellant għadu ma ġiex diskuss mill-Board of Governors. S’issa ġie diskuss biss rapport preliminarju billi f’dak l-istadju ir-rapport ma kienx għadu finalizzat.

Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – spezzjonijiet fuq ħwienet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispetturi tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur fix-xhur ta' bejn Mejju u Awwissu li għadda biex jaraw li l-ħwienet tal-merċa għandhom il-prezzijiet indikati kif titlob il-liġi? Tista' tindika kemm saru spezzjonijiet xahar b'xahar u f'liema lokalitajiet saru, kif ukoll kemm-il ħanut instab mingħajr prezzijiet indikati kif titlob il-liġi? X'azzjonijiet ittieħdu mill-Awtorità f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onerevoli Interpellant Ii n-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur bejn Mejju u Awwissu 2013 fil-ħwienet tal-merċa fir-rigward ta’ prezzijiet indikati jammontaw għal 1,811 fejn minnhom 1,746 ħanut instabu konformi mar-Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, filwaqt li 65 instabu mhux konformi. It-tabella t’hawn taħt turi l-ispezzjonijiet li saru xahar b’xahar. Xahar Numru ta' Spezzjonijiet Konformi Mhux Konformi Mejju 436 432 4 Ġunju 217 215 2 Lulju 507 486 21 Awwissu 651 613 38 Dawn l-ispezzjonijiet saru f’diversi bliet u rħula li jinkludu B’Bugia, B’Kara, Fgura, Hamrun, Luqa, M’Scala, Mellieħa, Mosta, Naxxar, Qormi, San Ġwann, Santa Luċija, Sliema, Swieqi, Tarxien, Valletta u Żurrieq f’Malta, filwaqt li f’Għawdex saru spezzjonijiet ġewwa Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Munxar, Nadur, Qala, Rabat, San Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija u Żebbuġ. Dawk il-ħwienet li nstabu mhux konformi ingħataw twissija verbali jew bil-miktub. Ġranet wara reġgħet saret spezzjoni fil-ħwienet tagħhom fejn instab li kienu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-liġi.

Awtorità ta Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur — spetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha spetturi l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Tista' tgħid kemm minnhom jaħdmu fuq bażi full-time u xi kwalifiċi għandhom l-ispetturi kollha tal-Awtorità?

Response (DALLI, HELENA)

L-Awtorita’ għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandha 11 il-spettur full-time u 21 spettur part-time. Il-kwalifiċi jvarjaw minn xjentisti, inġiniera, uffiċjali tekniċi u amministrattivi kif ukoll avukat.

Kunċert mit-Tenur Joseph Calleja

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex il-kunċert tat-tenur Joseph Calleja fuq il-fosos ikun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas? Tista' tispeċifika kemm se jħallas il-Gvern lill-organizzaturi sabiex il-membri tal-udjenza li se jkunu bilwieqfa jidħlu b'xejn? Tista' tgħid kemm tneħħew postijiet standing potenzjali mill-pjan oriġinali tal-organizzaturi tal-kunċert sabiex jinbiegħu biss il-biljetti għas-siġġijiet u l-kumplament jidħlu b'xejn?

Response (DALLI, HELENA)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kumpanija li għaliha qed terreferi l-Mistoqsija Parlamentari ngħatat xogħol b'Direct Order għall-servizzi legali. Xogħol li sar f'Lulju tal-2010 kien jammonta għall- Euro 236 u f'Jannar tal-2013 għall figura ta'Euro 141.60.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumtar u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (DALLI, HELENA)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari magħmula mill-Onor. Interpellant, mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati żewġ konsulenti fil-Ministeru u sa Settembru 2013 tħallu 17,415.93 ewro

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – spejjeż ta’ media events

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tagħha? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konferenzi u laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-konferenzi u laqgħat li attendiet barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konferenzi u laqgħat li attendejt għalihom f'dawn l-aħħar sitt xhur kienu dawn: IDAHO 2013 - The Hague Konferenza Ġenerali tal-ILO - Ġinevra Third UfM Ministerial Meeting on Reinforcing the Role of Women in Society – Pariġi Laqgħa informali tal-Ministri Ewropej għall-Integrazzjoni u Temi Razzjali - Ruma

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — nefqa fuq safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Tista’ tgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Tista’ tgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat tista’ tgħid minn fejn inxtraw u tagħti r-raġuni għaliex?

Response (DALLI, HELENA)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari magħmula mill-Onor Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kif mitlub.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — riklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tagħha, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.

Uffiċjali tal-MCCAA ssekondati mill-għaqdiet tal-konsumatur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jkompli jadotta l-policy tal-Gvern preċedenti li uffiċjali tal-MCCAA li huma responsabbli għar-rikonċiljazzjoni meta konsumatur iressaq ilment hux se jiġu ssekondati maż-żewġ għaqdiet tal-konsumatur rikonoxxuti biex b’hekk l-MCCAA tkun tista’ tikkonċentra aħjar fuq ix-xogħol regolatorju tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-MCCAA qatt ma ssekondat uffiċjali tagħha ma' xi għaqda tal-konsumatur.

Awtorità dwar il-Mediċini – tnaqqis fil-budget 2013

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Awtorità dwar il-Mediċini approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Ninsab informata li l-Ministeru m'għamilx ebda tip ta' ħlas lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.

Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat — tnaqqis fil-budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar il-Mediċini — tnaqqis fil-budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Awtorità dwar il-Mediċini approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija f'xi seduta oħra.