Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' hux ikollha lmenti dwar in-nuqqas ta' rikonoxximent ta' l-ID għal persuni b'diżabilita' minn xi entitajiet? Jekk iva, kif qed jiġi nfurzat ir-rikonoxximent ta' din l-ID card?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Karta ta' l-Identita' Speċjali maħruġa lill-persuni b'diżabilita' mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tagħti diversi benefiċċji. L-aktar wieħed importanti hu li dik il-persuna tkun tista' tieħu prijorita' fi kju. Il-Kummissjoni diversi drabi tirċievi lmenti mingħand persuni b'diżabilita' li dan il-benefiċċju ma jingħatax jew ma jingħatax kif suppost. Il-Kummissjoni titratta dawn il-każijiet kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi aktar ġenerali.

Polling Places

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fil-każ ta' dawk il-postijiet li se jintużaw bħala polling places fl-elezzjoni ġenerali u li m'humiex aċċessibli għal persuni bi problema ta' mobilita' eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-Elezzjonijiet Ġenerali titkellem ċar dwar l-obbligu li għandha l-Kummissjoni Elettorali fir-rigward ta' persuni b'diżabilita'.

Gratuity

Question

Jista' il-Ministru jgħid fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li neħħa s-somma (gratuity) fl-1979, persuna li bdiet taħdem il-Maltacom (dak iż-żmien Telemalta) fl-1 ta' Settembru tan-1978 u spiċċat fl-1999 għandha dritt għal xi parti mis-somma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.

ETC — Persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

B'referenza għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' tiġi ikkunsidrata għall-xogħol xieraq għall-persuni bi bżonnijiet speċjali? Il-history tagħha huwa available on file.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma tirriżultax li hi reġistrata bħala disabled mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiem li jagħmel xogħol ta' maintenance f'lukanda huwa intitolat għall-paga doppja meta jiddaħħal xogħol bis-shift nhar ta' Ħadd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

A bażi tal-paragrafu 5 ta' l-Avviż Legali 43/90, kull ħaddiem fuq xogħol ta' maintenance f'lukanda huwa ntitolat għal sahra bir-rata ta' ħlas doppju, għall-ħin kollu li jaħdem fil-Ħdud. Ir-Regolament ma jagħmel l-ebda distinzjoni għall-xogħol li jkun fuq sistema ta' shift.

Karta Anzjan

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-konċessjonijiet jew privileġġi mogħtija lill-persuni li għandhom il-karta anzjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuni li għandhom il-Karta Anzjan igawdu minn dawn il-konċessjonijiet jew privileġġi, li huma magħrufa: a) tnaqqis fil-fare tal-karozzi tal-linja; b) tnaqqis fil-fare tal-vapur t'Għawdex' c) dħul b'xejn fit-Trade Fair Grounds; d) tnaqqis fl-admission fee għal-logħob tal-football f'Ta'Qali; d) preferenza li jaqbżu l-kju fl-isptarijiet u l-Health Centres għal dawk li għandhom 'l fuq minn 75 sena. Barra minn hekk, fis-settur privat hemm diversi stabbilmenti u ħwienet tan-negozju li jagħtu discount lil dawk li għandhom il-Karta Anzjan.

Tarzna — Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34958 u jgħid meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu l-arretrati tal-ftehim kollettiv tat-tarzna lill-ħaddiema tat-tarzna u lil dawk li llum ma għadhomx jaħdmu hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għadu kemm lesta x-xogħol fuq ir-reviżjonijiet tal-pensjoni għal Min Jirtira ta' ex-ħaddiema tat-Tarzna. Infatti dawn il-pensjonanti għadhom kemm irċevew l-arretrati dovuti fil-pensjoni tagħhom ta' Awissu. Bħalissa t-Taqsima tal-Pensjonijiet għaddejja bix-xogħol tar-reviżjonijiet tal-pensjonijiet ta' romol ta' ex-ħaddiema tat-Tarzna u fuq ir-reviżjonijiet ta' ex-ħaddiema li ħarġu "boarded-out'. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-jiem li ġejjin u l-arretrati fejn dovuti jitħallsu minnufih.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament għall-akkomodazzjoni soċjali u dan peress li din ilha applikata mill-1975?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li fil-fatt saret fl-1995 u mhux fl-1975, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma applikazzjonijiet simili li għandu quddiemu d-dipartiment.

Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu t-taħdidiet ma' l-MPO dwar il-każ ta' nursing aides kif kien elenkat fil-mistoqsija palamentari 16350 tal-29.05.2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment jirriżulta li l-każ ta' tnejn (2) minn dawn il-Health Assistants ma ġiex ikkunsidrat favorevolment mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hija l-area (approssimattiva) ta' art li l-housing authority utilizzat mill-artijiet trasferiti mill-knisja lill-gvern għal skop ta' housing, minn meta ġiet trasferita din l-art?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li minn 1999 sallum, il-Knisja ttrasferit lill-Gvern madwar 68,000 metru kwadru ta' art f'lokalitajiet differenti bl-iskop li tiġi żviluppata għal housing soċjali. Madwar 14,000 metru kwadru minn din l-art kienet skedata għal toroq. L-iżvilupp tal-kumplament ta' l-art jinsab f'fażijiet differenti cioe': 6,300 metru kwadru inbnew bħala maisonettes u appartamenti ġeneralment bil-garaxxijiet taħt. 14,600 metru kwadru qed jiġu żviluppati fil-preżent permezz ta' bini ta' maisonettes/appartamenti u garaxxijiet. 8,400 metru kwadru qed jiġu ppreparti pjanti u tenders biex tiġi żviluppata l-art għall-istess skop. 24,700 metru kwadru għadu qed isir jew irid isir studju biex jiġi stabbilit f'liema minn dawn is-siti huma possibbli li jiġu mibnija housing units.

SVDP — Boiler

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux vera li f'SVDP hemm boiler li ilu madwar sena li m'għadux jiffunzjona? Għaliex ma jaħdimx? Se jissewwa jew se jinbidel? X'inhi l-ispiża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-boiler indikat ilu jaħdem għal dawn l-aħħar 25 sena u d-Dipartiment ħass il-ħtieġa li jinvesti fuq boiler ġdid b'kapaċita' ikbar. Peress li x-xogħol qiegħed fi stadju ta' Tender, mhux il-każ li tingħad l-ispiża.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 33082, jista' jara għaliex ma hux qed jingħata benefiċċji soċjali bi dritt lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li dan ma għandhux kapital għola min dak li teżentah milli jieħu dawn il-benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33082 f'Seduta 736.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 33138, jista' jara għaliex ma hux qed jingħata benefiċċji soċjali bi dritt lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li qiegħda fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta u li m'għandhiex kapital għola minn dak li jeżentah milli jieħu dawn il-benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33082 f'Seduta 736.

ETC — National Development Plan

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minn National Development Plan tal-ETC? Veru li t-task group involuti ġew mogħtija 15-il jum ċans biss biex jisvolġu xogħolhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ETC m'għandhiex National Development Plan tagħha. L-ETC hija l-koordinatriċi tal-kapitlu dwar ix-Xogħol u Taħriġ tal-Pjan Nazzjonali ta' Żvilupp, liema Pjan qed jiġi ikkordinat fuq livell nazzjonali mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. It-timijiet li ħadmu fuq il-miżuri relatati ma' Xogħol u Taħriġ kellhom diversi ġimgħat biex jagħmlu xogħolhom u mhux ġimgħatejn biss.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet tenders l-ETC fuq l-operati kollha tagħha? Kien kien il-valur ta' kull tender u x'tip ta' servizzi kienu qed jintalbu? Lil min ingħataw dawn it-tenders?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant minn Jannar 2001 sallum.

Korrimenti fuq il-Postijiet tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol (kemm minnhom fatali) matul dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? F'liema tip ta' industriji/setturi seħħew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Awtorita` tas-Saħħa u Siġurta`

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilha li ġiet imwaqfa l-Awtorita` tas-Saħħa u Sigurta` fuq il-post tax-Xogħol, x'passi pro-attivi ħadet biex tnaqqas in-numru ta' inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-għan prinċipali li għaliħ twaqqfet l-Awtorita’ għas-Saħħa u għas-Siġurta’ fuq il-Post tax-Xogħol, huwa li tara li jinġiebu ’l quddiem u li jkun assigurat minn kull min għandu dan l-obbliġu, il-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema kollha fil-postijiet kollħa tax-xogħol. Sa minn meta nġieb fis-seħħ l-Att Numru XXVII tal-2000, jiġifieri f’Jannar ta’ din is-sena, l-Awtorita’ mpenjat ruħħa f’rwoli ferm iktar wiesgħa milli tara biss li fil-pajjiż jonqsu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Il-ħidma tul dawn ix-xħur kienet fuq diversi binarji, inkluż it-tkabbir tar-riżorsi tekniċi tal-Awtorita, ir-reklutaġġ ta’ nies u l-ittrenjar tagħhom, kif ukoll il-provvediment ta’ assistenza lill-imsieħba soċjali biex jkunu f’pożizzjoni aħjar li jattwaw l-obbligi tagħħom skond il-liġi. Hawnħekk trid tissemma l-assistenża finanzjarja u teknika li ngħatat mill-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Ingliż, biex ikun faċilitat dan il-proċess. Din l-għajnuna ngħatat forma ta’ żewġ grants li jammontaw għal madwar Lm300,000 u 25,000 lira sterlina rispettivament li tipprovdi ukoll għax-xiri ta’ monitoring equipment u ta’ IT software u hardware . Tul dawn l-aħħar xhur, l-Awtorita’ ħadet dawn il-passi proattivi: - Bdiet il-proċess tal-ingaġġar ta’ nies tekniċi u fformulat program ta’ taħriġ, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, għall-impjegati tal-Awtorita’. - Bdiet tiddiskuti Memoranda of Understanding ma’ diversi istituzzjonijiet oħra li għandħom responsabbiltajiet simili jew komplimentari, biex ikunu stabbiliti l-parametri ta’ ħidma, u biex ikun ġurat li ebda qasam relatat max-xogħol ma jkun injorat. - Abbozzat u rrakkomandat lill-Ministru għall-Politika Soċjali numru ta’ regolamenti. - Fformulat l-ewwel abbozz ta’ enforcement policy biex iservi ta’ gwida għall-Uffiċjali għas-Saħħa u s-Siġurta’ fil-ħidma tagħħom. - Organiżżat numru ta’ vizti f’ postijiet tax-xogħol biex tkun assigurata l-osservanza tal-liġi, u biex jitwassal messaġġ favur il-ħtieġa li jitħarsu s-saħħa u s-sigurta’, biex jingħataw pariri tekniċi, u biex tingħata edukazzjoni dwar is-suġġett. Tul dawn l-aħħar tnax il-xaħar saru ftit iktar minn 800 vizti simili. - Inġabu diversi esperti minn barra biex jagħtu pariri dwar oqsma partikolari, inkuż il-qasam tal- ioniżinġ radiation u fil-prevenżjoni u kontroll ta’ nċidenti kbar. - L-Awtorita’ ħadmet biex jitwaqqaf kumitat interdipartimentali biex jikkordina ħidma favur proteżżjoni kontra r-riskji assoċjati mal- ionizinġ radiation. - Orġanizzat diversi seminars u konferenżi dwar is-suġġett. Fost dawn jissemmew seminar indirizzat lejn Segretarji Permanenti u Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Ġvern, żewġ konferenżi ndiriżżati lejn dawk li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni, u seminar dwar kampanja u strateġiji ta’ nformazzjoni. - Sar fteħim mal- iStaff Development Organisation biex jibdew sensieliet ta’ lectures għall-ħaddiema tal-Ġvern. Saru numru ta’ lectures ukoll għal numru ta’ kumpaniji privati u entitajiet parastatali, unions, u partijiet interessati oħra. Bdew diskussjonijiet mal-MCAST biex it-tradespersons li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni jkollħom taħriġ fil-materja; parteċipazzjoni f’din l-inizjattiva ser tkun fuq bażi volontarja fil-bidu iżda hemm il-ħsieb li ssir mandatorja fil-futur. - Inbdew diskussjonijiet mal-IPSE biex l-Awtorita’ tkun serviċe provider għal ażjendi żgħar f’ materji li jirrigwardaw dan is-suġġett. - L-Awtorita’ kkollaborat mal-Buildinġ Industry Consultative Counċil biex terġa tkun organiżżata l-attivita’ msejjħa Safety Bus. - Qed isiru l-aħħar tħejjijiet biex l-Awtorita’ jkollħa l-website tagħha, fejn fuqha ser jitpoġġa materjal informattiv u edukattiv. F’din il-website tpoġġew ukoll kopji tal-liġijiet relatati. - Inkitbu numri ta’ artikli fil-ġurnali waqt li uffiċjali tal-Awtorita’ pparteċipaw f’numru ta’ programmi televiżivi u tar-radju. L-Awtorita’ pprovdiet assistenza teknika għal-sensiela ta’ programmi li ntweriet fuq il- Publiċ Broadcastinġ Services. - Ippreparat dokument ta’ diskussjoni imsejjah “Violence at the Place of Work – An integrated policy for tħe security of persons inside financial institutions”, li kien ċirkolat lill-partijiet konċernati. Dan id-dokument hu ntenzjonat li jistimola azzjoni minn dawk l-organiżżazzjonijiet finanzjarji li jħaddmu l-flus biex ikunu protetti aħjar il-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali. - Bdiet taħdem fuq kampanja ndirizzata lejn tfal tal-iskola biex ġġibħom konxji mix-xogħol u mill-perikli assoċjati miegħu. Din il-kampanja ser tieħu l-forma ta’ activity book għat-tfal u ta’ sensiela ta’ programmi televiżivi. - L-Awtorita nediet il- Healtħ and Safety Awards biex jkunu rikonoxxuti inizjattivi li jippromwovu dan il-qasam. - Tat pariri, u offriet assistenza teknika kull meta ntalbet. - Ipparteċipat fil- European Ħealtħ and Safety Week, li ssir f’Ottubru ta’ kull sena, fejn ittieħdu diversi inizjattivi promozzjonali. - Reġghet sponsorjat għat-tielet darba konsekuttiva id-Diploma Course (OHS) li jsir mill-Universita’ ta’ Malta. Inoltre qed isiru diskussjonijiet biex jinbdew numru ta’ Certificate Courses indirizzati għal kategoriji differenti ta’ ħaddiema. Ta’ min jġħid li nbdew diversi inizjattivi oħra, li għadħom fi stadju preliminari u li tkun tista tingħata nformazzjoni dwarhom fil-futur.

Awtorita` għas-Saħħa u Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-post tax-xogħol għandhiex business plan u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' għas-Saħħa u għas-Sigurta' fuq ix-Xogħol bdiet topera minn Jannar ta' din is-sena, meta nġab fis-seħħ l-Att. Għal din is-sena l-Awtorita' ġiet allokata dawn il-fondi: Vot Rikorrenti: Lm190,000 Allokazzjoni taħt in-National Plan for the Adoption of the Acquis (NPAA): Rikorrenti: Lm270,000 Taħriġ: Lm 60,000 Vot Kapitali: Lm 50,000 Inoltre, Lm300,000 li kienu ġew allokati għal-proġetti kapitali għas-sena 2000 ġew trasferiti għal din is-sena, u ntużaw għal xiri ta' propjeta' għall-Awtorita' f'Tal Pieta'. L-Awtorita' ingħatat ukoll dawn il-fondi: - Madwar Lm300,000 għal Twinning Project, li ngħataw mill-Unjoni Ewropea. L-iskop ta' dan il-proġett hu li jassisti lill-Awtorita' biex issaħaħ ir-riżorsi tagħha, u li jassisti lill-imsieħba soċjali biex jifhmu aħjar ir-responsabbiltajiet tagħhom skond l-Att XXVII tal-2000 u r-regolarmenti sussidjarji. - Madwar 25,000 lira sterlina bħala assistenza mogħtija mill-Gvern Ingliż għal assistenza teknika fl-implementazzjoni ta' regolamenti li jikkonċernaw il-kontroll ta' siti ndustrijali li fihom jkun hemm riskji maġġuri. Il-business plan għas-snin 2003-2009 qed ikun diskuss flimkien ma business plans proposti minn Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali bi preparazzjoni għall-estimi 2003. Għalhekk mhux il-waqt li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.