Sptar Ġenerali t’Għawdex – ħaddiema tat-taqsima tas-CSSD
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li kienu jaħdmu fit-taqsima tas-CSSD fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex issa ilhom tmien xhur jaħdmu fl-Isptar Mater Dei f’Malta? Għaliex sar dan it-trasferiment lejn Malta meta l-wegħda tal-Gvern kienet li jinħoloq xogħol għall- Għawdxin kollha f’Għawdex stess? Jista’ l-Ministru jinnota li lil dawn kienu qalulhom li se jiġu trasferiti għal xahrejn, iżda issa ilhom tmien xhur jaħdmu f’Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-CSSD fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghaddej minn process ta’ ristrutturar estensiv sabiex ikun jista’ jaqdi d-doveri tieghu kif suppost, haga li ma kinitx possibli bl-istat hazin li thalla jaqa’ fih.
Sadanittant il-haddiema qed jitilghu l-isptar Mater Dei sabiex jigu sterilizzati l-istrumenti ghall-operazzjonijiet fl-isptar t’Ghawdex. Dan bl-ebda mod ma jikkostitwixxi trasferiment tal-haddiema. Hu anticipat li x-xoghol fis-CSSD jitlesta fix-xhur li gejjin u dan ifisser li l-haddiema ta’ dan id-dipartiment se jkunu qed jahdmu f’Ghawdex, f’dipartiment state of the art.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, preċiżament fl-4, il-5 u s-6 ta’ Ġunju, fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ma kienx hemm perżut u ġobon għall-pazjenti? Għaliex ġara dan in-nuqqas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interperlant li l-pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ma jiġux offruti biss perżut u gobon, imma varieta sħiħa ta' ikel nutrittiv.
Testijiet tal-ilma baħar – kontaminazzjoni minn fish farms
Question
Billi qed jirriżulta li t-testijiet tal-ilma baħar qed isiru bi frekwenza spissa, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk irriżultax li xi testijiet urew kontaminazzjoni minn fish farms, madwar il-kosta Maltija? Jekk iriżultaw tali kontaminazzjonijiet, x’passi ttieħdu biex dan ma jibqax iseħħ peress li minn żmien għal żmien ikun hemm min iqanqal l-argument li l-fish farms jagħmlu l-ħsara lill-kwalità tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-ri¿ultati fuq kampjuni tal-ilma baħar li ttieħdu s’issa kollha rriżultaw fil-livelli rakkomandati skont id-Direttiva 2006/7/EC u l-Avviż Legali 125 tal-2008 dwar l-Immaniġġar tal-Kwalita’ tal-Ilma tajjeb għal-għawm. Meta d-Direttorat ikollu evidenza ċara li l-ilma baħar jista’ jkun ikkontaminat u li dan jista’ jikkaġuna impatt fuq is-saħħa pubblika, iż-żona partikolari tingħalaq temporanjament u jekk ikun il-każ jittieħdu passi kontra l-persuna responsabbli skont l-istess Avviż Legali.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn kien hemm qtugħ ta’ dawl għal numru ta’ sigħat f’partijiet minn San Ġwann u Tas-Sliema fit-8 ta’ Ġunju 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-8 ta’ Ġunju 2015 kien hemm żewġ ħsarat fuq cables tas-sistema tad-Distribuzzjoni, liema ħsara ġiet irranġata mill-aktar fis possibli.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16355, peress li l-persuna ġiet ikkuntattjat però l-appart għadu kif kien, jista' l-Ministru jerġa' jara l-każ tal-individwu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna ġiet ikkuntatjata u ngħata id-data ta’ meta ħa jingħata s-servizz mitlub.
Sptarijiet tal-Gvern – regolamenti/linji gwida – komunikazzjoni dwar djanjożi serji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tobba u l-konsulenti fl-isptarijiet tal-Gvern għandhomx xi regolamenti jew linji gwida ma xiex jimxu meta jiġu biex jikkomunikaw xi djanjożi serja bħall-kanċer lill-pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tobba u l-konsulenti jimxu fuq il-prassi stabbilita skont l-etika medika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom upper limb prostheses? Kemm hawn persuni li għandhom lower limb prostheses? Jista’ jgħid kemm hawn persuni li għandhom iktar minn prosthesis waħda? Kemm jiswew id-diversi tipi ta’ prostheses? Kemm idum jistenna pazjent għal prosthesis? Kemm minn dawn il-persuni kellhom bżonn prosthesis riżultat ta’ dijabete jew/u ta mard ċirkolatorju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li 71 persuna għandhom upper limb prosthesis. Dawn jinkludu minn livell ta’ shoulder disarticulation sa partial hand prosthesis. 400 persuna li għandhom lower limb prosthesis, ukoll ta’ kull livell, minn hip disarticulation sa partial foot prosthesis. 43 persuna ghandhom iktar minn prosthesis waħda, għax ikunu tilfu aktar minn riġel wieħed.
Hemm varjazzjoni fil-prezzijiet ta’
prostheses
, jiddependi fuq l-i
specifications
skond il-bżonnijiet individwali ta’ kull pazjent. E.g.
l-ewwel
prosthesis
tipika ta’ xi ħadd li se jilbes
prosthesis
għall-ewwel darba u li għandu siequ maqtugħa minn taħt l-irkoppa tiswa madwar €1200; l-ewwel
prosthesis
tipika li tintlibes minn xi ħadd li siequ maqtugħa minn fuq l-irkoppa tiswa madwar €1800;
cosmetic upper limb prosthesis
, tipika ghal xi ħadd li idu maqtugħa l-isfel mill-minkeb, tiswa madwar €975.
L-iktar li jdum jistenna pazjent wara li jitlef xi sieq huwa 6 ġimghat; dan għar-raġuni li r-riġel residwali jkun għadu minfuħ, u għax il-ferita tieħu ¿-¿mien biex tfieq wara l-operazzjoni. B’danakollu, il-pazjent jibda t-terapija mill-ewwel, u hekk kif jitneħħewlu l-punti anke jqum jimxi fuq
pneumatic aide
mgħejjun minn fizjoterapisti. Kif ir-riġel ifieq u n-nefħa tonqos sew, jittieħidlu l-qies u f’inqas minn ġimgħa l-pazjent jingħata l-
prosthesis
.
Mill- 400 pazjent li jużaw
lower limb prostheses
, madwar 340 minnhom tilfu saqajhom b’konsegwenza ta’ dijabete jew problem biċ-ċirkulazzjoni, i.e. madwar 85%.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk din il-garanzija bankarja ta’ €88 miljun kenitx imniżżla fid-dokumenti tas-sejħa tal-proġett għall-powerstation, jiġifieri kemm fl-Expression of Interest u fir-Request of Proposals?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Security of Supply Agreement kien parti intergrali mill-proċess tas-sejħa għall-offerti. Dan qed jiġi diskuss mal-Kummissjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Electrogas, sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamenatari, mill-flus li kellha tħallas lill-Gvern biex jagħmlu tajjeb għall-art mogħtija lilhom, għall-ispejjeż li għamlet l-Enemalta kif ukoll għat-€30 miljun li kellhom jagħmlu tajjeb għat-traħħis fit-tariffi, hekk kif stipulat fis-sejħa għall-offerti?
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta' meter tal-ilma ġdid li għandu xi problema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u t-tiswijiet saru minnufih.
Peress li l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, fit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 15167 (fejn tlabt, fost l-oħrajn, id-dati ta’ meta hu żar l-Ażerbajġan fuq xogħol minn Marzu 2013) u peress li rreferieni għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15529, fejn iddikjara li żar l-Ażerbajġan diversi drabi (fost l-oħrajn mal-Prim Ministru, iżda mhux biss), jista’ issa l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta huwa żar l-Ażerbajġan minn Marzu 2013 sal-lum fuq xogħol Ministerjali, u minn min kien akkumpanjat kull darba f’kull waħda minn dawn iż-żjarat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15529 (ħmistax-il elf, ħames mija, disgħa u għoxrin), ninfurmah li ma sar l-ebda vjaġġ fl-2013 u fl-2015. Vjaġġajt l-Ażerbajġan fl-2014 għal meeting mal-Ministru dwar kollaborazzjoni f’Marzu 2014 akkumpanjat mis-Segretarju Privat tiegħi; f’Settembru 2014 attendejt għall-ftuħ ta’ Gas pipeline flimkien mas-Segretarju Privat tiegħi u f’Diċembru 2014 kont parti mid-delegazzjoni tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) Kemm ġew impjegati, u f’liema grad jew kariga, persuni fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sal-lum;
(b) Kemm kienet iż-żieda fil-pagi u salarji frott dawn iż-żidiet ta’ impjegati fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma;
(c) Kemm minn dawn l-impjiegi ġodda saru wara sejħa pubblika u kemm le; u
(d) Minn liema lokalitajiet ġejjin kull wieħed minn dawn l-impjegati ġodda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant fil-perjodu msemmi ġew ingaġġati 165 (mija, ħamsa u sittin) ħaddiem mal-Korporazzjoni f’dawn il-karigi:
· Architect Pipelaying
· Chief Executive
· Child Carer
· Clerks
· Consultant
· Driver
· Engineer
· Engineer Mechanical
· Executive Chairman
· Health & Safety Officer
· ICT Technician
· Junior Applications Developer
· Junior Business Analyst
· Junior Draughtsman
· Laboratory Technician
· Manager
· Multi skilled fitter Level 3 & 4
· Officer
· PA to Chairman
· Quantity Surveyor
· Senior Applications Developer
· TAS
Dawn il-ħaddiema ġejjin minn 50 lokalità differenti f’Malta u Għawdex.
Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15324, il-Ministru qal li l-informazzjoni dwar kemm-il servizz tad-dawl ġie maqtugħ mill-ARMS Ltd (li dwaru staqsejtu) hija informazzjoni sensittiva, u peress li l-istess domanda kien diġà weġibha f’mistoqsija parlamentari 9768 (bl-unika differenza tkun il-perjodu kopert mill-mistoqsija) u qal li kien hemm 1,662 kont li s-servizz tiegħu ġie maqtugħ, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15324 u jgħid kemm-il servizz residenzjali tad-dawl ġie maqtugħ mill-ARMS Ltd mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li issa li l-Enemalta hija kumpanija, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Sptar Mater Dei – pazjenti fil-kuritur tal-Medical Imaging
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar, x’kienu l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-pazjenti li tpoġġew fil-kuritur tal-Medical Imaging (-1) fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ pazjenti għall-kundizzjonijiet differenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema xhur qed tirreferi.