Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25091 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini l-ġdid tad-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ġewwa tal-Qroqq? Jista' wkoll jgħid għaliex qed jitranġa l-bini tal-istess dipartiment ġewwa G'Mangia meta hemm il-pjan li jinbena bini ġdid? X'ser isir mill-bini eżistenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li saret applikazzjoni b'forma ta` outline development għal bini ġdid tad-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. L-applikazzjoni PA04856/00. Ġiet irreġistra valida fit-18 ta` Settembru 2000 u għadha qed tiġi proċessata mill-awtorita`. Wara lmenti li saru mill-unions u peress li l-bini tal-Government Pharmaceutical Services ma kienx attrezzat għall-bżonnijiet neċessarji ta` kuljum, kien ġie deċiż li jsiru t-tibdiliet neċessarji. La darba il-GPS tmur fil-bini l-ġdid, il-bini eżistenti jintuża minn oqsma oħra fid-dipartiment.
Leg 9 PQ #25305 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet tal-Katarretti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-waiting list għall-operazzjonijiet tal-katarretti għal kull professur responsabbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-katarretti għal kull professur hija kif ġej:- Mr. Thomas Fenech - 518 Dr. Jan Janula - 647
Leg 9 PQ #25326 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25485 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

MRI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il MRI ittieħed kemm ilu li l-Gvern ipprovda dan is-servizz fl-isptar San Luqa? X'kienet l-ispiża kapitali għall-dan l-apparrat u x'inhi r-running cost? Kemm hemm nies fuq il-waiting list? Kemm-il MRI isiru bejn wieħed u ieħor kull ġimgħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mit-13 ta` April 2000 sa l-aħħar tas-sena saru 1364 eżami ta` l-MRI. Mill-1 ta` Jannar 2001 sat-30 ta` April 2001 saru 871 eżami. Is-Servizz ta` MRI ilu 12-il xahar fl-Isptar San Luqa. Ma kien hemm l-ebda spiża kapitali involuta. L-MRI huwa mikri b'rata ta` US$296,000 kull sitt xhur. Hemm 250 il-persuna fuq il-waiting list u jsiru bejn wieħed u ieħor 60 MRI kull ġimgħa. Din il-waiting list se titnaqqas konsiderevolment fil-ġranet li ġejjin meta l-eżamijiet ta` l-MRI ser jibdew isiru wkoll wara nofs in-nhar.
Leg 9 PQ #25610 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħatat il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mill-FMSS fl-1995 u l-1996? meta ngħata dan ix-xogħol u kemm tħallas għal kull biċċa xogħol li ngħatat ta' konsulenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi kienet tutilizza s-servizzi tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala 'Professional Support and Advisory Services' minn Mejju ta` l-1995 sa Ottubru ta` l-1996. Mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, din il-persuna tħallset kif ġej: 1995 Lm8,400.26 1996 Lm9,811.90
Leg 9 PQ #25625 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Zocor

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba tal-persuna għall-pilloli Zocor li ma ġietx aċċettata terġa tiġi mistħarġa mil-ġdid minħabba l-bżonn ta' dawn il-pilloli min din il-persuna? Il-partikularijiet ta' din il-persuna qed jitbagħtu separatament min din il-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-informazzjoni mogħtija mill-ispiżerija ta' St. Luke's, id-Drugs and Therapeutics Committee ma għandu l-ebda rekord ta' rikjesta għall-pilloli Zocor, għall-persuna msemmija.
Leg 9 PQ #25087 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Business Process Reengineering

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex finalizzat it-tender tal-business process reengineering tad-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern li għalaq f'Novembru 2000? Jekk ġie finalizzat, jista' jinfurmana min ha l-award u għal liema somma u meta se jibda l-proġett?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-tender tal-business process reengineering tad-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ġie finalizzat u r-rapport tal-Bord intbagħat lid-Direttur tal-Kuntratti. Issa imiss lid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti sabiex jiffirma l-Kuntratt mal-kumpanija li rebħet dan it-tender.
Leg 9 PQ #25088 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija s-somma li d-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu jagħti lill-aġenti Maltin u barranin (aġent b'aġent) fil-preżent? Jista' wkoll jgħid meta jaħseb li ser jiġu mħallsa u xi pjanijiet għandu biex tiġi kkontrollata din l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ammont ta` ħlasijiet li għandhom jieħdu l-aġenti sas-16 ta` April 2001, aġent b'aġent huma kif jidrhu fil-paġni li qed inpoġġi fuq l-mejda tal-kamra. Dok A juri aġenti lokali. Dok B juri aġenti barranin. Dwar ħlas, bħalissa d-dipartiment qed iħallas madwar LM1.2 miljun kull xahar. Din l-ispiża qed tkun mmonitorjata regolarment kull xahar u kontrolli oħrajn isiru skond ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern.
Leg 9 PQ #25322 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

"Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata."
Leg 9 PQ #25413 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ħuġġieġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ta' detriment għas-saħħa anke għall-impjegati u l-pazjenti ta' l-isptar Boffa peress li kull meta tinxtegħel il-ħuġġieġa l-isptar jintela bid-duħħan u nugrufun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25414 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur li hemm fl-isptar Boffa huwiex jilħaq l-iskop li għalih qiegħed jintuża u jekk huwiex f'kundizzjoni li jintuża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25282 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Tryprizol Syrup

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar erba' xhur ma ġietx fornuta l-mistura Tryprizol Syrup mill-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25291 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment konċernat ser jieħu dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn sabiex jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli jsolvi l-problema li għandhom persuni bi kmamar fix-Xatt ta' Spinola San Ġiljan li jilmentaw kontinwament li qed jidħlilhom l-ilma minn ġot-triq għal ġol kmamar tagħhom? Jaf l-Ministru, li dan l-ilma qed jidħol saħansitra min ġol-ħitan bil-konsegwenza li qiegħed jikkawża ħsarat kbar lill-inġenji ta' dawn il-persuni għandhom fil-kmamar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment ħa l-miżuri kollha li hemm bżonn. Infurmat li lmenti dwar infiltrazzjoni ta' ilma ġo kmamar fix-Xatt ta' Spinola San Ġiljan ilhom jiġu nvestigati minn Lulju ta' 1998, meta ġie referut l-ewwel ilment lil dan id-Dipartiment. Minn dak iż-żmien saru diversi spezzjonijiet u ttieħdu diversi kampjuni tal-infiltrazzjoni minn Uffiċjali ta' dan id-Dipartiment. Liema kampjuni indikaw li dan kien ilma tal-vit. Wara dan infurmajna sew verbalment, kif ukoll bil-miktub, lill-Korporazzjoni għas-Servizzita' l-Ilma sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi eliminat dan l-inkonvenjent. Minkejja dan, sabiex tiġi eskluża kull possibilita' ta' xi difetti minn katusi ta' djar privati fil-viċinanzi, saru diversi testijiet bil-kulur fuq tali katusi fi Triq Spinola. Ġew innotati xi difetti w ttieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn ġew irranġati. Importanti li wieħed jinnota li: Dawn id-difetti ma jidhrux li kienu l-kaġun ta' din l-infiltrazzjoni peress li mit-testijiet bil-kulur, qatt ma deher kulur f'dawn il-boathouses. Kien hemm drabi meta l-infiltrazzjoni kienet waqfet. L-aħħar spezzjoni saret minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fit-18 ta' April 2001, iżda wara, ġejna avżati mis-sid, li l-ilma reġa' waqaf.
Leg 9 PQ #25409 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba fid-dipartiment tad-Dermatoloġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minkejja li dan hu 'Consultant based service', ninsab infurmat li fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija hemm ħames tobba li huma 'full-timers' u tabiba oħra li hija 'part-timer'. Barra minnhekk żewġ tobba oħra bħalissa qegħdin fuq 'unpaid study leave' barra minn Malta.
Leg 9 PQ #25410 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ġewwa d-dipartiment tad-Dermatoloġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' konsulenti ġewwa d-Dipartiment tad-Dermatoloġija huwa tlieta, inkluż iċ-Chairman.
Leg 9 PQ #25411 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Waiting List

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list biex tneħħi felula? Veru li trid tistenna fuq sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat miċ-Chairman tad-Dermatoloġija li l-'waiting list' għall-felul ('warts') bħalissa qiegħda 4 ġimgħat. Il-'waiting list' għall-felul ta' natura kożmetika ('Skin tags') bħalissa qiegħda xahrejn.
Leg 9 PQ #25412 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur ta' l-Isptar Boffa huwiex ta' detriment għas-saħħa tan-nies tal-Floriana?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24768 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjip

Question

Peress li ġie approvat li anke t-tipjip passiv jikkawża mard, jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jipprompwovi li ma jsirx tipjip f'ċerti postjiet jew fejn ikun hemm għeluq u ħafna nies preżenti, jew f'postijiet fejn l-ikel huwa espost, bħal ħwienet tal-laħam?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Divijoni tas-Saħħa qed preżentement tirrevedi l-liġi dwar il-kontroll tat-Tabakk.
Leg 9 PQ #25085 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Qormi — Triq Ġuże Cardona

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir kontra l-problema ta' ġrieden li hemm jinfestaw l-area ta' Triq Ġuże Cardona, Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li Ħal Qormi kien ġie ttrattat kontra l-ġrieden, bi tqegħid ta' velenu, f' Jannar tas-sena l-oħra w fi Frar ta' din is-sena. Ninforma wkoll li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control' ta' l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv ieħor f'area ta' Triq Ġuże Cardona, fil-11 ta' April 2001. Għaldaqstant il-problema ser tibqa tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.
Leg 9 PQ #24727 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex fl-isptar jibda jkun hemm spazju żgħir riżervat għal dawk li jmorru jiġbru l-qraba tagħhom li jkunu għadhom kemm ġew mibgħuta mill-isptar, peress li qed jiġri li karozzi li jidħlu biex jiġbru dawn il-persuni ġieli qed jeħlu ticket għax mhux ikollhom fejn jipparkjaw sakemm jiġbru lill-qraba, liema ħaġa żgur ma tagħmilx sens peress li dawk li jkunu għadhom kemm għamlu xi operazzjoni żgur li ma jkunux jifilħu jimxu ħafna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-proċedura hi li jekk min ikun ser jiġbor il-qraba jinforma lill-Uffiċċju tas-Security fuq r-raġuni taż-żjara tiegħu minn qabel, post għall-parking jkun provdut viċin il-Main Entrance ta` l-isptar.