Legislature:
Category:
Reset
Active:

Home Help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni b'diżabilita' li qed jibbenefikaw min servizzi li jingħataw fid-djar bħal meal on wheels, telecare, handyman u home help?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani u persuni b'diżabilita' li jibbenefikaw minn dawn is-servizzi hu kif ġej: Meals on Wheels - 1293 Telecare - 8510 Handyman - 3406 Home-Care-Help - 3016

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar mobbilita' ta' ħaddiema? F'każ li iva kemm kien hemm ħaddiema li bidlu impjieg fl-1999, fl-2000 u fl-2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-mobilita' ta' dawk il-ħaddiema li l-impjieg tagħhom kien full time fl-1999, fl-2000 u fl-2001 kienet ta' 20%; 19% u 20% rispettivament. Din il-figura tiġi kkalkulata billi tiddividi numru ta' formoli ta' ingaġġ irċevuti mill-ETC (li d-data effettiva tagħhom taqa' fis-sena rispettiva mitluba) bin-numru ta' nies li qed jaħdmu u li qed iffittxu xogħol (Labour Supply).

Mtarfa Home

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar it-talba skond mistoqsija 32778, b'referenza għat-talba pendenti tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex tidħol f'Mtarfa home, jista' jikkunsidra l-urġenza tal-każ, kawża taċ-ċirkustanzi familjari? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġa' għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 32778 li jien tajt f'Seduta Numru 762, il-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed jiġi trattat bħala wieħed urġenti. Dwar id-data meta din il-persuna tiddaħħal fid-Dar ta' l-Anzjani ta' l-Imtarfa jiddependi mid-disponibbilta' ta' sodda fid-dipendent ward.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma ġiet offruta xogħol xieraq mill-ETC minkejja li ilha tirreġistra żmien twil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-25 ta' Ġunju 2002, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet imsejħa għal intervista ma' l-employment advisor tagħha fil-Korporazzjoni għat-Taħriġ u x-Xogħol iżda ma setgħetx tattendi peress li kienet qed issegwi kors fil-literacy, provdut mill-Korporazzjoni. Dan il-kors beda fil-11 ta' Frar 2002 u mistenni jispiċċa fl-20 ta' Awissu 2002.

Korrimenti fuq il-Postijiet tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol (kemm minnhom fatali) matul dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? F'liema tip ta' industriji/setturi seħħew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward il-korrimenti fuq il-post tax-xogħol mill-1997 sa l-1999 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari tiegħu Numru 15770, f'Seduta 285. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar korrimenti fuq il-post tax-xogħol għas-snin 2000 u 2001 kif ukoll informazzjoni dwar inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol għas-snin 1997 - 2001.

Pensjoni — Attard

Question

Jista' Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħed jingħata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament huwiex korrett peress li dan l-ammont jidher żgħir ħafna meta tqis li din il-persuna u martu għad għandhom tifel ta' ħdax-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna ndikata minnu ġie investigat u nstab li r-rata tal-pensjoni hija korretta.

St. Vincent de Paule Residence — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime ġewwa St. Vincent de Paule minn SRNS u f'liema swali saru għas-sena 2002?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-overtime li sar fir-Residenza San Vinċenz minn 'SRNs' kien jammonta għal 2,813 il-siegħa. L-'overtime' sar fit-28 sala ta' din ir-residenza.

St. Vincent de Paule Residence — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime minn SENS f'St. Vincent de Paule Residence għas-sena 2002 u f'liema swali saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-overtime li sar fir-Residenza San Vinċenz minn 'SENs' kien jammonta għal 15,655 siegħa. L-'overtime' sar fit-28 sala ta' din ir-residenza.

St. Vincent de Paule Residence — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime minn hospital auxiliaries f'St. Vincent de Paule Residence għas-sena 2002 u f'liema swali saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-overtime li sar fir-Residenza San Vinċenz minn 'hospital auxiliaries' kien jammonta għal 7,563 siegħa. L-overtime sar fit-28 sala ta' din ir-residenza.

St. Vincent de Paule Residence — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjeġati ġodda ġewwa St. Vincent de Paule Residence u xi gradi kienu għas-sena 2002?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' impjegati ġodda ġewwa SVPR għas-sena 2002 jammonta għal 16 -- erbatax (14) care workers, wiehed (1) part-time enrolled nurse u wieħed (1) trainee ESTS.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħadem għal bosta snin fil-Libja u ħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali sew hemm kif ukoll hawn Malta, se jibbenefika minn dan il-ħlas doppja? Il-Libja qiegħda tħallas b’xi mod lil dawn il-ħaddiema Maltin li kkontribwew hemmhekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 'l-ftehim bejn Malta u l-Libja ikopri biss il-kontribuzzjonijiet dwar is-Sigurta' Soċjali u mhux benefiċċji. Mill-1990 kull min ħadem jew qed jaħdem il-Libja ried iħallas il-kontribuzzjoni hawn Malta, jekk ried li jgawdi il-benefiċċji taħt il-Liġi Maltija dwar is-Sigurta Soċjali. Il-Libja tħallas biss benefiċċju dwar korriment lil dawk il-ħaddiema li kkontribwew jew qed jikkontribwixxu hemmhekk jekk korrew fuq ix-xogħol f'dak il-pajjiż.

Mid Term Bonus — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara għala anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija ma rċeviex il-bonus ta' nofs is-sena f'Ġunju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mid-Dipartiment konċernat jirriżulta li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt irċeviet il-benefiċċju ndikat f'Mejju li għadda.

Kirkop — Stallar ta' Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' l-istallar tal-lift fi blokk 1-5, Ta' Tewma Ħal Kirkop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kostruzzjoni tal-blokki 1 - 5 Ta' Tewma, Ħal Kirkop tlestiet riċentement. Ninsab infurmat li t-tender għall-istallazzjoni ta' lift f'kull blokk ġiet mogħtija u dawn il-lifts mistennija jkunu nstallati fil-futur qrib.