Transport Malta – toroq li se jsir xogħlijiet fuqhom
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq li strettament jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, qed jiġi ppjanat li jsir xogħol fuqhom minn Transport Malta? F’liema lokalità jinsabu? X’inhi r-raġuni għal dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista hija segwenti:
Lokalita’
Triq
Gżira
Culvert ġewwa Triq St Albert
Bormla
Sur Santa Liena
Furjana
Ta' Sarria & Park + Ride Access + Terminus
Birgu
Triq il-Kardinal Sciberras & Triq Desain
Żebbuġ
Triq Pelaġju Mifsud & Triq Anthony Aquilina
Valletta
Strait Str (btw St.Domenic and St.Nicholas)
Żejtun
Triq Alfred Cachia Zammit
Marsaxlokk
Junction at Triq iz-Zejtun/Melqart/Axtart (on behalf of MEH)
Bormla
Irlandizi parking area
Marsaxlokk
Resurfacing of Triq iż-Żejtun (on behalf of MEH)
Marsaxlokk
Opening and Construction of Triq Lepanto (on behalf of MEH)
Marsaxlokk
Opening and Construction of Triq Barthelemy (on behalf of MEH)
Ħamrun
Major Works in Triq San Gużepp
Tarxien
Junction at Triq il-Palma
Zejtun
Bir id-Deheb
Żabbar / Żejtun
Triq Bormla (taċ-Ċawsli)
Żurrieq
Vjal ix-Xarolla
Żabbar
Triq il-Kunvent u Triq Cawsli
Isla
Triq is-Sur
Birkirkara
Triq Buontadini
Siġġiewi – Triq Mons Mikiel Azzopardi – miżuri ta’ saħħa u sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru speed cameras u meta se jittieħdu miżuri oħra ta’ saħħa u sigurtà fi Triq Mons Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi) biex jiġu evitati aktar inċidenti fatali? X’inhuma l-pjanijiet? Meta se jitwettqu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li talbiet għal speed cameras ma jiġux sottomessi lil Transport Malta iżda għandhom jintbagħtu lill-Local Enforcement System Agency(LESA) li min-naħa tagħhom ikomplu jipproċessawhom skont il-proċeduri stabbiliti.
Rigward miżuri oħra ta’ sigurta jien infurmat li permezz ta’ korrispondenza datata 28 ta’ Jannar 2015 Transport Malta approvat pjanta li tinkludi: pelican crossing viċin kantuniera ma’ Triq il-Ħsad, build-outs fil-kantunieri tal-viċin biex jiġi kkontrollat aħjar is-sewqan eċċessiv, waiting-lane biex il-karozzi jkollhom fejn jistennew qabel ma jidħlu fi Triq l-Andar filwaqt li tnaqqset il-wisa’ tal-karreġjati biex tipprojbixxi l-vetturi milli jaqbżu ‘l xulxin.
Fit-13 ta’Marzu, waqt laqgħa fuq il-post, il-Kunsill Lokali kien fi qbil li jimplimenta l-linji tal-karreġjati skont l-approvazzjoni tat-28 ta’ Jannar 2015. Permezz ta’ korrispondenza elettronika datata 16 ta’ Marzu 2015 Tranpsort Malta approvat ukoll linja kontinwa matul Triq Mons. Mikiel Azzopardi, filwaqt li ggwidajna l-Kunsill Lokali dwar xi proposti oħrajn li ssemmew waqt laqgħa fuq il-post.
Fit-12 ta’ Ottubru 2015 l-Awtorita’ rċeviet numru ta’ proposti li dwarhom il-Kunsill Lokali kellu jagħmel laqgħa ta’ konsultazzjoni mar-residenti. Fid-19 ta’ Ottubru 2015, l-Awtorita` tablet lill-Kunsill Lokali sabiex jgħaddilha l-minuti ta’ din il-laqgħa u l-fehmiet tar-residenti dwar dawn il-proposti sabiex inkunu nistgħu l-Kunsill Lokali b’mod aħjar. Fis-6 ta’ Jannar 2016 l-Awtorita` reġgħet fakkret lill-Kunsill Lokali sabiex jibgħat l-informazzjoni li kienet intalbet f’Ottubru 2015. Din l-informazzjoni waslet għand l-Awtorità fl-4 t’April 2016 fejn din se tiġi evalwata u l-Kunsill Lokali jiġi nfurmat bid-deċiżjonijiet meħuda.
Jista’ l-Ministru jgħid x inhi l-funzjoni tal-Kumitat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku u minn min hu kompost dan il-Kumitat ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-funzjoni tal-Kumitat tat-Traffiku hi li jiddiskuti dawk it-talbiet li jikkonċernaw u/jew li se jaffettwaw it-traffiku fit-toroq. Dan il-Kumitat jiltaqa’ regolarment matul ix-xahar u hemm każijiet fejn jiġu mistiedna uffiċċjali mill-Kunsilli Lokali u/jew minn entitajiet pubbliċi/parastatali/privati sabiex jiġi diskuss xi proġett partikolari.
Il-Kumitat huwa kompost minn uffiċjali mid-Dipartiment tal-Immaniġġar tat-Traffiku, mid-Dipartiment tat-Trasport Pubbliku u d-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta, il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura, u l-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq rurali li bbenefikaw mill-Fondi Ewropej? Meta qed jippjana il-Gvern biex ix-xogħol fuq dawn it-toroq jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fiż-żoni rurali li kienu qed isiru minn Transport Malta taħt il-programm iffinanzjat mill-EU (EAFRD 2007-2013) ‘M125 Infrastructure related to the development & adaptation of agriculture’, tlestew skont il-pjan. It-toroq li bbenefikaw kienu 80.
Toroq — spiża u ammont ta’ toroq li sarilhom patching jew resurfacing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-toroq li minn Marzu 2013 ‘l hawn sarilhom major patching jew resurfacing? F’liema lokalità huma dawn it-toroq u x’kienet l-ispiża biex sar dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22060.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq il-junction tal-Kappara? Ladarba dan il-proġett ikun lest, kif ser ikun strumentali biex il-problema tat-traffiku titnaqqas f’din il-parti tal-pajjiż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġà bdiet għaddejja b’diversi xogħlijiet f’toroq fl-inħawi ta’ madwar l-istess junction u dawn ix-xogħlijiet ivarjaw minn tibdil tal-wiċċ tat-triq sa’ rikostruzzjoni fejn l-istess toroq ikollhom ħsarat strutturali. Dawn it-toroq qed jiġu mtejba biex iservu bħalha rotot alternattivi għas-sewwieqa tul l-andament tal-proġett.
Ix-xogħol fuq il-junction innifisha mistenni jibda matul ix-xahar t’April u mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena 2017. Il-proġett tal-Kappara Junction se jkun qed itaffi l-konġestjoni f’din ir-rotta importanti li hija wkoll parti mit-Trans European Network. Għalhekk, il-proġett se jtejjeb din il-junction f’waħda iktar effiċjenti, se jnaqqas il-queues twal li bħalissa jakkummulaw mar-roundabout eżistenti, u għaldaqstant is-sewwieqa jkunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom f’inqas ħin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm pjan ta’ immaniġġjar għat-traffiku f’toroq alternattivi ġaladarba jibda x-xogħol fil-junction tal-Kappara?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 18849.
Jista’ l-Ministru jgħid li ġaladarba tkun lesta Triq il-Kosta, hux ser ikun hemm lane li tista’ tintuża miċ-ċiklisti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġor parti tax-xogħlijiet fuq Triq il-Kosta huma lesti u lane għaċ-ċiklisti ġiet inkluża fejn l-wisa’ tat-triq kienet tippermetti tali nklużjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti d-data definittiva ta’ meta se jibda x-xogħol fuq il-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Kappara Junction beda b’diversi xogħlijiet fuq numru ta’ toroq li se jkunu qed iservu bħalha toroq alternattivi matul il-proġett in kwistjoni. Bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet u preparamenti dettaljati mal-kuntrattur, li se jkun qed iwettaq ix-xogħlijiet fuq il-junction innifisha, liema xogħol mistenni jibda matul April.
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta s’issa (jiġifieri sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari) dwar l-immaniġġar tat-traffiku għal meta jibda x-xogħol fuq il-Kappara Junction, speċjalment dwar it-traffic diversions li se jkun hemm fis-seħħ u x’parir ingħata?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Immanniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta għamel dawn ir-rakkomandazzjonjiet għal dak li għandu x’jaqsam ma’ traffic management fir-rigward ta’ dan il-proġett:
- Isiru tabelli madwar Malta sabiex is-sewwieqa jkunu jafu li għaddejjn ix-xogħlijiet fl-
junction
tal-Kappara u jagħżlu toroq alternattivi. Tali tabelli ġew disinjati u approvati.
- Isir tibdil f’ċertu toroq u
junctions
kritiċi. Dawn ġew approvati kif ġej:
-
1. Triq ix-Xatt, il-Gżira fejn ser ikun hemm żewġ karreġġjati lejn Ta’ Xbiex u karreġġjata lejn tas-Sliema;
2. L-inkroċju bejn Vjal ir-Rihan, it-Triq tal-Balal u Triq Bellavista ġewwa San Ġwann;
3. It-triq li tgħaddi mill-wied bejn is-Swieqi u San Ġwann tiġi mwessa’;
4. Triq Reggie Miller fil-Gżira;
5. Triq Testaferrata fil-Gżira;
6. Triq Birkirkara ġewwa San Ġwann;
7. Triq il-Pellikan ġewwa San Ġwann;
8.
Roundabout
ta’ Mater Dei;
9. Triq is-Sebħ titwessa’ għal tlett karreġġjati lejn l-Imsida sabiex tindirizza l-problemi ta’
merging
għall-vetturi li jitilgħu minn Ħal Qormi;
10. Ix-Xatt ta’ Spinola ġewwa San Ġiljan;
11. Il-bus lane ta’ Triq ix-Xatt Sliema/Gżira tiġi temporanjament sospiża.
- Rue d’Argens issir żewġ karreġġjati f’direzzjoni waħda lejn Triq Reggie Miller u Triq Rodolfu/Triq Mrabat.
- Ix-Xatt ta’ Qui-si-Sana issir żewġ karreġġjati f’direzzjoni waħda lejn ix-Xatt ta’ tas-Sliema u l-Gżira.
Kappara Junction – konsultazzjoni ma’ lokalitajiet – immaniġġar tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, tal-Għargħur, tas-Swieqi, tal-Imsida u Ta’ Xbiex dwar l-immaniġġar tat-traffiku għal meta jibda x-xogħol fuq il-Kappara Junction? Jekk iva, jista’ jagħti d-dati ta’ meta kkonsulta magħhom u x’informazzjoni ngħatat lilhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa nfurmat lill-kunsilli lokali tal-Gżira, Msida, Ta’ Xbiex, Sliema, San Ġiljan, Swieqi u San Ġwann sabiex jinfurmaw lill-istess Awtorita’ rigward xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-lokalita’ tagħhom sabiex ikun hemm koordinament aħjar għal dak li jirrigwarda mmaniġġjar tat-traffiku relatat mal-proġett tal-Kappara.
Ninsab infurmat ukoll li minbarra l-konsultazzjoni li saret waqt l-applikazzjoni tal-MEPA, saru wkoll laqgħat mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, l-Gżira u s-Swieqi, primarjament fuq ix-xogħlijiet relatati mat-toroq alternattivi.
Fil-ġranet li ġejjin se ssir ukoll laqgħa għall-istakeholders kollha, inkluż il-kunsilli lokali konċernati, sabiex ikunu kontinwament nfurmati fuq ix-xogħlijiet relatati ma’ dan il-proġett.
Fir-rigward ta’ Triq Birkirkara f’San Ġwann u peress li din issa ilha maqlugħa sena, u dan a detriment tan-negozju u tar-residenti peress li fil-maġġoranza tal-ġranet ma kienx qed isir xogħol fuqha, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol baqa’ jsir fiha u sa meta ser jitlesta? Jista’ jara li x-xogħol li għandu jsir, jitlesta mingħajr iktar dewmien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġa ġie spejgat kemm ‘il darba f’diversi risposti mogħtija fuq dan is-suġġett, ix-xogħlijiet li kienu għaddejjin tul din it-triq ma kinux ta’ Transport Malta iżda tal-Korporazzjoni tal-Ilma. It-triq kienet qed tingħalaq b’mod intermittenti minħabba diversi xogħlijiet. Ix-xogħlijiet li kienu qegħdin isiru f’dawn l-aħħar ġimgħat kienu ta’ Transport Malta, liema xogħlijiet mistennija jitlestew sal-aħħar ta’ Marzu.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni biex is-signage li qed jitwaħħal f’San Ġwann ikunu signage relevanti u jagħmel aktar sens mhux bħal pereżempju s-signage li hemm fi Triq San Franġisk fejn is-signage juri bl-aktar mod ċar li ma jistax isir aċċess minn din it-triq ladarba ma tkunx resident jew jeħtieġ li tuża l-pompa tal-petrol, meta l-eqreb pompa tal-petrol f’din l-akkwata hi aktar minn kilometru ‘l bogħod?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sinjali li twaħħlu nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu twaħħlu bi żball mill-kuntrattur u fil-fatt ġew imneħħija mill-istess kuntrattur ftit wara li Transport Malta ġibditlu l-attenzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għas-signage li twaħħal nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu, f’diversi toroq f’San Ġwann li jirreferu fost l-oħrajn għal rotot alternattivi fil-Ħamrun u l-Addolorata u li kellhom jerġgħu jitneħħew ftit tas-sigħat wara? Jista’ jgħid jekk fid-dawl tax-xogħol tal-Kappara Junction, jemminx li għandu jkun hemm pjanar aħjar anke fir-rigward ta’ road signage?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sinjali li twaħħlu nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu twaħħlu bi żball mill-kuntrattur u fil-fatt ġew imneħħija mill-istess kuntrattur ftit wara li nġibditlu l-attenzjoni. Rigward ir-road signagne għal tul il-proġett tal-Kappara, Transport Malta diġa ħabbret li ser tkun qed tagħmel ukoll użu mill-Variable Message Signs (VMSs) li ġew installati riċentament u li huma mezz ta’ komunikazzjoni effiċjenti billi jippermettu aġġornamenti iżjed attwali fuq l-andament tal-proġett.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu s-signage korrett li hemm fi Triq Birkirkara, San Ġwann, bejn Triq San Pawl u Triq San Pietru fejn għal xi żmien kienu juru “Men at work” u “No left turning” għal Triq San Pietru, imbagħad ġew mgħottija bit-tape u issa reġgħu nkixfu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din il-medda ta’ triq għadhom għaddejjin. Għaldaqstant is-sinjali jinkixfu jew jitgħattew skont il-ħtieġa u skont l-andament tax-xogħlijiet.
San Ġwann – Kunsill Lokali – tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u r-residenti tat-toroq rispettivi humiex qegħdin jiġu infurmati b’xogħol li qed isir u bit-tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku, kawża ta’ sinjali li qed jitwaħħlu għall-għarrieda u li ħafna drabi juru bl-aktar mod ċar li dawn is-sinjali huma riċiklati u ntużaw f’xogħlijiet f’lokalitajiet oħra u għaldaqstant ma jagħmlux sens għat-toroq li qed isir ix-xogħol fihom bħalissa peress li jagħmlu referenza għal toroq f’lokalitajiet oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann kien infurmat dwar id-diversi xogħlijiet ippjanti għall-lokalità u qiegħed jinżamm aġġornat f’kull stadju. Għal dak li jirrigwarda r-residenti u l-pubbliku in ġenerali, dawn qed jiġu nfurmati permezz ta’ diversi stqarrijiet maħruġa fil-mezzi tax-xandir.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fil-parti tan-naħa t’isfel ta’ Triq Birkirkara, fejn din il-parti titwessa’, għal xi raġuni jidher li t-tarmak il-ġdid mhux qed jingħata min-naħa għall-oħra tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ l-asfalt fil-parti tan-naħa t’isfel ta’ Triq Birkirkara issa ġie komplut u sar fil-wisa’ permessibli kollu.
Ħ'Attard — St. Anthony Street minn Long Street - one way
Question
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-parti ta' St. Anthony Street Attard minn Long Street lejn Ħ'Attard, issir one way peress li din hi triq dejqa ħafna u t-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet joħloq konġestjoni b'mod partikolari meta jgħaddu l-vetturi tat-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta kienet ġiet implimentata fil-passat iżda, minħabba tali miżura, kienu żviluppaw problemi ġodda f’partijiet oħra kritiċi fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jara li tempranjament jintefgħu t-traffic lights li hemm fit-tarf ta' Triq Pantar l/o Mosta sabiex it-traffiku jkun jista' jaqsam Valletta road meta bħalissa t-traffiku ma jistax juża Pantar Road fid-direzzjoni lejn Valletta Road u allura m'hemmx bżonn dawn it-traffic lights?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk jintfew dawn it-traffic lights, tintefa ukoll il-pedestrian crossing li hija mqabbda ma’ dawn it-traffic lights u għaldaqstant il-pubbliku ma jkollux minn fejn jaqsam b’sigurtà.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti rotot ġodda minn Ħal Qormi għall-Belt peress li r-rotot preżenti joriġinaw minn lokalitajiet oħra, bil-konsegwenza li sakemm jaslu Ħal Qormi ma jkunx fadal post għall-passiġġierili jitilgħu minn din il-lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-22 ta’ Novembru 2015, bħala parti mill-introduzzjoni tan-netwerk il-ġdid tat-trasport pubbliku, il-lokalità ta’ Ħal Qormi rat żieda kemm fil-frekwenza tar-rotot li jservu din il-lokalità kif ukoll introduzzjoni ta’ rotta ġdida. Iż-żidiet fil-frekwenzi kien hekk kif ġej:
· Rotta 62 fejn mis-sitta ta’ filgħodu l-frekwenza ta’ din ir-rotta żdiedet minn żewġ vjaġġi għal 3 vjaġġi fis-siegħa;
· Rotta 63 fejn żdiedet il-frekwenza għal 3 vjaġġi fis-siegħa fil-ħinijiet
peak
ta’ filgħodu;
· Introduzzjoni ta’ rotta ġdida bin-numru 64 li għandha frekwenza ta’ żewġ vjaġġi fis-siegħa fil-ħinijiet
peak
ta’ filgħodu, li mbagħad tinżel għal vjaġġ wieħed matul il-ġurnata. Din ir-rotta qegħda sservi l-inħawi ta’ Tal-Blat, liema żona qabel l-introduzzjoni ta’ din ir-rotta ma’ kellhiex servizz tat-trasport pubbliku dirett lejn il-Belt.