Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23088 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Passi dixxiplinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom is-sena l-oħra u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 171 membru tal-Korp tal-Pulizija li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom minħabba li kienu kkommettew nuqqas msemmi fl-Ewwel Skeda li tinsab ma` l-ordinanza dwar il-Pulizija ta` Malta.
Leg 9 PQ #23089 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Same sex marriages

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jirrikonoxxix same sex marriages li jkunu saru barra minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Żwieġ bejn persuni ta` l-istess sess hu rikonoxxut biss f`xi ftit pajjiżi. Ma hemm l-ebda intenzjoni li dan it-tip ta` żwieġ jiġi rikonoxxut f`Malta u dan peress li huwa inkompatibbli mal-liġi taż-Żweġijiet ta` Malta li tippermetti biss żwieġ bejn persuni tas-sess oppost.
Leg 9 PQ #23090 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati/droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra minħabba reati konnessi mad-droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 445 persuna li ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq reati konnessi mad-droga.
Leg 9 PQ #23091 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Piena karċerarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weħħlu xi piena karċerarja is-sena l-oħra? X'tip ta' reat wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 il-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin irċeviet 176 sentenza dwar persuni li ngħataw piena karċerarji. Ir-reati li għalihom ingħataw dawn is-sentenzi kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23092 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti għar-reati kriminali s-sena l-oħra? X'tip ta' reati kienu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 2,570-il persuna li tressqu l-Qorti fuq reati kriminali (crimes). Ir-reati kienu dawk li jidhru fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23181 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Night clubs

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'igħidu r-regolamenti dwar il-provvisjoni ta' l-ilma lill-pubbliku f'night clubs u f'postijiet oħra ta' divertiment? Kif qed jiġi żgurat li dan isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemmx regolamenti dwar dan is-suġġett. Pero` fuq talba tal-Kunsill tas-Saħħa, liċenzji tal-pulizija għal discotheques u party halls jinħarġu bil-kundizzjoni li jrid ikun hemm minn lanqas żewġ drinking fountains aċċessibli b`xejn għall-pubbliku.
Leg 9 PQ #23182 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet minn membri tal-korp tal-pulizija u/jew il-Protezzjoni Ċivili f'night clubs u postijiet ta' divertiment biex jkun żgurat li l-vitien ta' l-ilma u l-flushings tat-toilets jaħdmu regolarment u ma jingħalqux mis-sidien waqt li eluf ta' nies jkunu qed jiddevertu? Kien hemm xi rapporti dwar xi nuqqas f'dan is-sens? Matul is-sena 2000 u fl-2001 s'issa saru xi spezzjonijiet? X'instab?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23181 f`din l-istess Seduta, ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kelliex ilmenti dwar dan.
Leg 9 PQ #23338 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Triq is-Suq, Żejtun — Commercial Outlets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi għall-commercial outlets fi Triq is-Suq, Żejtun?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hemm ħames ħwienet liċenzjati mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #23048 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar liċenzjati llum, jista' jagħti breakdown tat-tip ta' armi liċenzjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 64,403 oġġett li jaqa` taħt id-definizzjoni ta` arma tan-nar reġistrati mal-Pulizija li minnhom 46,516 huma snieter u 5,768 huma air weapons; il-kumplament ħafna minnhom huma armi minn kollezzjonisti.
Leg 9 PQ #23049 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li tressqu l-qorti s-sena l-oħra? Għaliex tressqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti fuq diversi reati, 175 persuna taħt is-sittax-il sena. Ir-reati li dwarhom tressqu l-Qorti kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23050 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti għal reati mwettqa waqt xi attivita' sportiva s-sena l-oħra? X'kien l-allegat reat u x'kien l-isport in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni li matul is-sena 2000 ittellgħu l-Qorti għal reati mwettqa waqt xi attivita` sportiva kien ta` 81. Il-każi kollha seħħew waqt logħob tal-football, ħlief f`żewġ każi, wieħed waqt logħob tal-waterpolo u wieħed waqt logħob tal-basketball. L-allegati reati kienu jinkludu dagħa; kliem u/jew ġesti oxxeni; insulti u theddid, ħsara volontarja, ksur tal-Bon Ordni; insulti lejn l-uffiċjali tal-logħba; imġieba abbużiva; tfigħ ta` oġġetti; ġlied; ħebb għal uffiċjal tal-logħba u ikkaġunar ta` feriti ħfief; reżistenza bil-vjolenza u dħul fl-istadium mingħajr biljett.
Leg 9 PQ #23051 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement notices

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu enforcement notices mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet 1,345 enforcement notice.
Leg 9 PQ #23085 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Immigranti klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti Klandestin li nqabdu s-sena l-oħra? Min liema pajjiżi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-immigranti klandestini li daħlu Malta permezz ta` biċċiet tal-baħar matul is-sena 2000, ninsab infurmat illi kien hemm erba` minn dawn il-każijiet kif jidher hawn taħt: 25 ta` April : sebgħa persuni ta` Nazzjonalita` Eġizzjana, daħlu fl-Imtaħleb permezz ta` lanċa; 27 ta` Ġunju : ħames persuni, wieħed Eġizzjan - Libjan - Tunesin u żewġ Marokkini daħlu fl-inħawi tal-Armier; 23 ta` Awissu : sitt Tuneżini daħlu fl-inħawi ta` Pembroke permezz ta` lanċa tas-sajd; 24 ta` Novembru : sitt Tuneżini daħlu l-Imġarr, Malta, permezz ta` lanċa tas-sajd. Fl-erba` każijiet, l-erbgħa u għoxrin barrani diġa` tressqu l-Qorti u ġew ripatrijati.
Leg 9 PQ #23042 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati f'Paceville

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lil pulizija ġo Paceville u fl-area ta' madwar matul is-sena l-oħra? X'tip ta' reati kienu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, il-Pulizija kellha 2,186 rapport ta` reati li seħħew fl-area ta` San Ġiljan, li minnhom 470 seħħew ġewwa Paceville. Dawn kienu jinkludu attentati ta` offiżi, offiżi fuq il-persuna, ksur ta` bon ordni, ħsarat, drogi, frodi, offiżi sesswali u serq.
Leg 9 PQ #23043 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Abbużi fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ttellgħu l-qorti s-sena l-oħra minħabba abbużi fuq it-tfal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, il-Pulizija ressqet 14-il persuna fuq akkużi ta` abbużi sesswali u swat fuq it-tfal.
Leg 9 PQ #23044 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bniet taħt is-16-il sena li kellhom tarbija is-sena l-oħra? Kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #23045 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Hold-ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups is-sena l-oħra u kemm huwa l-ammont totali ta' flus misruqa?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22466.
Leg 9 PQ #23046 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti minħabba vjolenza domestika s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, il-Pulizija ressqet 147 persuna quddiem il-Qorti b`reati li jistgħu b`xi mod jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika.
Leg 9 PQ #23047 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' stupru li ġew irrapportati lill-pulizija s-sena l-oħra, fejn saru u kemm kellhom żmien il-vittmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20076, sa` l-aħħar tas-sena 2000, il-Pulizija kellha tlett rapporti oħra ta` stupru. L-eta` ta` dawn it-tlett vittmi kienet tvarja bejn it-28 u d-39 sena, u l-lokalitajiet fejn saru r-reati kienu: Ħamrun/Sta. Venera, Fgura u l-Ħamrun. Dawn huma biss rapporti, u d-deċiżjoni dwar ħtija u/jew kienx hemm stupru qiegħda f`idejn il-Qorti.
Leg 9 PQ #23326 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ser jimplimenta, u meta, id-deċiżjoni mogħtija mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji li d-dettalji tagħha qed jingħataw taħt separate cover u li issa għaddew aktar min sentejn u naħseb li dewmien aktar mhuwiex ġustifikabbli? Jaħsibx il-Ministru li meta l-gvern jonqos li jonora deċiżjonijiet ta' dan it-tribunal ma jkunx qed jimxi skond ir-rule of law u quindi b'mod mhux demokratiku?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.