Legislature:
Category:
Reset
Active:

FTS

Question

Nirriferi l-Ministru għat-tweġiba li tagħni għall-mistoqsija parlamentari 19689. Peress li jiena tlabtu speċifikament in-nefqa tal-Foundation for Tomorrow Schools f'Għawdex, jista' jekk jogħġbu jagħti t-tagħrif li jiena tlabtu u jgħidli x'nefqet kull sena l-FTS f'Għawdex minn meta twaqqfet sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn xi nzid mat-tweġiba oriġinali ħlief li nerġa' ngħidlu li bejn l-2000 u l-2005 il-Gvern investa b'kemm jiswew Lm 1,125,208.48 fl-iskejjel Għawdxin filwaqt li s-sena d-dieħla l-Gvern daħal għal proġett tal-bini ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat Għawdex stmata li tiġi tiswa Lm 3 miljuni minbarra l-ispiza għall-Car Park.

Każ dwar għoti ta' Kotba lil studenta

Question

Jista' il-Ministru jara li l-istudenta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-kotba indikati separatament mill-iskola fejn tattendi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi kotba lil studenti li jattendu skejjel Primarji u Sekondarji. Studenti li jattendu skejjel Post-Sekondarji jingħataw stipendju kif ukoll allowance fil-bidu tas-sena, biex ikunu jistgħu jixtru l-kotba li jkollhom bzonn.

Eżamijiet tas-SEC/MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar mistoqsija parlamentari 20394 dwar l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa qiegħed niddiskuti ma' diversi stakeholders u nevalwa l-kummenti li qed isiruli. Bħalissa qed niffoka l-aktar fuq x'ikun l-impatt jekk ir-riparatorju jsir għas-suġġetti kollha, imma ikun hemm ċaqliq fiz-zmien li jsir. Qed jiġu evalwati r-reazzjonijiet ta' l-istakeholders jekk l-ezami intermediate ma jibqax biss parti miċ-ċertifikat MATSEC imma ikun jista' jsir għal rasu, għal raġunijiet ta' impjieg. Qed issir ukoll evalwazzjoni interna ta' l-implikazzjonijiet fuq l-istruttura tal-MATSEC jekk tiġi implimentata ir-rakkommandazzjoni dwar ir-revizjoni tal-karta billi tingħata kopja tagħha lil min jitlobha.

Edukazzjoni — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19533 u 20395 u jgħid kemm saru rapporti mill-ministeru jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni mis-sena 2000 sal-lum li huma marbuta mal-qasam edukattiv? X'kienu dawn ir-rapporti u kemm ġie jqum kull rapport?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20605, Seduta 432.

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20365, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti, subien u bniet separatament, li setgħu applikaw biex jagħmlu l-eżami tal-junior lyceum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li setgħu japplikaw biex jagħmlu l-ezami tal-Junior Lyceum huma dawk is-subien u bniet kollha ta' l-eta' circa ta' 11 il-sena.

Skejjel ta' l-Istat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20549, filwaqt li fil-mistoqsija oriġinali jien kont qed nifhem li l-informazzjoni tinżamm fuq il-computer u allura mhux daqshekk diffiċli biex tingħata, jista' il-Ministru jagħti l-informazzjoni għal kul sena u għal kull vot separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inzid mat-tweġiba oriġinali.

Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti talli qabbdu nies jaħdmu bla permess din is-sena u x'weħlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena 2006, il-Qorti sejħet żewg seduti dwar il-każijiet tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig, kif jidher hawn taħt: 2006 April Gunju Nru ta' każijiet ippreżentati 30 20 Każijiet mirbuħa mill-ETC 1 0 Każijiet mitlufa mill-ETC 1 0 Każijiet irtirati 8 7 Każijiet differiti 20 13 Multi li tħallsu Lm 175 Lm100

Skola Vincenzo Borg Brared

Question

Jista' il-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-workshops tat-technology education li saru fl-iskola Vincenzo Borg Brared ġewwa Birkirkara huma safe u ħielsa minn kull periklu u allura skond l-istandards meħtieġa, fosthom anke l-iswitches għall-makkinarju? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni li jindika li dawn il-workshops huma safe u skond l-istandards meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-laboratorju tad-Disinn u Teknoloġija (Technology Education Workshop) huma 'safe' u ħielsa minn kull periklu, u allura skond l-istandards meħtieġa, anke l-iswitches għall-makkinarju. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċertifikazzjoni li tindika li l-laboratorji (workshops) huma 'safe' u skond l-istandards meħtieġa. Dan ġie kkonfermat anke mill-istess għalliem u z-zewġ technicians fil-prezenza tal-Kap ta' l-iskola u l-Uffiċċjal Edukattiv tad-Disinn u t-Teknoloġija.

Verdala Junior Lyceum

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux informat b'ittra li nbagħtet mill-kap tal-junior lyceum tal-Verdala li issa se jkunu fl-iskola Adelaide Cini, fejn fiha fost ħwejjeġ oħra qed jgħid lill-ġenituri tat-tfal li "anke jekk il-ħsara ma jkunx għamilha apposta għandha tiġi mħallsa mill-ġenituri"? Ma jaħsibx li filwaqt li wieħed jifhem il-ħtieġa li ma ssirx ħsara, speċjalment wara li jkun sar xi xogħol, il-fatt li qed iwissi lill-ġenituri li anke f'każ ta' ħsara aċċidentali dawn għandhom iħallsu hija xi ftit esaġerata?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser ngħaddi kopja ta' l-imsemmija ċirkolari fejn ma tirrizultalix la ċ-ċitazzjoni li hemm fil-Mistoqsija u lanqas xi esaġerazzjoni.

Introduzzjoni ta' kotba ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kotba ġodda se jiġu introdotti sa minn din is-sena skolastika ġdida? Ta' liema suġġett u f'liema sena? Kemm kienet in-nefqa għalihom u min ħa t-tender tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Masters fil-Psikoloġija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kors tal-masters fil-psikoloġija hux se jiftaħ jew le matul din is-sena akkadameika? Jekk fl-affermattiv, meta u kemm se jqum dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa beda l-aħħar 'semester' tal-Masters fil-Psikoloġija. L-istudenti se jkollhom l-eżamijet finali fl-aħħar ta' Frar u l-'external examiner' ser tiġi Malta f'April 2007 biex flimkien mad-Dipartiment tal-Psikoloġija, issir evalwazzjoni ta' dan il-kors. Huwa maħsub li kors ieħor ta' taħriġ għall-Psikoloġija jibda f'Ottubru 2007.

Skejjel — Tfal Diżabbli

Question

Hemm xi deċiżjoni li ma jiddaħħlux persuni biex jassistu t-tfal diżabbli li għandhom bżonn l-appoġġ fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Le. Bil-kontra. Qed inħaddmu politika ta' edukazzjoni inklussiva li ġiet aġġornata wara r-Rapport Spiteri dwar edukazzjoni speċjali u inklussiva.

Statementing Moderating Panel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-istatementing moderating panel? Kemm għandu każi pendenti quddiemu? Meta se jikkunsidrahom? Jista' jgħid meta ta facilitators l-aħħar lit-tfal li għandhom bżonnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

F'nofs settembru ta' l-2006 sar Meeting tal-Bord Moderatur għall-iStatementing biex jevalwa r-rapporti (mediċi u psikoloġiċi) tat-tfal li kienu deħlin Kinder f'din is-sena skolastika. In-numru ta' kazijiet pendenti quddiem il-Bord Moderatur għall-iStatementing u li għandhom iċ-ċertifikati mediċi u psikoloġiċi neċessarji hu ta' 397. Dawn huma ta' tfal studenti Maltin u Għawdxin u ġejjin mill-iskejjel kemm ta' l-Istat u kemm tal-Knisja. Dawn il-kazijiet qed jiġu evalwati u ser ikomplu jiġu deċizi fil-ġejjieni qarib. Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni għadha kif allokat numru ta' facilitators issa fil-bidu ta' Ottubru 2006.

Boroż ta' Studju — Bord ta' l-għażla

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni fuq il-bord ta' l-għażla tal-boroż ta' studju mill-Gvern Malti? Fuq liema kriterji ġie magħżul dan l-istess bord? X'kienu t-terms of reference ta' dan l-istess bord ta' għażla? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-oqsma li ngħataw priorita' li poġġa quddiem dan il-bord ta' l-għażla? Kif għamlu assessment għal kull applikazzjoni li daħlet? Jista' jagħti informazzjoni ta' kif sar il-proċess ta' l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Bord ta’ l-għażla tal-boroż ta' studju mill-Gvern Malti, kif kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta’ Settemrbu, 2006, kien magħmul minn membri mnizzla hawn taht u l-kriterji li bihom intgħazlu kienu l-ispeċjalizzajoni ta’ kull membru: Titlu Isem Kunjom Kariga Speċjalizzajoni Ms Joyce Pullicino Chair Chair – Ex-Direttur ta’ l-Edukazzjoni Dr Jonathan Borg Membru B.Mech.Eng.(Hons.), M.Sc., Ph.D. Ms Stephania Dimech Sant Membru BA (Hons.) SocWk, MA European Studies (Sussex) Prof. Richard Muscat Membru B.Sc.(Hons.) (L'Pool) M.Sc.(Lond) Ph.D.(Lond) Mr Jacques Sciberras Membru MSc Econ & Soc Policy Analysis (York) Ms Micheline Sciberras Membru Dip.Y.S., B.Ed.(Hons.), M.A. (Guidance and Counselling) (Durham) Ms Anne Marie Thake Membru BA(Hons), MSc(Manchester)(HRD) Dr Ray Xerri Membru M.D., MSC., Dip.(Hth Mgt) Dr Steven Zammit Membru B.A., LL.D Ms Annabelle Vassallo Segretarja BA(Hons) It- terms of reference ta' dan l-istess bord ta' għażla kienu hekk kif stipulati fir-regolamenti ta’ din l-iskema. L-oqsma li ngħataw priorita' l-ewwel gew diskussi mill-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla, imbaghad gew diskussi mill-membri tal-Bord ta’ l-ghażla. Il-Gvern qabel ma’ l-oqsma magħżula. Dawn kienu: · It-Teknoloġija ta’ l-Informatika u Telekommunikazzjoni – speċjalizzazzjoni, avvanzi u riċerki f’dan il-qasam. · Sevizzi Finanzjarji – specjalizazzjoni legali, accounting, maniġerjali, actuarial, finanzjarjament alternattiv, analiżi. · Żvilupp soċjo ekonomiku u interpretazzjoni – international and EU econometrics, żvilupp ekonomiku, cost benefit analysis. · Żvilupp uman – edukazzjoni, age, saħħa u iġjene, enerġija u ambjent. · Wirt kulturali u humanities – heritage management, konservazzjoni, mużika, arti viżwali, teatru, storja ta’ Malta u l-Mediterran, ġografija. · Xjenza – farmaċewtika, mediċinali, agrikoltura u sajd, veterinary, nutrizzjoni, materjal ta’ kostruzzjoni, teknoloġija ġdida, enerġija alternattiva. L- assessment sar billi l-Bord ta’ l-ghazla l-ewwel evalwa l-applikazzjonijiet u accerta l-eligibilta ta’ l-applikanti skond il-kriterji stabbiliti fir-regolamenti li gew ppubblikati ma’ l-applikazzjoni. Applikanti kienu eligibbli jekk: · Ikunu Ċittadini ta’ Malta, jew inkella jkollhom permess jaħdmu Malta. · Ma jistgħux ikunu diġa bdew kors ta’ studju f’livell post-graduate . · Ikollhom fil-pussess tagħhom sad-data ta’ l-għeluq ta’ l-applikazzjoni il-Grad fit-tieni klassi bl-unuri (Taqsima Superjuri), jew kwalifika ogħla. · Ikunu lesti li sa l-1 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena ta’ l-għeluq mill-applikazzjoni, jibdew l-istudji tagħhom. Il-proċess ta' l-għażla sar skond dawn il-kriterji, kif stipulat fir-regolamenti: · Il-mertu akkademiku ta’ l-istudent · Il-kwalita’ tal-proposta tar-riċerka · Il-provvediment ta’ korsijiet lokalment · L-impatt li l-istudju jew riċerka jista’ jkollu fuq l-iżvilupp ta’ pajjiżna. L-applikanti eligibbli ġew intervistati kollha mill-Bord ta’ l-għazla u ġew magħżula 35 (20 għall-Masters u 15 għall-Phd) biex jingħataw din il-borża ta’ studju.