Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat — Triq Konti Ruġġieru

Question

Fid-dawl tal-fatt li numru ta' residenti fi Triq Konti Ruġġieru, ir-Rabat Malta, qed jirrappurtaw diversi ħsarat fl-istrutturi tal-bini residenzali taħghkom, jista' l-Ministru jinvestiga mmedjatament jekk dawn il-ħsarat, fosthom konsenturi fil-bini, humiex kawza tal-volum tat-traffiku li żdied mindu Triq G Borġ Oliver ir-Rabat saret one way, b'konsegwenza li t-traffiku qed jiżbokka f'din it-Triq antika fir-Rabat? Billi fi Triq Konti Ruġġieru hemm ħafna kantini u billi qabel sar dan il-bini dawn l-inħawi tar-Rabat kienu foss u għerien, jista' l-Ministru urġentement jara li jsir stħarriġ intensiv tal-ħsarat li qed dejjem jikbru, sabiex jiġu evitati inċidenti fatali li jistgħu jiġu kkawzati? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għalkemm jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq ma rċeviex rapporti ta' ħsarat, xi residenti kellmu lili stess dwar il-problema u tlabt lid-Direttorat tat-Toroq jara x'jista' jsir.

Mellieħa — Triq ta' Masrija

Question

Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq ta' Masrija l-Mellieħa tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jħaffef il-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena tiġi asfaltata din it-triq fil-Mellieħa. Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30721.

Mellieħa — Triq ir-Rattan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq ir-Rattan l-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it-triq li mhux asfaltata almenu jkollhom anqas żdingar? Għaliex il-Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent lir-residenti matul it-tlett snin li għaddew? Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30721.

Mellieħa — Triq ir-Rattan

Question

Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq ir-Rattan l-Mellieħa tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jħaffef il-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena tiġi asfaltata din it-triq fil-Mellieħa. Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30721.

Rabat — Triq G Borġ Oliver

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-ilmenti li waslu lid-Dipartiment tat-Toroq u t-Trafic Control Board dwar il-problemi li żviluppaw fis-sietema tat-traffiku fir-Rabat Malta mindu Triq G Borġ Oliver saret one way?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, is-sistema tat-Traffiku fl-inħawi għadha qed tiġi mistħarġa fid-dawl tal-bidliet li ssemmew fid-domanda.

Mellieħa — Triq il-Gargur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq il-Gargur l-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it-triq li mhux asfaltata almenu jkollhom anqas żdingar? Għaliex il-Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent lir-residenti matul it-tlett snin li għaddew? Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30721.

Mellieħa — Triq ta' Masrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq ta' Masrija l-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it-triq li mhux asfaltata almenu jkollhom anqas żdingar? Għaliex il-Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent lir-residenti matul it-tlett snin li għaddew? Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kuntrarju għal dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant, il-Gvern ta' llum, għall-ewwel darba beda jieħu l-passi biex it-toroq ta' l-inħawi jkunu jistgħu jiġu mogħtija l-wiċċ li jixirqilhom. Fil-fatt, matul is-sena 2000 sar xogħol ta' qtugħ ta' blat biex it-toroq ta' l-inħawi jkunu jistgħu jinfetħu. Dan ix-xogħol sewa Lm19,650 u wara dan, ħarġet tender biex fil-bankini kollha ta' l-inħawi jsiru l-culverts għas-servizzi u l-istess bankini. Din it-tender ħarġet fit-23 ta' Jannar 2001 u xogħol fuqhom bħalissa jinsab għaddej f'xi partijiet mill-inħawi. L-istima ta' dan ix-xogħol hija Lm187,298. Sadanittant, id-Direttorat tat-Toroq qed jieħu l-passi biex tiġi ppubblikata t-tender għall-asphalting ta' l-istess toroq. Dan juri li l-Gvern preżenti, kuntrarju għal dak ta' qablu ħa u qiegħed ikompli jieħu passi biex l-area kollha jkollha toroq ġodda mingħajr ma jonfoq il-flus f'xogħol doppju.

Postcodes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun ippubblikat direttorju ieħor tal-Postcodes tad-diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex billi dak li kien ippubblikat snin ilu nbiegħ kollu u jrid jiġi aġġornat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kif diġa' kelli okkażżjoni nwieġeb fis-7 ta' Diċembru li għadda jien infurmat li bħalissa qed isir xogħol fuq direttorju ġdid tal-kodiċi postali, bil-ħsieb li dan jiġi ppubblikat fi żmien mhux fil-bogħod.

Msida — Asfaltar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi asfaltata t-tarf tat-triq il-ġdida kantuniera ma' Triq Mons. D.Andria, Msida, u ssir ukoll bankina biex l-inkwilini ta' Marimina Court ikollhom aċċess xieraq għal djarhom bl-anqas inkonvenjenza? Peress li korrispondenza f'dan ir-rigward mar-Roads Department tmur lura sa Ottubru tas-sena 1995 fejn fl-1.12.95 ref RD 487/95 u d-direttur għat-toroq fil-Ministeru għat-Trasport kien għarraf lil dawn ir-residenti li d-dipartiment ħa nota tat-talba tagħhom u nkludiha fil-lista ta' toroq oħra fl-Imsida li jeħtieġu dan ix-xogħol, tista tingħata prijorita' lil din it-talba li ilha pendenti sebgħa snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawn l-aħħar ġimgħat is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida ressaq il-każ għall-attenzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq u qed jittieħdu passi biex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jitwettaq.

Żurrieq — Triq Matteolo Saliba

Question

Jista' l-Ministru jinforma f'hiex wasal it-tendering process biex tiġi magħmula parti minn Triq Matteolo Saliba Żurrieq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq lesta l-istimi meħtieġa għax-xogħol li jrid isir mid-Dipartiment. Malli l-Korporazzjoni ta` l-Ilma li għandha bżonn tagħmel xogħol f'din it-triq tgħaddi l-istimi tagħha lid-Dipartiment, tkun tista' tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti.

Wied il-Għajn — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq u f'liema prijorita intalbu mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn? Meta ġiet sottomessa din il-lista lill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li bħalissa għaddej xogħol fil-lokalita' ta' Marsaskala r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Mosta — Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li matul dawn l-aħħar tliet snin ma sarux il-culverts ta' l-ilma f'Main Str, Mosta? Meta fil-fatt se jsiru dawn il-culverts ħalli r-residenti Mostin ma jkomplux jiffaċjaw l-inkonvenjent u l-periklu li jikkawża l-ilma tax-xita f'din it-Triq fil-Mosta u sabiex tkun jista' jingħata wiċċ bit-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari Nru. 29177.

Imtarfa — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament meħtieġ sabiex jitkomplew ix-xogħlijiet fil-by pass ta' l-Imtarfa, inkluż li tkompli tingħata t-tarmac il-parti l-oħra tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ippubblika sejħa għall-offerti sabiex jiġu provduti pre-fabricated panels bil-ġebel tas-sejjieħ biex ikunu jistgħu jinbdew jinbnew il-ħitan li jridu jsiru fil-Bypass biex il-wiesgħa tat-triq tiġi waħda uniformi.

Imtarfa — Roundabout

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li terġa ssir ir-roundabout li kien hemm f'salib it-toroq tal-By Pass ta' l-Imtarfa sabiex ikunu evitati perikli kawżati mis-sistea tat-traffiku attwali f'din il-by pass? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant hu zgħir wisq biex fuqu tinbena r-roundabout flok dik li kien hemm qabel u li kienet pjuttost żgħira għat-traffiku li kien qed jużha. Ghalhekk fiċ-ċirkustanzi s-sistema preżenti hija l-inqas waħda ta' periklu f'din iż-żona.

Triq il-Barjol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejrin isiru x-xogħlijiet meħtieġa biex Triq il-Barjol tkun triq li tista' b'mod bażiku tintuża għan-nies, speċjalment mir-residenti li jgħixu fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Barjol hi waħda minn dawk it-toroq li fihom hu maħsub li jsir ix-xogħol aktar 'il quddiem.

PTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jirrappreżenta lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-persuni b'Diżabilita fuq il-board tal-Public Trasport Authority? Fl-2001, kemm saru laqgħat ta' din l-Awtorita' u kemm kienet l-attendenza tar-rappreżentant tal-KNPD?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord tal-Public Transport Authority illum ġie replaced b'dak tat-Transport Authority. Mhux il-każ li fil-Bord (ta' ħames persuni), ikun hemm rappreżentanti ta' Organiżazzjonijiet differenti, għalkemm il-KNPD bagħtet is-suġġerimenti tagħha u nżammu laqgħat magħha dwar it-trasport pubbliku u l-bankini fit-toroq, fost l-oħrajn.

M'Scala — Triq Patri Wistin Born

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Patri Wistin Born ġewwa M'Scala ser tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm diversi toroq fil-viċinanzi li ser jibda xogħol fihom wara li jiġu aġġudikati s-sejħiet għall-offerti. Triq Wistin Born tkun tista' ssir wara li xogħlijiet fit-toroq l-oħra jitlestew.

M'Scala — Triq il-Lampuka

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Lampuka ġewwa M'Scala ser tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac? F'każ illi t-tweġiba tkun simili għal mistoqsijiet preċedenti, jista' jgħid f'hiex wasal il-programm ta' rranġar ta' triq ġewwa M'Scala?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'Wied il-Għajn bi ftehim u prijorita' miftehma mal-Kunsill skond kif għidt fir-risposti għal mistoqsijiet preċedenti, ser isiru xogħlijiet f'toroq Menħir, Mintba, p/o Triq Sant Antnin, p/o Triq Żinżel, Ikħal, p/o Qrenpuċ u N/S in Triq Ikħal. Ħarġu tenders biex isiru toroq Gidwet, Għaxqet il-Għajn, Batterija, Maħsel, Sibbien, Sliem u Miklem Malti. Toroq oħra jsiru skond il-prijoritajiet li jkunu stabbiliti bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali.

Xogħol f'Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar f'toroq ġewwa ż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u M'Scala minn Settembru 1998 sallum? F'liema toroq sar xi xogħol u f'liema sena? Jista' jgħid wkoll x'xogħlijiet oħra hemm ippjanati u meta ser isiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta' min iżid, li x-xogħol li għandu jinbeda din is-sena għad jista' jiżdied iktar 'il quddiem.

Vjal it-Trasfigurazzjonali — Traffic Light

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir xi ħaġa biex tingħeleb il-problema ta' konfużjoni tat-traffiku li qed tinħoloq kuljum f'diversi ħinijiet tal-ġurnata ħdejn ir-roundabout f'tarf Vjal it-Trasfigurazzjonali f'Ħal Lija? Hemm xi ħsieb li jsiru traffic lights flok ir-roundabout biex jkun hemm kontroll aħjar tat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-titjieb fl-inħawi hu maħsub li jsir aktar 'il quddiem, meta din il-junction tiġi mibdula b'waħda ġdida.