Jista' il-Ministru jgħid kemm kien ir-revenue taċ-ċentru Malti tar-restawr fis-sena 2001 u fis-sena 2002 sal-lum? Kemm għandu jiġbor flus iċ-ċentru għas-servizzi li pprovda lil terzi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara kemm-il darba siefret fuq xogħol taċ-ċentru Malti għar-restawr il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, mill-1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu l-ispejjeż, inkluż air-fares, ta' kull safra li saret?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża tax-xogħol li sar sabiex jiġi rranġat il-post f'Bighi għaċ-ċentru Malti għar-restawr? Ix-xogħlijiet li saru mingħajr permess mill-awtorita' ta' l-ippjanar kienu tneħħew?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, miċ-ċentru Malti għar-restawr?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministru jista' jagħmel użu minn żewġ karozzi, t-tnejn li huma diesel li normalment jinxtara mingħand Paul and Rocco Petrol Station tal-Marsa.
Jista' il-Ministru jgħid x'politika ser juża d-dipartiment ta' l-edukazzjoni fis-sena skolastika li jmiss dwar il-bejgħ ta' junk food fl-iskejjel statali? Jista' jara li dan ma jinbiegħx fi skejjel tal-knisja u indipendenti wkoll?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, meta tagħti l-offerti għat-tmexxija tat-tuck shops fl-iskejjel statali, telenka bosta kundizzjonijiet li jkunu jridu jiġu segwiti minn dak li jirbaħ l-offerta. Fost dawn hemm kundizzjoni dwar x'għandu u x'mgħandux jinbiegħ mit-tuck shops. Il-bejgħ ta' junk food huwa fost l-affarijiet imsemmija f'dawn il-kundizzjonijiet. L-ispetturi tas-saħħa pubblika, li matul is-sena skolastika jżuru għall-għarrieda t-tuck shops statali, huma fid-dmir li jirrapurtaw lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jekk ir-regolament dwar il-junk food ikunx qiegħed jinkiser.
Informat ukoll li l-kuntratti li permezz tagħhom jingħataw il-'canteens' ta' l-iskejjel statali jenfasizzaw il-bejgħ ta' ikel bnin u sostanzjuż. Hu kompitu ta' l-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti li, individwalment, jesiġu li dan jitwettaq ukoll f'dan is-settur edukattiv. Spetturi tad-Dipartiment tas-Saħħa iżuru u jirraportaw dwar "canteens' ta' l-iskejjel biex jiżguraw li hemm livelli aċċettabbli ta' iġene u kwalita` ta' ikel.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tuck shops fl-iskejjel ta' l-Istat? Jista' jgħid min ser imexxi kull wieħed minnhom fis-sena li jmiss, kemm ser iħallas u x'inhuma l-kundizzjonijiet dwar projbizzjoni ta' bejgħ ta' ċertu oġġetti ta' l-ikel u x-xorb?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel ta' l-Istat hemm wieħed u tletin (31) tuck shop. Dawn jinsabu fl-iskejjel sekondarji u l-Junior Lyceums. Lista tal-kuntratturi li se jmexxu dawn it-tuck shops matul is-sena skolastika li qegħdin fiha u s-somma li kull wieħed ħallas qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-kundizzjonijiet dwar projbizzjoni ta' bejgħ ta' ċertu oġġetti ta' ikel u xorb, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għal Misotqsija Parlamentari Numru 35584 magħmula minnu stess.
B'riżultat ta' sejħiet għall-offerti li ġew ippubblikati mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada biex isiru xogħlijiet ta' tikħil u tibjid f'16-il zona, jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel sar dan it-tip ta' xogħol fil-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2002 u llum u x'inhu antiċipat li jsir u f'liema skejjel bejn illum u l-31 ta' Diċembru 2002, billi f'kull każ jgħid min kienu l-kuntratturi li tqabbdu jagħmlu dawn ix-xogħlijiet u għal kull skola rispettivament iqiegħed kopja tal-bill of quantities bir-rati tax-xogħol imkejjel, filwaqt li f'kull każ ukoll jgħid jekk il-kuntrattur li ntagħażel kellux l-orħos offerta jew inkella l-aktar waħda vantaġġjuża għall-fondazzjoni, filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-technical adjudication reports għas 16-il zona rispettivament li għalihom ġew ippubblikati l-offerti u kopja tal-letters of acceptance kollha maħruġa mill-istess fondazzjoni għax-xogħlijiet kollha msemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' l-iskejjel li fihom sar ix-xogħol imsemmi bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru 2002, kif ukoll, kopji ta' letters of acceptance maħruġa fuq disgħa minn sittax-il lokalita`.
Il-letters of acceptance rigward is-seba' lokalitajiet oħra għadhom ma ħarġux, peress li għad irid jiġi deċiż meta jista' jsir ix-xogħol meħtieġ, bla ma jiġi mfixkel it-tagħlim fl-iskejjel.
Informat li l-bills of quantity għadhom qed jiġu vverifikati billi f'xi każijiet kien hemm bżonn li jsir xogħol aktar milli oriġinarjament stmat mit-tekniċi, u f'xi każijiet, għad irid isir il-kejl tax-xogħol li sar kif ukoll il-kwalita`.
Filwaqt li l-Bord ta' Aġġudikazzjoni kkonsidra r-rapport tekniku, li kopja tiegħu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta, meta eżamina ċ-ċirkostanzi kollha ta' kull kuntrattur u l-bżonnijiet ta' l-iskejjel primarji u sekondarji, l-imsemmi Bord aġġudika, kull fejn kien hekk ġustifikat, a bażi ta' l-orħos offerta, u fejn kien ġustifikata mod ieħor a bażi tat-tieni, it-tielet, ir-raba', il-ħames u s-sitt l-orħos offerta.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet għall-offerti dipartimentali maħruġa mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum u li meta l-istess sejħiet għalaq iż-żmien tal-pubblikazzjoni tagħhom irriżulta li qabżu l-figura ta' Lm20,000? Għaldaqstant fl-istess ħin jista' jgħid liema minnhom ġew riferuti lid-direttur tal-kuntratti, mil-liema minhom sar tnaqqis ta' kwantitajiet jew items biex jiġu taħt il-valur ta' Lm20,000 u għalhekk għal liema minnhom kellhom jerġgħu joħorġu sejħiet għall-offerti ġodda peress li jkun sar dan it-tnaqqis iżda fl-istess ħin xorta jkun meħtieġ li jiġu pprokurati tali ħteġijiet? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-letters of acceptance kollha li ħarġu minn din il-fondazzjoni flimkien mal-bills of quantity rispettivi tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Serinpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi sEdutalista ta' tenders li l-ewwel offerta tagħhom qabżet l-Lm20,000 flimkien mal-letters of acceptance rispettivi.
It-tabella tindika wkoll liema minnhom ġew riferuti lid-Direttur tal-Kuntratti u l-prezz finali, jekk kien hemm xi tnaqqis.
Tender wieħed, numru FTS/20/02, sarlu tnaqqis fl-items, u nħareġ tender separat għal dawn (numru FTS/42/02).
B'riferenza għall-rapport li deher fil-ħarġa ta' "In-Nazzjon" tal-Ġimgħa 30 ta' Awissu 2002, jista' il-Ministru jgħid b'mod dettaljat fiex jikkonsisti l-infiq ta' madwar Lm100,000 u Lm 80,000 rispettivament fuq l-iskejjel primarji ta' Wied il-Għajn u l-Gżira filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni flimkien ma bills of quantity dettaljati li għandhom jakkumpanjaw dawn l-ittri f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-infieq li sar fuq l-iskejjel tal-Gżira u Wied il-Għajn hu kif se nsemmi:
Gżira:
Acceptance of Tender bid-data tal-31 ta' Lulju 2002 maħtuġa mid-Direttur tal-Kuntratti lil Polidano Brothers Ltd. ta' Lm50,109.80. Il-kont rispettiv għadu qed jiġi mkejjel.
Wied il-Għajn:
L-infiq li sar, u li ser isir, fuq l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn huwa kif ġej:
Infiq ta' xogħlijiet li saru:
1. Xogħolijiet strutturali u ta' kostruzzjoni
Lm24,679.15 Kalaxlokk Co. Ltd.
2. Xogħlijiet ta' tikħil u żebgħa
Lm10,286.00 R.Scicluna Ltd & VEBS Co. Ltd
3. Xogħlijiet konnessi ma' servizzi ta' l-elettriku, ilma, eċċ
Lm6,439.00 Netcom Ltd.
4. Xogħlijiet ta' madum, irħam, eċċ
Lm8,925.49 Camray Contractors, CD Borg Co. Ltd,
Agius Marbles Ltd.
5. Xogħlijiet ta' aluminium
Lm4,875.70 Koperattiva Aluminium u Servizzi Oħra.
Infiq fuq xogħlijiet committed:
6. Installazzjoni ta' lift
Lm8,150.00 Topserv Ltd.
7. Installazzjoni ta' platform stairlift
Lm3,070.00 Elmein Ltd.
Infiq ieħor neċessarju:
8. Biex jitwassal servizz ta' dawl għal-lifts
Lm4,000.00
TOTAL: Lm70,425.19
Kopji ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Bills of Quantity konċernati qed jiġu verifikati.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, b'mod dettaljat, lista ta' l-infiq, pagament b'pagament, li saru mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 1998 għall-voti tal-construction and adaptation works in government schools u tar-refurbishment and maintenace for government schools rispettivament, it-tnejn voti kapitali?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub jirrikjedi ċertu xogħol biexjinġabar u jiġi verifikat, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada tirtira mill-pubblikazzjoni s-sejħiet għall-offerti FTS 98-02 supply and installation of electrical, mechanical and ELV systems, 97-02 supply and installation of a vertical trasportation system li kollha kellhom jiġu prokurati għall-iskola primarja ta' Ħ'Attard?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li rigward tender numru 97-02, kif diġa` fissirt fit-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 35659, jirriżulta li kienet diġa' ħarġet tender għall-istallazzjoni ta' lifts fl-iskejjel u allura ma kienx hemm bżonn il-ħruġ ta' tender oħra.
Informat li b'referenza għal tender numru98-02 meta ġew verifikati l-istimi dettaljati mogħtija mill-konsulenti irriżulta li t-tender għandha tiġi riferuta għall-proċeduri tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
B'riferenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta' "In-Nazzjon" ta' l-Erbgħa 11 ta' Settembru 2002 fir-rigward ta' self li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għamlet mill-APS Bank, jista' il-Ministru jqiegħed kopja tal-ftehim li ntlaħaq u l-awtorizazzjoni mogħtija mill-ministeru tal-finanzi?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopja tal-ftehim milħuq ma' l-APS Bank, kif ukoll l-awtorizazzjoni mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid fejn qed imur il-qliegħ minn bejgħ ta' minerali minn kaxxa awtomatika li qed tieħu d-dawl mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni ħdejn id-dipartiment ta' l-eżamijiet? Kemm kien il-ħlas fuq il-kontijiet tad-dawl tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kummissjoni mill-bejgħ ta' minerali minn kaxxa awtomatika ħdejn id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet tmur għas-social fund ta' dan id-Dipartiment. Il-ħlas tad-dawl tagħha hu kopert mill-ħlas li jsir minn dak tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Għaldaqstant il-konsum ta' elettriċita` mhux magħruf billi ma jeżistix meter tad-dawl għall-kaxxa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' Inventory Officer fl-MCAST li għaliha kien hemm sejħa pubblika f'Awissu ta' din is-sena, ġietx okkupata jew le? Jekk fl-affermattiv, minn min, u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-post vakanti ta' Inventory Officer għadu ma nteliex.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti li ġew ingaġġati mill-fondazzjoni skejjel ta' għada? X'tip ta' xogħol ingħataw u fuq liema skala u x'kienet il-fee li tħallset?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-konsulenti ngaġġati mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada huma kif se nsemmi:
Konsulent Kumpanija Skola
Mr Anton Valentino Architectural Consultants Sir Adrian Dingli, Pembroke
Services Secondary School, Karwija
u proġetti oħra fl-iskejjel
Mr George Management Consultant - Diversi
Papagiorcopulo FTS
Mr Maurice Galea Contracts Consultancy Diversi
Services
Ir-rata ta' ħlas lil dawn il-konsulenti hija ta' Lm10.00 fis-siegħa inkluż il-VAT.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratturi kollha li ngħataw xogħol mill-fondazzjoni skejjel ta' għada sabiex jirranġaw skejjel, inkluż dettalji ta' l-iskola, ix-xogħlijiet li saru u l-valur tax-xogħol li sar?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 35660.