Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18931 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Budget Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi attentat biex jissaħħaħ il-budget office f'dawn l-aħħar xhur?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fejn it-tliet sezzjonijiet fil-Budget Office sas-sena l-oħra kienu mmexxija minn żewġ Senior Principals, matul dis-sena l-Budget Office, fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, ġie approvat bi tliet Assistent Diretturi fis-Sezzjonijiet tad-Dħul, Infieq Rikorrenti u Infieq Kapitali. Matul dis-sena wkoll, imtlew żewġ postijiet li kienu vakanti fis-Sezzjoni ta' l-Infieq Rikorrenti. Bħalissa qed jittieħdu l-passi neċessarji biex il-Budget Office jkompli jissaħħaħ permezz ta' kontribut minn uffiċċjali li ser jiġu mpjegati bħala Economics Officers fil-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #18740 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

NGOs — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm NGOs f'Malta u Għawdex jimpjegaw part-timers u full-timers? Kemm huwa dan in-numru totali li jimpjegaw? Kif jikkontrolla d-dipartiment il-ħlas dovut lid-dipartiment tat-taxxi interni? Peress li skond informazzjoni li għandi hawn professjonisti li qed jiċċarġjaw ħlasijiet eżorbitanti lit-tfal b'diżabilita' u li dawn il-professjonisti jinħbew taħt l-isem ta' xi organizzazjoni sabiex jiffrankaw milli jħallsu t-taxxi dovuti? Jekk jaqbilx li ġaladarba l-NGOs joperaw permezz tal-flus li jinġabru mill-poplu, li ħafna drabi dawn anke jagħmlu sagrifiċċji biex jgħin, għandux ikun hemm guide lines ta' kontrolli mid-dipartiment tal-finanzi biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-abbużi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f'Malta hawn tlieta u tletin (33) NGOs li huma reġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi bħala li jimpjegaw nies magħhom. Minn dawn, tletin (30) kienu jimpjegaw nies magħhom matul is-sena 1999. L-informazzjoni li għandu d-Dipartiment turi li fis-sena 1999 dawn kienu jimpjegaw 780 full-timer u 122 part-timer. Dawn l-NGOs jibgħatu perjodikament lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni l-formoli FS3, FS5 jew FS7 li juru l-emolumenti mħallsin lill-impjegati u t-taxxa miżmuma lill-impjegati.
Leg 9 PQ #18741 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament kemm għandu jagħti taxxa u kemm ħallas mill-1992 sa l-1999 peress li kull meta jċempel jew imur dejjem jgħidulu ċifra differenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Leg 9 PQ #18742 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Ċekk tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jara li ċ-ċekk tal-ħobż tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, jinħariġlu peress li issa għadda żmien sewwa minn meta kellu jitħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onorevoli Membru, l-ħlas tal-Lm10 qed isir skond in-numru tal-Karta ta' l-Identita'. Għaldaqstant, m'inix f'pożizzjoni li nikkonferma jekk il-ħlas lill-persuna msemmija sarx jew le. Nixtieq nieħu l-opportunita' li niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li l-iskop tal-Mistoqsijiet Parlamentari hu li jirrigwardaw l-interess nazzjonali u mhux biex nistaqsu dwar jekk pagament sarx jew le. Dwar il-ħlasijiet tal-Lm10, min ikollu xi diffikulta' għandu jirreferi għand l-Uffiċċju tal-Customer Care tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u jieħu miegħu/magħha l-Karta ta' l-Identita'.
Leg 9 PQ #18924 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċju fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li ħadu kumpens permezz tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji (imwaqqfa fl-1987) humiex intitolati għal xi forma ta' benefiċċju fiskali għar-rigward tal-kumpens mogħti jew jekk l-istess kumpens huwiex eżenti mill-ħlas tat-taxxa fuq l-income? Jista' jgħid jekk kienx hemm persuni li ħadu l-kumpens fuq indikat, li eventwalment gawdew ukoll minn xi forma ta' eżenzjoni? Min kienu u x'kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li persuni li ħadu kumpens permezz tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji, imwaqqfa fl-1987 mhumiex intitolati la għal xi forma ta’ benefiċċju fiskali għar-rigward tal-kumpens mogħti u lanqas għal xi eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq l-income
Leg 9 PQ #18301 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Infiq tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministrujgħid b'mod dettaljat x'sejra tkun in-nefqa għall-gvern fl-inizjattivi li ġejjin tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni: skola sekondarja ġdida fil-Karwija; għajnuna lill-familji li għandhom uliedhom fl-iskejjel privati; il-bini ta' kumplessi sportivi reġjonali u faċilitajiet oħra; żvilupp ta' faċilitajiet sportivi ġodda fil-kumpless tal-Marsa; it-twaqqif tal-Mużew tax-Xjenza u t-teknoloġija; id-dħul ta' l-Internet fl-iskejjel; it-twaqqif ta' fond għal finanzjament ta' proġetti edukattivi u kulturali u t-twaqqif ta' skola ġdida sekondarja għal lokalita' ta' Sta. Venera?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti approvati as-sena 2000 huma ppublikati fl-estimi, waqt li n-nefqa li tista ssir fil-futur hu suġġett al budget tas-sena d-dħla li adu mhux iffinalizzat.
Leg 9 PQ #18353 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tarif mitlub sa nofs Ġunju 1999 nata fit-tweġiba all-mistoqsija numru 8004. all-bqija tal-perjodu msemmi, it-tarif huwa kif ġej:- Data tas-Safra Numru ta' Persuni L-an taż-żjara 24-26 ta' Ġunju 1999 1 Konferenza24 ta' Settembru - 1 ta' Ottubru 1999 3 Konferenza18 - 23 ta' Ottubru 1999 3 Xool9 - 10 ta' Novembru 1999 1 Xool5 - 11 ta' Diċembru 1999 2 Xool26 - 29 ta' Jannar 2000 1 Xool24 ta' Frar - 1 ta' Marzu 2000 2 Uffiċjali7 - 9 ta' Marzu 2000 2 Xool20 - 31 ta' Marzu 2000 2 Uffiċjali12 - 13 ta' April 2000 1 Uffiċjali12 - 24 ta' Mejju 2000 2 Konferenza18 - 21 ta' Ġunju 2000 1 Xool28 ta' Ġunju - 4 ta' Lulju 2000 4 Konferenza
Leg 9 PQ #18599 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18096?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tarif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18623 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17354 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18253 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kuntratturi/kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx xi kuntratturi/kumpanniji lokali li ġew black-listed minħabba n-nuqqasijiet tagħhom fuq xogħol ta' kuntratti pubbliċi?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar 'blacklisting ' ta' kumpanija lokali al skop ta' 'tendering' publiku sar fl-1998. Dan li idt iżda ma jfissirx li t-'track record' ta' kuntrattur ma jiġix kunsidrat qabel ma dan jinata xi kuntratt. Huwa fatt li 'blacklisting' huwa kastig drastiku li jseħħ biss f'każi ta' 'gross irresponsibility' bħal per eżempju nuqqas totali ta' kuntrattur li jonora l-kuntratt bla ebda raġuni valida.
Leg 9 PQ #18254 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Tendering pubbliku — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir reġistru tal-kuntratturi biex jiġu kklassifikati għall-iskop tal-proċess ta' tendering pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xool dwar reġistrazzjoni ta' kunratturi qed jitmexxa mis-Segretarjat Parlamentari as-'Self Employed' fi ħdan il-Ministeru as-Servizzi Ekonomiċi u alhekk ikun aħjar kku l-mistoqsija dwar progress fuq dan l-aspett issir lill-Ministeru li adni kif semmejt. Irrid nid iżda li l-klassifikazzjoni tal-kuntratturi al skop ta' 'tendering' publiku mhux dipendenti al kollox fuq ir-reġistrazzjoni tahom alkemm jidher li dan il-proċess ikun jista jsir aħjar wara li tkun saret ir-reġistrazzjoni. Ix-xool fuq din il-klassifikazzjoni adu addej.
Leg 9 PQ #18257 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Proprjeta' — Bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17766 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid minn Settembru 1998 sal-lum kemm inbiegħet proprjeta' lill-barranin? X'kien il-valur tal-bejgħ xahar b'xahar u kemm inbiegħet proprjeta'?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li erba' mija u sitta u oxrin (426) il-permess inataw taħt l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) biex persuni li mhumiex residenti f'Malta ikunu jistu jakkwistaw proprejta' immobbli f'Malta matul l-1 ta' Settembru, 1998 sat-30 ta' Ġunju 2000. ar-rigward il-valur tal-bej xahar b'xahar u kemm ħarġu permessi qed tinata l-informazzjoni meħtġa fl-annessa tabella markata Dokument 'A'.
Leg 9 PQ #18516 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns

Question

Wara l-kampanja li saret mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex jintbagħtu r-returns sat-30 ta' Ġunju, 2000, jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-acknowledgements lit-taxpayers anke fid-dawl taċ-ċekkijiet li l-istess taxpayers bagħtu mal-formoli?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li l-'acknowlegements' lit-taxpayers bdew jintbatu u huwa previst li jkunu ntbatu kollha fil-ġima li ġejja.
Leg 9 PQ #18517 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min preżentement qed iservi fid-Dipartiment tat-Tax Compliance Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi? Jista' jgħid jekk il-ħaddiema msemmija humiex ħaddiema tal-gvern jew le u jekk huma ħaddiema tal-gvern x'kariga għandhom mal-gvern? X'uffiċċini se jingħataw tat-Tax Compliance Unit u x'benefiċċji oħra se jkollhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentement hemm tliet officjali li ja[dmu full-time mat-Tax Compliance Unit fi [dan il-Ministeru tal-Finanzi. Dawn kollha [addiema tal-Gvern u g[andhom dawn il-Karigi: Head Tax Compliance Unit - Skala 1 Assistant Principal - Skala 11 Clerk - Skala 16 L-ufficini li ser jing[ataw tat-Tax Compliance Unit huma ufficini moderni fit-tielet sular ta Millenia Buildings, Aldo Moro Street, Marsa. Minbarra l-[las li ser jinghataw ghas-servizzi tag[hom certi professjonisti u ufficjali gholja fl-amministrazzjoni ser jinghtaw ukoll car allowance, petrol allowance u bonus skond il-mertu.
Leg 9 PQ #18615 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17344 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18646 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18468 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm kien hawn impjegati taċ-Ċivil illi s-sena l-oħra qalgħu flus aktar mill-President? F'liema dipartimenti kienu u x'tip ta' xogħol jagħmlu u xi grad għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18514 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu bżonn ħaddiema t-Tax Compliance Unit biex jiffunzjona? Jikkonferma l-Ministru li ħarġu sejħiet għall-ħaddiema, barra mis-Servizz Pubbliku, biex jaħdmu mat-Tax Compliance Unit? Liema kienu l-karigi msemmija? Kemm ġew ingaġġati nies fihom? X'pakkett finanzjarju qed jingħata ma' kull vakanza li għandha t-Tax Compliance Unit?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli membru li r-risposta ghall-Interpellanza numru 18514 qieghda titpogga fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #17959 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mad-diversi dipartimenti jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' xogħol jagħmlu fejn ġew impjegati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għar-rigward tad-dipartiment tad-dekasteru għall-perjodu sa Diċembru 1998 diġa ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 6450. Għall-bqija tal-perjodu msemmi, ġew ingaġġati l-ħaddiema li jidhru fuq il-lista li qed inpoġġi ħames snin mill-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #18011 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Irċevuti fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm kien hemm: (1) sidien ta' ħwienet/ristoranti eċċ. li ma ħarġux irċevuti fiskali; (2) sidien li ħarġu rċevuta fiskali żbaljati - li ma turix il-verita' ta' kemm intnefqu; (3) sidien/bejjiegħa li ma kellhomx cash register biex joħorġu rċevuta fiskali? Kemm saru spezzjonijiet b'kollox f'dan iż-żmien? Kemm-il persuna ttellgħet/se tittella' l-qorti?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tarif mitlub minnu huwa kif ġej: 1. Numru ta persuni reġistrati li instabu ma ħarġux irċevuta fiskali: 640. 2. Numru ta persuni reġistrati li ħarġu irċevuta fiskali żbaljata: 82. 3. Numru ta persuni reġistrati li ma kellhomx cash register: 61. It-tarif moti jodd all-perjodu mill-1 ta Jannar 2000 sal-11 ta Lulju 2000. Matul l-istess perjodi saru bkollox 4,292 spezzjoni u kien hemm 858 każ li ġew referuti sabiex jittieħdu passi bil-Qorti kontra tahom.
Leg 9 PQ #18012 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm daħħal il-gvern mill-VAT? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tarif mitlub huwa ippublikat regolarment fil-Gazzetta tal-Gvern mid-Dipartiment tat-Teżor.