Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qiegħda tistenna l-homehelp minħabba l-bżonn kbir ta' dan is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-anzjana msemmija qed tkun proċessata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi nuqqas ta' pacemakers bi tliet leads fl-isptar? Meta jaħseb li dawn ikunu preżenti f'Malta, għaliex hawn min qed jistennihom? Kemm jiswew kull waħda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Sptar San Luqa — Persuni li qegħdin jistennew biex jidħlu fl-SVPR
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni rikoverati preżentement fl-isptar San Luqa li qegħdin jistennew biex jiġu ammessi f'San Vincenz de Paule jew f'xi dar residenzjali tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni rikoverati presentament fl-Isptar San Luqa li qegħdin jistennew biex jiġu ammessi f'San Vinċenz de Paul jew f'xi dar residenzjali tal-gvern huma 80. 69 nisa u 11 irġiel.
Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum kemm ġew ammessi anzjani (nisa u rġiel) fir-residenza San Vincenz de Paule: a) mill-komunita'; b) mill-isptar San Luqa; c) mid-djar residenzjali tal-gvern; d) minn istituzzjonijiet oħra, e.g. l-isptar Zammit Clapp u l-isptar Monte Carmeli, etc.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paul ġew ammessi 171 anzjani kif spjegat fit-tabella:
Nisa
Irġiel
Komunita'
46
36
Sptar San Luqa
29
35
Djar ta' l-Anzjani
-
-
Istituzzjonijiet Oħra
19
6
Total
94
77
Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Mejju 2005, kemm kien hemm residenti anzjani (nisa u rġiel): a) f'San Vincenz de Paule; b) f'kull dar residenzjali tal-gvern; c) f'Villa Messina, Casa Arkati u Casa Serena taħt il-public private partnership scheme?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta' Mejju 2005 kien hemm dawn ir-residenti kif spjegat hawn taħt:
Irġiel
Nisa
Total
San Vinċenz de Paul
330
680
1010
Dar ta' l-Anzjani Floriana
17
30
47
Dar ta' l-Anzjani Gzira
2
29
31
Dar ta' l-Anzjani Mosta
22
46
68
Dar ta' l-Anzjani Msida
11
52
63
Dar ta' l-Anzjani Mtarfa
32
88
120
Dar ta' l-Anzjani Żejtun
33
132
165
Dar ta' l-Anzjani Bormla
32
96
128
Casa Arkati
2
8
10
Villa Messina
14
37
51
Casa Serena
7
26
33
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' part-time social assistants li qegħdin jaħdmu fil-preżent u kemm minnhom qegħdin jaħdmu fil-komunita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Part Time Social Assistants huwa 533. Dawn qiegħdin mqassmin kif ġej hawn taħt.
Post tax-xogħol
Ammont
Komunita'
335
Day Centres
59
Homes
57
Kunsill ta' l-Anzjani
1
Telecare
2
SVPR
32
ATC
10
Dipartiment ta' l-Anzjani
22
Handyman
2
Entitajiet Oħra
13
Total
533
Jista' il-Ministru jgħid min għandu dritt jipparkja fir-reserved parking ta' l-isptar San Luqa? a) VIPs - min? b) konsulenti/tobba - min? c) nurses - min? d) fattigi - m in? Min hu intitolat għal parking b'xejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar San Luqa hemm diversi parkeġġi:
VIP Area
Dawn l-imsemmija huma eliġibbli li jipparkjaw fil-VIP Area
President ta' Malta
L-Arċisqof ta' Malta u l-Isqof ta' Għawdex
Prim Ministru
Ministri u Segretarji Parlamentari
Membri Parlamentari (attivi)
Kap ta' l-oppożizzjoni
Kap ta' AFM
Avukat Ġenerali
Prim Imħallef
Maġistrat ta' Għassa
Seġretarju Permanenti tas-Saħħa
Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'
Diretturi (Dipartiment tas-Saħħa)
Uffiċjali għolja fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'
CP3 And CP4
Dawk l-impjegati li għandhom grad ta' konsulent huma eliġibbli li jipparkjaw f'dawn il-parkeġġ. Hemm konsulenti li għalkemm ma jaħdmux l-isptar dawn qegħdin jagħtu servizz lill-isptar u għalhekk għandhom dritt li jipparkjaw f'dawn il-parkeġġi.
CP2
F'dan il-parkeġġ jipparkjaw it-tobba u dentisti kollha li jaħdmu l-Isptar San Luqa kif ukoll dawk li qegħdin jaħdmu fl-isptarijiet oħra imma qegħdin jagħtu servizz fl-Isptar San Luqa.
CP6 CP7 CP8 u ring road
Spiżjara infermiera paramediċi u staff ieħor li huma fi grad 5 sa 9 huma eliġibbli li jipparkjaw f'dawn l-imsemmija parkeġġi. Hemm impjegati speċifiċi li nħarġilhom permess b'deċiżjoni mill-Uffiċċju ta' CEO.
L-impjegati kollha ta' l-Isptar San Luqa li huma fi grad 10 'l fuq u li jaħdmu fuq roster huma eliġibbli li jipparkjaw CP3 CP4 CP6 CP7 CP8 u ring road. Dawn huma eliġibli li jipparkjaw mis-2.30 ta' wara nofs inhar sas-7.30 ta' filgħodu matul il-ġimgħa u l-ġurnata kollha fil-Ħdud u Festi Pubbliċi.
Parkeġġi għal persuni b'diżabilita
Hemm numru ta' parkeġġi fl-inħawi tad-Dipartiment ta' l-Out Patients li huma allokati għal persuni b'diżabilita. Dawn huma mingħajr ħlas.
Concessionary Parking Areas
Hemm numru ta' pazjenti li jattendu frekwenti fir-Renal Unit u f'Wonderland li nħarġilhom permess biex jipparkjaw f'dawn l-imsemmija parkeġġi.
L-istaff kollu , pazjenti li jattendu r-Renal Unit, ġenituri ta' t-tfal li jirċievu kura f'Wonderland, u pazjenti tal-Haematology li jkunu day patients huma ntitolati għal parking b'xejn ġewwa l-Isptar San Luqa.
Jista’ il-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu għal ċerti abbużi li qed isiru fil-għoli ta’ ċerti pilloli li qed jiġu mpurtati mill-kumpannija li l-isem tagħha qed jingħata separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-kontroll tal-prezzjiet ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, nitlobu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jfisser il-pożizzjoni ta' l-awtoritajiet Maltin rigward id-drittijiet ta' mobilita' fl-Unjoni Ewropea ta' pazjenti Maltin u d-dibattitu li qed jiżviluppa bħalissa fl-UE biex pazjenti minn kull pajjiż ikunu jistgħu jfittxu kura f'pajjiż ieħor? Illum il-ġurnata x'inhi l-policy ta' l-awtoritajiet Maltin dwar pazjenti Maltin li jkunu ilhom jistennew għall-operazzjoni u jitolbu lill-awtoritajiet biex jagħmlu din l-operazzjoni f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja dwar drittijiet ta' mobilita' għadhom qed jiġu diskussi. Malta għandha l-presidenza tal-working group li qed jiddiskuti dawn l-implikazzjonijiet. Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti hija li l-prijoritajiet fil-qasam tas-saħħa jiġu determinati mill-pajjiżi membri għaliex huma rifless tal-ħtiġijiet tal-pajjiż individwali u l-fondi li l-pajjiż jista' jalloka għas-servizz tas-saħħa.
Il-policy hija li operazjonijiet li huma ta' natura urġenti għal raġunijiet mediċi u li ma jistgħux jistennew jingħataw prijorita fl-isptarijiet tagħna. Ta' min jgħid li għaddej dibattitu fl-Unjoni Ewropeja dwar id-definizjoni ta' kemm għandha tkun twila stennija f'każijiet ta' natura urġenti għal raġunijiet mediċi.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-unika dipartiment/entita' li għandu l-ħsieb li joffri work placement lil xi studenti matul ix-xhur tas-sajf huwa d-Dipartiment tal-Health Information li talab għal żewġ studenti ta' l-MCAST.
Sejħiet għal applikazzjonijiet għal placements ta' studenti Universitarji u mill-MCAST kienu saru permezz ta' OPM Circular 13/2005, datata 19 ta' April 2005 u OPM Circular 24/2005, datata 6 ta' Ġunju 2005.
L-applikazzjonijiet għall-imsemmija placements ikunu pproċessati skond it-termini ta' l-OPM Circulars indikati hawnfuq.
Jista' il-Ministru jgħid b'liema mod qed isiru testijiet u verifiki fuq ġbejniet lokali biex jiġi assigurat li huma tassew pasturizzati? Matul din is-sena kemm-il spezzjoni saret fi ħwienet biex jiġi ċċekkjat jekk il-ġbejniet humiex pasturizzati? Fejn isiru t-testijiet dwar jekk il-ġbejniet lokali humiex pasturizzati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda Liġi taħt l-Att dwar is-Sigurta' ta' l-Ikel li tirregola li tali ġbejniet iridu jsiru minn ħalib pasturiżżat, iżda bħal kull prodott ieħor ta' l-ikel iridu jkunu magħmula b'tali mod li ma jrendux riskju għas-Saħħa Pubblika.
Għalhekk, saru diversi spezzjonijiet matul din is-sena minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fi ħwienet jew produtturi , ittieħdu kampjuni li jiġu analiżżati biex jaċċertaw il-livelli ta' mikro-organiżmi (li l-prodott ikun tajjeb għall-konsum mill-bniedem) u mhux jekk il-prodott hux pasturiżżat jew le.
Tali testijiet fuq il-ġbejniet kif referuti jsiru fil-Laboratorju ta' l-istess Dipartiment.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ħaddiema/uffiċjali
Question
Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel xhur tas-sena, l-ebda ħaddiem jew uffiċjal fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma ġie ddixxiplinat bil-mod kif imsemmi fil-Mistoqsija.
Bajja ta' San Ġorġ — Spezzjonijiet fl-ilma tal-bajja
Question
Jista' il-Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru matul din is-sena fl-ilma tal-bajja ta' San Ġorġ biex tiġi verifikata l-kwalita' tiegħu? L-ilma li hemm ħiereġ fil-bajja min-naħa ta' l-art jiġi ttestjat jekk hux qed iniġġeż il-bajja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan infurmat li wara spezzjoni li saret minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma jirriżulta li hemm l-ebda ilma ħiereġ fil-bajja min-naħa ta' l-art.
Għaldaqstant, ninforma li bħala parti mill-programm ta' monitoraġġ għal kwalita' ta' l-ilma baħar jittieħdu kampjuni ta' kull ġimgħa minn din il-bajja. S'issa, din is-sena ttieħdu ħames kampjuni li kollha rriżultaw li kienu ta' kwalita' tajba ħafna meta mqabbla ma' standards rakkomandati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar fil-lejl tal-5/6 ta' Ġunju b'overdose ta' droga jew xorb li ttieħed waqt li l-vittmi kienu ġewwa rave party?
Response (DEGUARA, LOUIS)
NInsab infurmat li kien hemm żewġ (2) pazjenti li ttieħdu l-Isptar San Luqa minħabba xorb eċċessiv. L-Isptar m'għandux informazzjoni jekk dawn kienux ir-rave party jew le.
Ma kien hemm ħadd li ttieħed l-Isptar minħabba overdose ta' droga f'dak il-lejl.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list ta' anzjani sabiex jidħlu fil-home ta' Bormla? Mnejn huma? Jista' jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-home ta' Bormla llumu mnejn ġejjin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waiting list biex jidħlu fil-Home ta' Bormla hi ta' 123. Dawn huma minn dawn il-lokalitajiet:
Birgu
14
B'Kara
2
Bormla
32
Fgura
6
Isla
8
Kalkara
7
Luqa
1
M'Scala
4
Msida
1
Paola
20
Qormi
2
Siġġiewi
3
St.Julians
1
Sta.Luċija
2
St.Paul's Bay
1
Tarxien
5
Valletta
1
Żabbar
12
Żejtun
1
Il-popolazzjoni tal-Home ta' Bormla hija ta' 130. Dawn ir-residenti ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
Gudja
3
Gżira
1
Għawdex
1
Bormla
53
Paola
6
Birgu
15
Żabbar
9
Valletta
3
B'Kara
3
Ħamrun
4
Isla
4
Kalkara
14
Tarxien
3
Luqa
1
San Ġwann
1
Florjana
1
Fgura
2
Msida
1
Safi
1
Sta.Luċija
1
B'Buġia
1
Għaxaq
1
Sliema
1
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' informazzjoni qed tinġabar mingħand l-impjegati ta' l-isptar San Luqa li biex jipparkjaw qegħdin jużaw identity card? Jista' jassigura li mhix qed tinkiser il-liġi tad-data protection?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta' parkeġġ fl-Isptar San Luqa ma tużax il-Karta ta' l-Identita uffiċjali tal-persuna imma Proximity Card li tintuża ukoll bħala Identification Badge tal-impjegat. Fuq din il-card hemm numru amministrattiv li m'huwiex in-numru tal-karta ta' l-Indentita tal-persuna. Din il-card tagħti aċċess għall-parkeġġ lill-individwi li huma awtoriżżati li jipparkjaw ġewwa fih.
L-informazzjoni li tiġġenera din is-sistema tintuża għal skopijiet li għalija inġabret fl-ambitu amministrattiv u għalhekk mhux qed tinkiser il-liġi tad-Data Protection Act.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12935 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk wasalx iż-żmien li kull speċjalista, konsulent jew surgeon li japplika biex jaħdem fl-isptar ġenerali ta' Għawdex jiddikjara l-interessi li kull wieħed minnhom għandu fil-qasam privat?
Peress li xi drabi speċjalist jew surgeon ikollu konflitt dirett bejn ix-xogħol tiegħu fil-privat u dak fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, jista' il-Ministru jinnota li dan l-istat ta' fatt qiegħed jieħu ħafna lura lill-isptar ġenerali ta' Għawdex b'nies li jiġu mħajjra mill-istess konsulenti u speċjalisti biex imorru fi sptarijiet jew kliniċi privati u dawn fil-maġġorparti joffru servizz u makkinarju li ma jkunx hemm fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, għax forsi jkun hemm min ikollu interess li dan il-makkinarju ma jinxtarax jew addirittura jitħalla għal żmien bil-ħsara bir-riżultat li jbati l-poplu Għawdxi li jkollu jħallas il-belli liri biex imur fil-privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tal-impjieg ta' konsulenti impjegati fl-Isptar ta' Għawdex huma bħal dawk ta' konsulenti impjegati fi sptarijiet oħra f'Malta u huma bbażati fuq ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ speċifiku, għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-Amministrazzjoni ta' l-Isptar jew lill-Kunsill Mediku biex din tiġi investigata.
B'riferenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar ir-reklutaġġ ta' ENTs għall-isptar ġenerali ta' Għawdex, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' reklutaġġ ta' dawn l-ENT peress li issa l-poplu Għawdxi ilu diversi xhur ibati minn dan in-nuqqas li qed jikkawża inkonvenjent kbir, speċjalment għall-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-applikazzjoni ta' Senior Registrar ENT kienet ippublikata fil-Gażżetta tal-Gvern. Dwar is-sejħa għall-applikazzjoni ta' Postijiet ta' SHO's, il-proċeduri għadhom qegħdin jiġu pproċessati.
Jista' il-Ministru jikkonferma li qed jinħolqu problemi kbar għall-importatur tad-ditta msemmija under separate cover? Peress li jidher li l-kwestjonijiet qed jinqalgħu fuq xi kliem li qed jitniżżlu fuq il-label, jista' jgħid liema huma preċiżament il-kliem li għalihom id-dipartiment konċernat qed isib oġġezzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-importatur għandu l-informazzjoni kollha li qed titlob.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibdew jitqassmu l-oqbra ġodda fiċ-ċimiterju ta' Burmarrad?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-oqbra ta' Burmarrad jinsabu lesti mil-lat ta' kostruzzjoni waqt li l-proċedura sabiex jitqassmu tinsab fi stadju avvanzat.
Fi żmien qasir huwa mistenni li jiġi pubblikat l-avviz legali li jistabbilixxi l-prezz għall-bejgħ ta' dawn l-oqbra. Hekk kif joħroġ l-avviz legali dawn l-oqbra jkunu jistgħu jiġu allokati u jsiru l-arranġamenti meħtieġa li jwasslu għall-kuntratti man-nutar tal-Gvern.