Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13514 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Ilbies protettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' lbies protettiv suppost jużaw il-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ? Jista' jgħid jekk huwiex assigurat li l-ilbies protettiv li jużaw dawn il-ħaddiema huwa ta' protezzjoni assoluta li jassigura li huwa biżżejjed biex il-ħaddiem ta' dan id-dipartiment fl-ebda ħin u fl-ebda ċirkostanza ma jkunu qed jipperikolaw ħajjithom permezz tad-diversi gassijiet tossiċi li jistgħu jiltaqgħu magħhom fuq il-post tax-xogħol fejn ikunu qed jaħdmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li qegħdin isiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mad-Dipartiment tal-'Health & Safety' biex jiġi assigurat li l-'protective clothing' li jużaw il-ħaddiema tad-Drenaġġ huwa sodisfaċenti għat-tip ta' xogħol li jkunu qed jagħmlu. Madankollu, nixtieq ngħid li d-Dipartiment kellu lbies protettiv għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema. Dan ma jfissirx li għandna niefqu hemm u ma nfitxux jekk jeżistix ilbies ieħor li jkun aħjar u li jagħti aktar assigurazzjoni lill-ħaddiema.
Leg 9 PQ #15324 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tad-Drenaġġ — Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jasal l-apparat għat-taqsima tad-drenaġġ, issa li diġa' għaddew tliet xhur mit-traġedja taċ-Ċirkewwa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ bħalissa pprepara 'specifications' biex ikun jista' jinxtara l-apparat kollu li hemm bżonn. Dan ix-xogħol issa ġie ffinalizzat u d-Dipartiment issa se jkun f'pożizzjoni biex jagħmel l-ordni.
Leg 9 PQ #15318 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Farsina — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa urġenti dwar il-ġrieden kbar li hemm partikolarment fl-area tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern f'Ta' Farsina, Qormi minħabba l-ambjent u s-saħħa tan-nies tal-post in ġenerali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15393 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'April 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Concreting of Bay Steps f'San Ġiljan? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi status kellu s-Sur Michael Aquilina biex jitlob li dan ix-xogħol jitwettaq u x'kariga kellu f'April 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 (Seduta 271). Ix-xogħol ġie jiswa Lm149.15. Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15068 (Seduta 271).
Leg 9 PQ #13384 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 124 fis-16 ta' Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #15239 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Kumitati għar-riabilitazzjoni

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13837, jista' l-Ministru jgħid jekk il-figuri li ngħataw taħt il-kolonna salarji, jirreferux għas-salarji li ħadu l-kordinaturi kollha globalment jew għas-salarju li ħa xi kordinatur partikolari, peress li f'xi snin minn dawk imsemmija kien hemm aktar minn kordinatur wieħed? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kordinaturi f'dawn l-aħħar ħames snin għamlux użu minn karozza mikrija u fuel provdut mill-gvern il-ġimgħa kollha, u jekk il-ministru jikkonsidrax din bħala allowance? Jista' jgħid jekk iċ-chairpersons tal-kumitati f'dawn l-aħħar ħames snin ingħatawx xi allowance taħt forma ta' kumpens għal secretarial service? Jekk iva, jista' l-ministru jgħid kemm hi din l-allowance, meta ġiet imħallsa u għal-liema tip ta' servizz ingħata ġaladarba l-uffiċċji tal-kumitati għar-riabilitazzjoni dejjem kienu pprovduti b'impjegati tal-gvern għal xogħol klerikali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-salarji murija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13837 jirrigwardaw biss lil Ko-ordinatur wieħed. Bejn l-1987 u l-1998 kien hemm Ko-ordinatur ieħor għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li tħallas kif ġej: SENA SALARJU ALLOWANCES ---------------------------------- 19 97 Lm3613.404 Lm443.88 (Income Bonus etc) 1998 Lm3856.664 Lm110.00 (Income Bonus etc) Iż-żewġ ko-ordinaturi kellhom/għandu l-użu ta' karozza tal-kiri bil-fuel provdut mill-Gvern għall-ġimgħa kollha. Din hija kkunsidrata aktar bħala "concession". Iċ-"chairpersons" tal-Kumitati, bħall-membri l-oħra, m'għandhomx ħlas. Huwa veru pero' li ġieli kien hemm talbiet għal ħlas għal "Secretarial Allowance" li jipprovdu għall-spejjeż li ċ-"Chairpersons" ikunu għamlu mill-uffiċċju tagħhom in konnessjoni mal-Kumitati. F'dan il-kuntest, iċ-"Chairman" tal-Valletta Rehabilitation Committee kien tħallas is-somma ta' Lm416. fl-1995 u Lm575. fl-1996. Iċ-"Chairman" ta' l-Imdina Rehabilitation Committee tħallas is-somma ta' Lm500. fl-1999.
Leg 9 PQ #15259 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Żbroff

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 15100, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar l-ammont ta' każi ta' żbroff ta' drenaġġ f'dawn l-aħħar 12-il xahar f'Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #15261 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet ta' restawr/embellishment

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li se jsiru matul din is-sena u li se jiswew Lm0.5 miljuni u li jinkludi xogħol ta' restawr u ta' embellishment kif ġie rrapportat li qal il-Ministru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ewwelnett, tajjeb li jingħad li ċ-ċifra msemmija minni kienet ta' madwar Lm5 miljun u mhux ta' Lm0.5 miljun. L-Onorevoli Interpellant jista' jikseb it-tagħrif mitlub minn paġna 196 ta' l-Estimi Ġenerali.
Leg 9 PQ #15263 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Far — Drenaġġ

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15099, jista' l-Ministru jgħid ma' xiex hu mqabbad id-drenaġġ ta' l-industrial estate ta' Ħal Far?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-drenaġġ ta' l-Industrial Estate ta' Ħal Far kien maħsub illi jiġi trattat f'impjant tat-tisfija tad-drenaġġ li kien inbena apposta qabel ma dan jintrema fil-baħar iżda jidher illi dan l-impjant mhux qiegħed jaħdem u bħalma jiġri fil-każ ta' Wied Għammieq, id-drenaġġ qed imur direttament fil-baħar.
Leg 9 PQ #15286 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Taż-Żokrija - Playing fields

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-aħħar sena fuq xogħol ta' manutenzjoni, tindif u embellishment fil-playing field f'Ta' Mliet, f'Santa Margerita u f'Taż-Żokrija fil-Mosta? Jista' jgħid jekk hemmx pjani tal-Gvern Ċentrali jew dak lokali biex tinfetaħ playing field simili fiż-żona tal-Blata l-Għolja fl-istess lokalita'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #15381 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tax-Xogħlijiet — Non Council Tasks

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15073, dwar in-Non Council Tasks approvati f'Marzu 1999, mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, jista' jekk jogħġbu jispjega kif il-job imniżżel għal Triq il-Falkunier, Żejtun (Nru. 22094), resurfacing, ġietx tiswa Lm0.00? Kif inkiseb dan ir-riżultat sorprendenti li bih biċċa xogħol li saret, ma ġiet tiswa xejn? Huwa possibbli li l-istess teknika amministrattiva tintuża għal jobs l-oħra kollha tal-gvern biex b'hekk ix-xogħol kollu tal-gvern isir bla spiża ta' xejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15381 dwar Triq il-Falkunier, iż-Żejtun, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol imsemmi kien jikkonsisti fi twittija ta' materjal biss.
Leg 9 PQ #15388 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tax-Xogħlijiet — Jobs approvati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-jobs approvati f'April 1999 mit-Taqsima tax-Xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ta' xogħol bħala Non Council Task? Fejn saru? Fiex kienu jikkonsistu? Kemm ġew jiswew? Liema minn dawn il-jobs kienu jaqgħu strettament taħt il-kompetenza tal-kunsilli lokali rispettivi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onorevoli Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-jobs kollha jaqgħu strettament taħt il-kompetenza tal-Kunsilli Lokali rispettivi.
Leg 9 PQ #15389 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Siġġiewi — Triq il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'April 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Concreting of Pavement near Josianne House, Triq il-Wied, Siġġiewi? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi status kellu s-Sur Charles Zammit biex jitlob li dan ix-xogħol jitwettaq u x'kariga kellu f'April 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 (Seduta 271). Ix-xogħol ġie jiswa Lm13.50. F'April 1999, is-Sur Charles Zammit kellu l-kariga ta' Senior Technical Officer pero' jwettaq ukoll doveri fl-uffiċċju tal-Customer Care.
Leg 9 PQ #15390 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Lija — Triq Robert Mifsud Bonnici

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'April 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Construction of pavement at Triq Robert Mifsud Bonnici, Lija? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi status kellu s-Sur Chalres Zammit biex jitlob li dan ix-xogħol jitwettaq u x'kariga kellu f'April 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 (Seduta 271). F'April 1999 kien ġie miftuħ job iżda ġie mħassar għax ix-xogħol baqa' ma sarx. Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15389 (Seduta 276).
Leg 9 PQ #15391 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Triq Tal-Ħraf

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'April 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distrett, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Levelling at Triq tal-Ħraf, f'Ħaż-Żebbuġ? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Għaliex ġie deċiż li l-job ta' concreting fl-istess triq ma ssir bl-istess mod? Xi status kellu s-Sur Charles Zammit biex jitlob li dan ix-xogħol jitwettaq u x'kariga kellu f'April 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 (Seduta 271). Ix-xogħol ġie jiswa Lm73.71. Ix-xogħol li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien xogħol ta' livellar li għalih l-unika talba li kien hemm kienet għal twittija. Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15389 (Seduta 276).
Leg 9 PQ #15392 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Lija — Triq Robert Mifsud Bonnici

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'April 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Retaining of Wall at area Ta' Sinna, Triq Robert Mifsud Bonnici, Lija? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi status kellu s-Sur Charles Zammit biex jitlob li dan ix-xogħol jitwettaq u x'kariga kellu f'April 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 (Seduta 271). Ix-xogħol ġie jiswa Lm1,418.73. Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15389 (Seduta 276).
Leg 9 PQ #13370 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi mikrija mill-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2715 (Seduta 37).
Leg 9 PQ #13356 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi uffiċjali tal-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #14986 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ċirkewwa — Inċident fatali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni ta' l-inċident fatali li sar fiċ-Ċirkewwa fejn fih mietu tliet ħaddiema mid-Dipartiment tad-Drenaġġ? X'miżuri ġodda daħħal id-Dipartiment tad-Drenaġġ wara l-inċident imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha sejra. Rigward it-tieni parti tad-domanda, barra mill-fatt li qegħdin jittieħdu passi biex ikun jista' jinxtara aktar apparat, saru diversi laqgħat ma' ħaddiema u rappreżentanti tal-ħaddiema taħt forma ta' "Awareness Campaign". Inxtara wkoll aktar ilbies li jinstab fis-suq lokali għax mhux kull ilbies protettiv jinstab lokalment.
Leg 9 PQ #15072 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Triq iċ-Ċervjola - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Marzu, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job "Construction of Pavement at Triq iċ-Ċervjola, Marsascala"? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi rwol kellu f'din l-approvazzjoni s-Sur Joe Magro li għandu responsabbiltajiet għolja fis-central districts office?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fi żmien l-amministrazzjoni Laburista preċedenti, l-Kunsill Lokali ta' Marsascala kien iddeċieda li jiksi bit-tarmak sitt toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu. Bħala parti minn dan il-proġett kellhom jitranġaw ukoll il-bankini. Peress li l-ispiża kienet ġejja għolja, l-Kunsill Lokali kien talab l-intervent tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, l-Onorevoli Charles Buhagiar, li min-naħa tiegħu kien approva li x-xogħol tal-bankini kellu jsir mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Triq iċ-Ċervjola kienet waħda minn dawn is-sitt toroq. Dak li sar mill-Uffiċċju Ċentrali tad-Distretti kien biss it-twettieq tax-xogħol approvat mill-Gvern preċedenti. Il-persuna msemmija fil-mistoqsija ta' l-Onorevoli Kap ta' l-Oppożizzjoni ilha mill-1997 tieħu ħsieb dan l-Uffiċċju. Ma kellu l-ebda rwol mhux normali fit-twettieq tax-xogħol imsemmi, ħlief li jara li jitlesta xogħol li kien diġa' nbeda fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Ix-xogħol li sar is-sena l-oħra, u li kif diġa' għedt kien kontinwazzjoni tax-xogħol mibdi taħt l-amministrazzjoni preċedenti, sewa b'kollox Lm984.91.