Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19221 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #19222 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #19489 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Unjoni Ewropea — Forza Militari ġdida

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li Malta biħsieba tissieħeb fil-forza militari ġdida Ewropea li biħsieba twaqqaf l-Unjoni Ewropea? Jekk iva, il-gvern fuq liema livell biħsiebu jipparteċipa fi ħdan din ir-Rapid Reaction Force militari? Il-Gvern Malti meta wera l-interess tiegħu f'dan kollu? X'konsultazzjonijiet kellu s'issa dwar dan is-suġġett?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi f'dan ir-rigward u ser jieħu d-deċiżżjonijiet meħtieġa fiż-żmien opportun. Għaldaqstant il-Gvern la għadu ħa xi pożizzjoni u lanqas ma esprima l-interess tiegħu għall-parteċipazzjoni ta' Malta f'din ir-Rapid Reaction Force. Malta qed tattendi l-laqgħat msejħa mill-Presidenza, li għalihom qed jiġu mistiedna l-pajjiżi kandidati kollha, kemm fil-livell ta' esperti kif ukoll f'dak ta' uffiċċjali għolja.
Leg 9 PQ #19414 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18384 fis-seduta 366 fid-19 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19548 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur ta' Brussels — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li nxtrat, jew se tinxtara karozza oħra għall-ambaxxatur ta' Brussels, meta diġa' hemm żewġ karozzi uffiċjali? Jikkonferma l-Ministru li din il-karozza hija ntiża għall-użu ta' Dr Ivan Psadni li tkeċċa mill- EU Negotiating Secretariat , wara li iġġieled mas-Sur Richard Cachia Caruana? Jikkonferma wkoll l-Ministru li wiegħed lil Dr Ivan Psadni li se jibagħtu head of mission fi żmien sena minkejja li m'għandux is- seniority meħtieġa?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Għaldaqstant, it-tieni parti tal-mistoqsija, li hija bbażata fuq premessa żballjata, ma ssegwix. Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, ma tajt l-ebda wegħda simili.
Leg 9 PQ #19336 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kunsill ta' l-Ewropa — Rakkomandazzjoni Nru 76

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk Malta rratifikatx ir-rakkomandazzjoni nru 76 (2000) tal-Kunsill ta' l-Ewropa mill-branch CLRAE? Jekk le meta hemm il-ħsieb li Malta tirratifika din ir-rakkomandazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Ir-rakkomandazzjoni numru 76 ġiet diskussa fis-seduta tad-Deputati tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa fis-6 ta' Settembru 2000. Ir-rakkomandazzjoni titkellem dwar il-parteċipazzjoni tar-residenti barranin fil-ħajja pubblika lokali. Malta flimkien mal-pajjiżi membri tal-Kunsill qablet mad-deċiżżjonijiet li ttieħdu fuq din ir-Rakkomandazzjoni. Il-Gvern Malti jiddeċiedi jekk għandux jissieħeb fl'adozzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni meta din eventwalment titressaq għall-adozzjoni mill-pajjiżi membri tal-Kunsill. Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ma jiġux ratifikati imma adottati mill-pajjiżi membri. Huma il-Konvenzjonijiet u l-Protokolli tal-Kunsill ta' l-Ewropa li jiġu ffirmati w ratifikati.

Affarijiet Barranin — PROs

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?

Response (BORG, JOE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għar-risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18458.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18079?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #18458 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (BORG, JOE)

Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-Ordinator. Ir-rinumerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-dokument Engagement of Staff for Private Secretariat li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999. Il- Communications Co-Ordinators fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin minn Settembru 1998 'il hawn kienu: a) is-Sur Christopher Grima li kien jokkupa din il-kariga fl-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin. Wara li jien sirt Ministru hu kompla jżomm din il-kariga sas-26 ta' Marzu 2000. Fil-preżent din il-kariga hi okkupata mis-Sinjorina Joanna Darmanin. b) is-Sur Charles Mifsud kien jokkupa din il-kariga waqt il-perjodu kollu li jien kont Segretarju Parlamentari f'dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #18808 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Impjegati taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?

Response (BORG, JOE)

Hemm żewġ impjegati nisa, ta' eta ta' 36 u 46 sena rispettivament, li qed jaħdmu siegħat mnaqqsa.
Leg 9 PQ #18899 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

SMAP — Parteċipazzjoni ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk Malta hijiex eliġibbli għal parteċipazzjoni fil-programm SMAP (Short & Medium Term Environment Action Programme) ta' l-UE għal proġett dwar protezzjoni ta' l-Ambjent f'Malta? Jekk iva, jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet mill-privat għal parteċipazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Malta hija eliġibbli għall-parteċipazzjoni fil-SMAP billi dan il-programm huwa miftuħ għas-27 pajjiż soċji tal-proċess ta' Barċellona (Euro-Med Partnership) li jinkludi lil Malta. Fil-proġett iridu jieħdu sehem minn ta' l-anqas żewġ pajjiżi li m'humiex parti mill-Unjoni Ewropeja, flimkien ma mill-inqas pajjiż wieħed mill-Unjoni. Dan il-programm huwa miftuħ għal organiżżazzjonijiet li l-għan tagħhom mhux dak li jagħmlu profitt. Peress li l-applikazzjonijiet jagħlqu fit-23 ta' Ottubru 2000 għadu kmieni biex wieħed jagħti informazzjoni dwar applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni.
Leg 9 PQ #18947 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL FRENDO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Gvern Malti — Trattati

Question

Jista' l-Ministru jelenka t-trattati li ġew iffirmati mill-Gvern Malti mill-1998 sal-lum? Liema minn dawn it-trattati ġew ratifikati mill-Gvern Malti mill-1998 sal-lum?

Response (BORG, JOE)

Lista ta' trattati li ġew iffirmati fil-perjodu msemmi, u d-data ta' ratifika mill-Gvern Malti hija mehmuża. TASSAZZJONI DOPPJA Pajjiż Data tal-firma Data ta' ratifika mill-Gvern Malti Kroazja 21 ta' Ottubru 1998 27 ta' Jannar 1999 Danimarka Negozjat u ffirmat mill-ġdid fit-13 ta' Lulju 1998 28 ta' Diċembru 1998 Eġittu 20 ta' Frar 1999 4 ta' April 2000 Libanu 23 ta' Frar 1999 19 ta' Lulju 1999 Sirja 22 ta' Frar 1999 18 ta' Jannar 2000 Slovakkja 7 ta' Settembru 1999 26 ta' Ottubru 1999 Albanija 2 ta' Mejju 2000 Qed nistennew li jkun ratifikat Latvja 22 ta' Mejju 2000 Qed nistennew li jkun ratifikat Tuneżija 31 ta' Mejju 2000 10 ta' Lulju 2000 SERVIZZI TA' L-AJRU Pajjiż Data tal-firma Data ta' ratifika mill-Gvern Malti Indja 5 ta' Ottubru 1998 Mhux meħtieg Greċja 7 ta' Ottubru 1999 23 ta' Frar 2000 TNEĦĦIJA TAL-VISA Pajjiż Data tal-firma Data ta' ratifika mill-Gvern Malti Latvja 15 ta' April 1998 6 ta' Mejju 1998 Rumanija (għall-Uffiċċjali diplomatiċi u persuni oħra li għandhom passaport diplomatiku) 19 ta' Mejju 1999 mhux meħtieġ SAĦĦA Pajjiż Data tal-firma Data ta' ratifika mill-Gvern Malti Iżlanda 21 ta' Awissu 1998 Qed nistennew li jkun ratifikat KULTURA Pajjiż Data tal-firma Data ta' ratifika mill-Gvern Malti Turkija 13 ta' Frar 1998 Qed nistennew li jkun ratifikat TURIŻMU Pajjiż Data tal-firma Data ta' ratifika mill-Gvern Malti Ċina 24 ta' Mejju 1998 Mhux meħtieġ Tuneżija 10 ta' Lulju 1998 Qed nistennew li jkun ratifikat Latvja 15 ta' Ottubru 1999 25 ta' Novembru 1999 PROMOZZJONI U PROTEZZJONI TA' L-INVESTIMENTI/ GARANZIJI GĦALL-INVESTIMENTI Pajjiż Data tal-firma Data ta' ratifika mill-Gvern Malti Eġittu 20 ta' Frar 1999 Qed nistennew li jkun ratifikat Svezja 24 ta' Awissu 1999 19 ta' Novembru 1999 Slovakkja 7 ta' Settembru 1999 31 ta' Jannar 2000 AFFARIJIET TAL-INTERN/ ĠLIEDA KONTRA D-DROGA U KRIMINALITA' ORGANIŻŻATA Pajjiż Data tal-firma Data ta' ratifika mill-Gvern Malti Franza 9 ta' Marzu 1998 1 ta' Lulju 1998 Spanja 28 ta' Mejju 1998 27 ta' Novembru 1998 Iżrael 28 ta' Mejju 1999 1 ta' Awissu 2000 Ċipru 17 ta' Settembru 1999 7 ta' Diċembru 1999 Turkija 29 ta' Novembru 1999 16 ta' Diċembru 1999 Slovakkja 16 ta' Mejju 2000 Qed nistennew li jkun ratifikat Ungerija 18 ta' Mejju 2000 Qed nistennew li jkun ratifikat TRATTATI OĦRA Pajjiż Trattat Data tal-firma Data ta' ratifika mil-Gvern Malti Ċina Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża 1 ta' April 1998 Mhux meħtieġ Italja Memorandum għal Kooperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta' Malta u l-Uffiċċju tal-Ministru għall-Komunita dwar l-Ewropa fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Italja. 21 ta' Ottubru 1999 Mhux meħtieġ Italja Ftehim dwar id-Dwana 11 ta' April 2000 Qed nistennew li jkun ratifikat Renju Unit Kooperazzjoni dwar l-affarijiet li jirrigwardjaw l-Unjoni Ewropeja 5 ta' Lulju 2000 Mhux meħtieġ Renju Unit Memorandum dwar il-Kooperazzjoni tad-Dwana 27 ta' Ġunju 2000 28 ta' Awissu 2000 Albanija Kooperazzjoni bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi 2 ta' Mejju 2000 Mhux meħtieġ

UE — Lingwa Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-lingwa Maltija ġiet eskluża mil-lingwi li se jiddaħħlu tal-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-Unjoni Ewropea? Jista' l-Ministru jgħid min ħa din id-deċiżjoni?

Response (BORG, JOE)

L-Onorevoli Interpellant presumibilment qed jagħmel referenza għar-rapport tal-Parlament Ewropew li sar aċċenn għalih mis-Sur Frans Sammut f'laqgħa riċenti dwar l-ilsien Malti li ġiet organiżżata mill-GEM. Wieħed kien jistenna li s-Sur Frans Sammut, li jidher li hu viċin ħafna tas-CNI bil-mentalita' iżolazzjonista li għandu, messu kien infurmat aħjar. Il-kwistjoni tal-lingwa fl-Unjoni Ewropeja fil-fatt kienet diskussa fil-Parlament Ewropew wara li ġie ppubblikat rapport ippreparat min Task Force ta' l-istess istituzzjoni dwar The Institutional Aspects of Enlargement of the European Union. Dan ir-rapport ġie ppubblikat fil-21 ta' Ġunju 1999. Ir-rapport ma għamilx referenza għal Malta peress li Malta ma kienetx għada ġiet inserita bħala kandidat membru għalkemm il-Gvern preżenti kien talab sabiex l-applikazzjoni ta' Malta tiġi ri-attivata wara li din kienet ġiet iffriżata mill-Gvern Laburista preċedenti. Fil-fatt it-talba ta' Malta ġiet formalment milqugħa f'Diċembru 1999. Għaldaqstant Malta (flimkien mat-Turkija), ma kienetx meqjusa bħala kandidat għal sħubija waqt id-diskussjonijiet fuq dan ir-rapport. Il-Gvern ma ħa l-ebda deċiżjoni fis-sens li qed jallega l-Onorevoli Interpellant fil-kuntest tal-lingwa Maltija, ġaladarba l-istatus u l-użu tal-lingwa ta' kull pajjiż applikant jiġu trattati waqt l-aħħar fażi tan-negozjati.

MIC — Sur Carmel Attard

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet u x'inhu s-salarju li ġie mpjegat bihom mal-MIC is-Sur Carmel Attard?

Response (BORG, JOE)

Dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg tas-Sur Carmel Attard, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għas-sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Frar 2000.
Leg 9 PQ #18608 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Konsulenti

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17303 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18610 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17308 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (BORG, JOE)

M'hemm l-ebda consultancies ta' natura legali. Għal consultancies oħra ta' natura ġenerali nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għal mistoqsija numru 18411.
Leg 9 PQ #18513 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta — EU Information Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa ħaddiema li qed iservu fil-Malta - EU Information Centre li hemm fi ħdan il-ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Kemm qed jitħallsu għax-xogħol li qed jagħmlu? Il-ħaddiema msemmija għandhom kuntratt partikolari jew ħaddiema tas-servizz pubbliku? Jistgħu jitpoġġew kopji tal-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

Barra mill-Kap tal-Malta EU Information Centre, f'dan iċ-Ċentru bħalissa hemm 12-il impjegat li huma mqassma u li jitħallsu kif ser jingħad: 4 Research Analysts: Lm5,941 salarju fis-sena u Lm90 allowance kull xahar bħala kumpens għal xogħol li jsir wara l-ħin ta' l-uffiċċju fil-festi pubbliċi jew fil-jiem ta' btala kif ukoll allowance ta' Lm140 fix-xahar bħala kumpens għat-trasport. 3 Media Officers: Lm5,941 salarju fis-sena u Lm90 allowance kull xahar bħala kumpens għal-xogħol li jsir wara l-ħin ta' l-uffiċċju fil-festi pubbliċi jew fil-jiem ta' btala kif ukoll allowance ta' Lm140 fix-xahar bħala kumpens għat-trasport. 2 Administrative Assistants: Lm4,050 salarju fis-sena u Lm60 allowance kull xahar bħala kumpens għal xogħol li jsir wara l-ħin ta' l-uffiċċju fil-festi pubbliċi jew fil-jiem ta' btala. 3 Support Officers: Lm4,050 salarju fis-sena. Il-ħaddiema huma mpjegati fuq kuntratt li kopja tiegħu qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.