Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kuntratti ta' Xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qegħdin jaħdmu llum?
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jisirqu dawl u/jew ilma is-sena l-oħra u din is-sena u x'weħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qabdet sitt każijiet ta' serq ta' ilma matul is-sena 2005 u erbgħa oħra matul din is-sena. Dawn b'kollox weħlu Lm2,627.50.
Hemm ħames każijiet oħra li nqabdu din is-sena li għadhom fil-proċess għall-konklużjoni.
Fil-każ tal-Korporazzjoni Enemalta inqabdu 508 każi fl-2005 u 147 każ sat-13 ta' Marzu 2006. Enemalta ma żżommx informazzjoni dwar kemm ġew immultati konsumaturi fuq serq ta' dawl mill-Qorti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il litru petrol u diesel separatament ġew importati fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm ġie kkonsmat mill-poplu Malti u Għawdxi fl-istess żmien? Kif jikkompara ma' l-istess xhur tas-sena li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura kummerċjali, għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista' il-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 17822 li kont għamilt fit-13 ta' Marzu, 2006 dwar bejgħ ta' biljetti mill-kumpannija Gozo Channel għas-servizzi li tagħti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-biljetti li nbiegħu huma skond l-iskedi annessi :
Skeda A : Passiġġieri residenti f'Ghawdex bla vettura ;
Skeda B1 : Passiġġieri residenti f'Għawdex bil-vettura;
Skeda B2: Passiġġieri residenti f'Għawdex bil-mutur;
Skeda C : Passiġġieri residenti Malta, u tal-barranin, bla vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin;
Skeda D1 : Passiġġieri residenti Malta, u tal-barranin, bil-vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin;
Skeda D2 : Passiġġieri residenti Malta, u tal-barranin, bil-mutur għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin;
Fis-snin li għaddew, kien hemm rata ukoll għall-Maltin, u waħda differenti għall-oħrajn (li jinkludi t-turisti). Fl-iskedi, dawn huma murija separatament, kif indikat. Minn meta inbidlu r-rati fis-sena 1996, saret rata waħda kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti.
Ara wkoll noti fuq it-Tabelli individwali.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjon jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġhom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uniformijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li matul is-sena 2004 u 2005 membri tal-istaff privat tiegħi li ma humiex messaġġiera ingħataw uniformi. Il-ħlas kien ta' Lm186 fl-2004 u Lm595.44 fl-2005. L-imsemmija spiża ġiet awtoriżżata mis-Segretarju Permanenti.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati 'l fuq minn 61 sena
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta' u x'kariga għandhom? Huma impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw it-tali kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Direct Orders
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Xogħol ta' Tindif
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u fid-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-prezz tal-pitrolju sar ekwivalenti għall-prezz tad-diesel? X'kien, f'dak iż-żmien, il-bejgħ medju tal-light heating oil kull xahar u kemm hu l-bejgħ medju kull xahar tal-light heating oil illum?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura kummerċjali, għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet in-nefqa li saret għas-servizzi ta' taħriġ li saru mal-computer domain, skond kors kors inkluż ECDL Core, ECDL Advanced u Equal Skills, matul l-2004, 2005 u 2006 s'issa, jekk ġew organizzati xi wħud? Kemm studenti applikaw u għal liema korsijiet attendew? Jista' jagħti d-dettalji tal-proċess ta' l-għażla li jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18610 u jgħid għaliex il-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma rċevietx id-deċiżjoni tal-bord tal-WSC dwar il-kontijiet għoljin li kienet qed tirċievi f'dawn l-aħħar xhur wara li rriżulta li kien hemm leakage ġewwa d-dar sabiex tkun f'pożizzjoni li tirregola l-kontijiet mal-WSC?
Jista' jgħid għaliex din il-familja li tgħix bil-pensjoni ta' l-invalidita' ma tistax tibbenefika mill-eżenzjoni tas-surcharge ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-każ ġie mressaq quddiem l-Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-11 t'April 2006 u ġie approvat li għandu jsir tnaqqis mill-kont ta' l-ilma ta' Lm53.12. Il-konsumatur ser jiġi nfurmat bid-deċiżjoni.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jikkonferma l-Ministru jekk kienx hemm persuni oħra, apparti il-privatisation unit li kienu involuti fit-taħditiet ma' l-Emirates International Telecommunications (M) Ltd. dwar il-privatizzazzjoni tal-Maltacom? Jekk iva, min kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19082 u jgħid permezz tal-Water Services Corporation, meta hemm il-ħsieb li jsiru xogħlijiet ta' bdil ta' kanen u mains f'diversi toroq fiż-Żejtun?
Minħabba diversi ilmenti minn residenti f'toroq differenti li qed jilmentaw minn pressa baxxa ta' l-ilma, provista irregolari ta' l-ilma kif ukoll ilma bis-sadid, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn l-ilmenti waslux għand il-Water Services Corporation?
Jekk iva, hemm il-ħsieb li jibdew ix-xogħlijiet biex dan l-inkonvenjent tar-residenti jiġi rimedjat? Meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet u f'liema toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.