Jista’ l-Ministru jgħid jekk bastimenti tas-sajd Maltin humiex se jkunu suġġetti għal dawk magħrufa bħala tie-ups, jiġifieri jkunu ordnati jibqgħu marbuta fil-port u ma joħorġux jistadu wara li Malta tkun membru u l-Unjoni Ewropea u tordna li jsir hekk?
Response (ZAMMIT, NINU)
Diġa tapplika kwota fuq il-qbid tat-tonn minn sajjieda Maltin. Jekk din il-kwota tinqabeż, diġa hemm lok li tiġi ordnata tie-up fuq il-bastimenti kkonċernati.
Dwar speċi oħra, tiġi ordnata tie-up f'każ li jkun hemm raġunijiet bijoloġiċi w xjentifiċi għal dan.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ħut ta' l-akwakultura minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-UE ma jħallas ebda tariffi ta' dazju waqt li dak il-ħut esportat minn Malta għadu jħallas 15% minkejja li Malta applikat biex issir membru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan, kif spjegajna kemm il-darba, huwa r-riżultat tal-fatt li Malta iffriżat l-applikazzjoni tagħha fl-1996 u għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni li kien iwassal għat-tariffa 0% wara tlett snin waqaf ukoll. Il-pajjizi l-oħra li ma jħallsux tariffi għandhom xi arrangamenti ma l-Ewropa li jinkorporaw dawn il-prodotti. Il-ħut prodott fl-akwakultura tagħna jħallas it-tariffa ta' 15% meta dan il-prodott jiġi esportat fl-Ewropa għaliex l-amministrazzjoni preċedenti ffriżat l-applikazzjoni ta' Malta sabiex issir membru fl-U.E.
Jista’ l-Ministru jinfurmani x'investigazjonijiet saru dwar rapport li deher f'ġurnal lokali dwar il-kundizzjoni tal-majjal lokali fid-dawl tal-pożizzjoni tal-produtturi tal-majjal lokali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jrid kif ukoll jindika referenza ċara għall-liema rapport qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn se jkunu ċ-ċentri ta' monitoraġġ bis-satellita li se jkunu jafu fejn se jkunu s-sajjieda Maltin kull ħin u kull mument?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed nistudjaw il-possibiltajiet li dan iċ-ċentru jkun fid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura jew amalgamat ma' l-Operations Unit ta' l-AFM.
Inżid ngħid li ma hemm l-ebda mportanza jew relevanza partikolari għal post fejn ser ikun dan iċ-ċentru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sajjieda dilettanti humiex se jkunu suġġetti għal liċenzja biex jistadu?
Jista' jgħid jekk huwiex se jkun hemm ħlas għal liċenzja jew permess?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20166?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet li saru lill-produtturi tat-tjur bejn Jannar u Settembru 2000 kienu:
Malta 418
Għawdex 27
Waqt l-ispezzjonijiet ingħataw informazzjoni skond is-sitwazzjoni tar-razzett u skond mistoqsijiet li setgħu staqsew il-produtturi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20209?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-importazzjoni ta' ħaxix u frott frisk matul Jannar u Settembru ta' din is-sena, kif ukoll għall-istess perjodu fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999 kien dan li ġej:
Jannar/Settembru Ħaxix (tunnellati) Frott (Tunnellati)
2000 242.O 23,324.0
1999 499.1 21,503.9
1998 271.7 22,037.3
1997 364.0 20,884.5
1996 380.6 18,925.1
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19896, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru: 19896 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estemi Riveduti u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.
Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari Nru: 19178 fuq l-istess suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt tmur lura l-aktar talba pendenti li għandu quddiemu d-Dipartiment tal-Biedja għall-għajnuna lill-bdiewa/sajjied?
X'jikkawża dawn id-dewmien u x'inhija l-pożizzjoni ta' dawn il-bdiewa u sajjieda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18452, fejn tgħid illi l-aktar talba li ilha pendenti hija dik ta' bidwi mir-Rabat li kien għamel talba fis-6 ta' Mejju, 1996, din it-talba kienet ġiet approvata mill-ministru ta' dak iż-żmien fit-28 ta' Awissu, 1998, ma kenitx ingħatat peress ma kienx hemm fondi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema jaħdmu fid-diviżjoni tal-Plant Health fil-mument?
Xi grad għandhom? X'apparat kellha din is-sezzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' ħaddiema li jaħmu fis-settur tal-Plant Health huma tnejn u erbgħin (42) kif huma elenkati fit-tabella hawn taħt.
Dawn il-ħaddiema jaħdmu fi tlett sezzjonijiet differenti:
1. Fil-laboratorji li jinsabu fl-Għammieri, Marsa.
2. Fil-Plant Biotechnology Centre f'Hal-Lija.
3. Fil-Plant Quarantine Station f'Ta' Qali.
F'dawn l-aħħar ħames snin inxtara numru ta' apparat differenti skond il-ħtieġa, u nbena laboratorju ġdid li ġie attrezzat kompletament.
Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni tal-bżonn tad-direttur tal-Plant Health kif spjegat fil-ħarġa tal-gazzetti tal-gvern tas-6 ta' Ottubru, 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant ċertament jifhem li mhux biżżejjed li l-prodott jitwassal il-pitkalija imma li d-Dipartiment ikollu l-mezzi kif ukoll in-nies li huma kapaċi jserrħu ras il-konsumatur li l-prodott mhux biss huwa sabiħ imma fuq kollox ta' kwalita' tajba, u li ma jagħmilx ħsara lil min jikkunsmaħ.
Inżid ngħid illi peress li s-settur Fitosanitarju hu settur importanti inħasset il-ħtiega li dan is-settur jiġi restrutturat, u dan irrispettivament jekk pajjiżna jisseħibx fl-Unjoni Ewropeja jew le.
Wara studju intensiv, fost il-konklużjonijiet tagħha, il-Management Efficiency Unit tat il-parir biex jintelgħu postijiet ta' Ufficjali Xjentifiċi u bħala kap ikun hemm Direttur responsabbli għad-diviżjoni tal-Plant Health.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dipartiment huwiex infurmat bir-rapport preżentat l-Ingilterra, magħruf bħala BSE Inquiry, u nħassx il-bżonn li jinbidlu xi proċeduri preżentement wżati minħabba r-rakkmandazzjonijiet hemm milħuqa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment tas-Servizz Veterinarju għad mgħandux id-dettalji kollha tar-rapport. Bħal ma jaf hu dan ir-rapport kien estensiv ħafna, speċjalment fuq il-mod kif ġie ittrattat il-kontroll ta' din il-marda. Biss nixtieq inserraħ moħħ l-Onor. Interpellant billi ninfurmah li dwar din il marda, f'Malta ittieħdu u għadhom qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha skond id-direttivi li nħargu mill-Komunita Ewropea.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dipartiment konċernat huwiex infurmat fuq bażi regolari bl-atti tal-kumitat ta' l-agrikoltura u żvilupp rurali li jiltaqa' fil-Parlament Ewropew u jekk le jħossx il-bżonn li dan jibda jsir?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Ministeru huwa abbonat fil-ġurnal uffiċjali tal-UE li fih ikun hemm l-atti kollha li jkunu adottati jew proposti sabiex ikunu adottati mill-kunsill tal-Ministri fl-UE u, fejn hu l-każ, mill-Parlament Ewropew.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex siġar ta' l-Acacia li jinstabu fl-iskola primarja ta' San Ġiljan fuq in-naħa ta' Triq Michelangelo Borg jiġu maqtugħa peress li waslulli rapporti li numru ta' tfal f'din l-iskola qed jiġu effetwati fiżikament b'detriment għall-saħħithom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qiegħed nirreferi l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lill-ufiċjali kompetenti fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jordna lis-sidien tat-Tigulio f'San Ġiljan biex jaqtgħu jew jiżbru siġra tal-ħarrub li tinsab fil-proprjeta' msemmija u li kibret b'mod u manjiera li friegħi tagħha qed jidħlu fi djar privati u konsegwenza t'hekk qed thedded is-sigurta ta' diversi residenti, toħloq inkonvenjent minħabba in-numru ta' nemus u insetti oħra kif ukoll qed tagħmel ħsara lill-istrutturi ta' diversi djar privati?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onorevoli Interpellant qed jindika kwestjoni bejn żewġ proprjetarjiet privati. Il-Ministeru tiegħi m'għandux il-kompetenza li jintervjeni f'dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fis-sezzjoni tal-land and water tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura llum?
Xi grad għandhom?
X'apparat ġdid ingħatalhom matul dawn l-aħħar sentejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sezzjoni tal-Land and Water tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u s-sezzjonijiet tagħha hemm 45 ħaddiem li jikkonsistu f':
1 Senior Agricultural Officer
3 Senior Agricultural Foreman
3 Supervisors
1 Clerk
1 Senior Postperson
3 Assistant Foreman
14 Gardener
1 Farmer
2 Heavy Plant Driver
2 Operative
7 General Hand
1 Labourer
6 Impressed Driver
L-apparat ġdid kien varju u kien jikkonsisti f'apparat tal-bexx, computers, photocopiers u affarijiet relatati oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li hemm jaħdmu fis-sezzjoni ta' l-agrikoltura fil-mument?
Xi grad għandhom? X'apparat ġdid ingħatalhom matul dawn l-aħħar sentejn? X'inhuwa l-programm ta' din is-sezzjoni sa Diċembru li ġej?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ħaddiema li hemm jaħdmu fis-sezzjoni ta' l-Agrikoltura (Qasam tal-Gvern l-Għammieri) fil-mument huwa 241.
Il-Gradi ta' dawn il-ħaddiema huma kif jidher hawn taħt:
Agricultural Officers 6
Assistant Agricultural Foremen 5
Assistant Foreman 1
Assistant Principals 7
Assistant Technical Officers 2
Casual Substitute Executive Officer 1
Casual Typist 1
Chief Scientific Officer 1
Clerks 9
Executive Officers 6
Farmers 14
Foreman (Garage) 1
Gardeners 19
General Hand 41
Grade 4 1
Heavy Plant Drivers 4
Hospital Auxiliary 1
Labourers 2
Mail Officer 1
Messengers 5
Motor Transport Driver 1
On Contract 1
Operatives 21
Pharmacists 2
Police Constable 1
Porter 1
Postpersons 2
Principal 1
Principal Agricultural Officers 2
Principal Scientific Officer 1
Scientific Officers 4
Security Guard 1
Security Officers 3
Senior Agricultural Foremen 4
Senior Agricultural Officers 5
Senior Operatives 4
Senior Postperson 1
Senior Principal 1
Senior Scientific Officer 1
Senior Technical Officer 1
Senior Tradesmen 18
Supervisors 4
Technical Officer 1
Technicians 8
Timekeepers 5
Tradesmen 15
Vet.Assistants 2
Watchmen 2
L-apparat ġdid kien varju u kien jikkonsisti f'għodod tal-biedja, għodod ta' l-idejn u għodda varjata oħra għas-sezzjoni tal-"Maintenance", apparat tal-bexx, pompi varji ta' l-ilma, computers, fax machine, photocopiers u affarijiet relatati oħra skond il-bżonnijiet ta' kull sezzjoni. Inxtara wkoll apparat ġdid għall-Laboratorju tal-Plant Health.
Inxtrat b’tender Total Fixed Ration Feed Mixer Machine (TMR machine), magna li tħallat il-ġwież bl-aħħar teknoloġija, għas-somma ta’ Lm8,565. Din ġiet ordnata fil-11 ta’ Settembru 2000 għall-Animal Husbandry Section, u għandha tasal f’qasir żmien.
Il-programm tas-sezzjoni ta' l-Agrikoltura sa Diċembru li ġej huwa it-tkomplija ta' xogħol varju ġa mibdi, kif ukoll xogħolijiet oħra li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, l-ispiża f'hospitality kienet ta' 84.6% tal-vot allokat għal hospitality.
Jista' l-Ministru ġentilment jara li d-direttur tas-sajd japprova t-talba għad-diesel pendenti tas-6 sajjieda tal-lanċa Madonna tal-Karmnu li għandhom ir-registration no. F163?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sidien tad-dgħajsa msemmija kellhom 26,384 litri diesel approvati taħt l-iskema tad-diesel mingħajr dazju diġa fl-ewwel ta' Mejju 2000. Dawn is-sidien talbu allokazzjoni oħra ta' dak il-volum ta' diesel peress li huma għandhom tlett dgħajjes, il-F163, l-F49 u l-F174, u din it-talba kienet ġiet milqugħa xhur ilu. Dawn is-sajjieda talbu żieda oħra barra dik approvata u xogħol qiegħed isir fuqha. Huma intalbu mid-Dipartiment dokumenti sabiex tkun tista' tiġi ġġustifikata din it-talba, iżda d-dokumenti ppreżentati ma jidhirx li huma biżżejjed sabiex tiżdied l-allokazzjoni li kienet ingħatatilhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19709?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li bħalma ġara fis-snin l-imgħoddija l-istudenti/apprentisti ġardinara li spiċċaw il-kuntratt tagħhom mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma baqgħux jaħdmu mad-Dipartiment wara li għalqilhom l-istess kuntratt.