Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qasam tal-Kultura — Eżenzjoni mill-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif se taħdem u min se jikkwalifika għall-miżura mħabbra fil-budget għas-sena 2007 dwar l-eżenzjoni tal-VAT għall-qasam tal-kultura? Jista' jgħid ukoll meta se tidħol fis-seħħ? Saru xi stimi dwar kemm tista' tiswa din il-miżura f'termini finanzjarji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-mizura daħlet fis-seħħ immedjatament u għaldaqstant kull soċjeta volontarja li l-għan tagħha hu li ma tagħmilx profitti, u li tagħti servizzi kulturali, tista’ tikteb lill-Ministeru tal-Finanzi sabiex tingħata lilha din l-ezenzjoni. Saru stimi approssimativi u nstab li din il-mizura m’għandiex effett negattiv qawwi f’termini finanzjarji.

Minimum Wage Farmers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid il-minimum wage farmers minn xiex iggwadanjaw f'termini ta' miżuri fiskali mħabbra fil-budget, i.e. x'se jibqagħlu fil-but?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-diskors tal-budget għas-sena 2003 kienu tħabbru mizuri fiskjali ġodda biex inaqqsu t-taxxa dovuta mill-bdiewa fuq id-dħul tagħhom mill-biedja. Il-mizuri kienu jikkonsistu fi skema, introdotta wara diskussjonijiet u konsultazzjonijiet estensivi mal-bdiewa u r-rapprezentanti taghhom, li permezz tagħha l-bidwi seta’ jagħzel li jiġi ntaxxat bir-rata ta’ 3% fissa u finali fuq il-prezz tal-bejgħ. Biex ikun zgurat li din l-iskema ma taffettwa ħazin lil ħadd, tħalliet ukoll il-possibilta’ li l-bidwi jagħzel, jekk irid, li jibqa’ ntaxxat kif kien fis-snin ta’ qabel. Din l-iskema tgħodd għall-bdiewa full time kif ukoll dawk part time, u allura tolqot ukoll lil dawk li għandhom dħul izjed baxx. Għalhekk bidwi li qed jaħdem skond ir-regoli tal-part-time jista’ jagħzel li jiġi ntaxxat jew bil-15% fuq il-qligħ jew bit-3% fuq il-bejgħ, skond kif jaqbillu. Din l-iskema mhux biss twassal għat-tnaqqis ta’ taxxa izda wkoll isserraħ moħħ il-bidwi li jaf mill-ewwel kemm se jħallas taxxa fuq il-bejgħ kwalifikanti mingħajr ħafna karti u ħafna kalkoli.

Pensjoni tat-Teżor — Ħaddiema ta' l-Enemalta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tip ta' pensjoni huma ntitolati mit-Teżor ħaddiema ta' l-Enemalta li oriġinarjament kienu mpjegati direttament mal-gvern mal-gas board, meta dawn jispiċċaw mix-xogħol? Dawn huma ntitolati għall-istess benefiċċji ta' ħaddiema oħra maċ-ċivil u li għaddew ma' kumpanniji parastatali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi biex impjegat li jkun irtira minn ma’ l-Enemalta jikkwalifika għall-Pensjoni jew Pensjoni u s-somma tat-Teżor, skond l-ordinanza dwar il-pensjonijiet (Kap 93), irid ikun impjegat fis-Servizz tal-Gvern qabel ikun telaq biex jieħu impjieg ma’ l-Enemalta. F’dan il-każ, is-servizz ma’ l-Enemalta jitqies bħala servizz mal-Gvern u l-pensjoni jew il-pensjoni u s-somma tingħata lil dak l-impjegat skond kif hemm ipprovdut fl-Ordinanza. Mill-banda l-oħra, impjegat li kien daħal fl-impjieg direttament mal-Gas Board u wara qaleb ma’ l-Enemalta ma jikkwalifikax għall-Pensjoni tat-Teżor taħt l-Ordinanza.

Pensjoni tat-Teżor — ħaddiem ta' l-Enemalta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li spiċċa mix-xogħol minn ma' l-Enemelata u li oriġinarjament kien impjegat maċ-ċivil mal-gas board ħax il-pensjoni u s-somma tat-Teżor kollha dovuta lilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li l-persuna indikata għandha pensjoni u somma tat-Teżor.

Enemalta — Surcharge fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21611 u jgħid kemm daħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge mid-domestic consumption, i.e. tal-familji, hotels u fondi kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid ma’ dak li ghedt b’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 21611.

Lotteries and Gaming Industry

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qed jiġu iġġenerati flus mil-lotteries and gaming industry?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ flus li qed jiġi iġġenerat b’mod dirett mill-industija tal-lotteriji u logħob ieħor hu : DATA DUTY LICENSE FEES TOTAL Jannar – Diċembru 2005 Lm11,186,813 Lm108,390 Lm11,295,203 Jannar – Settembru 2006 Lm9,881,771 Lm251,500 Lm10,133,271

On line betting — Licence holders

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm licence holders ta' on line betting li qed jużaw lis-soċjeta' BELMED bħala ISP provider?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Awtorita’ tal-Lotteriji u l-Logħob m’għandha l-ebda rabta mal-kumpaniji li joffru servizi lir-remote gaming liċenzjati Malta.

Lotteries and gaming authority — Liċenzji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħarġet liċenzji l-lotteries and gaming authority f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm ġew rifjutati liċenzji mill-awtorita' msemmija fl-istess perijodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi matul is-snin 2005 u 2006, l-Awtorita tal-Lotteriji u l-Logħob ħarġet 63 liċenzja. Apparti minnhekk, 61 kumpanija ngħatatilhom liċenzja proviżorja u qegħdin fl-aħħar stadju tal-proċess sakemm jiksbu l-liċenzja finali. Matul il-perjodu msemmi, l-Awtorita’ irrifjutat erba’ kumpaniji peress li dawn ma laħqux il-kriterji meħtieġa mill-Awtorita’ biex tingħatalhom il-liċenzja.

Lotteries and Gaming Authority

Question

Ma jidhirlux il-Prim Ministru li fil-kuntratt ta' l-impjieg mal-lotteries and gaming authority għandu jitniżżel li dak li jkun m'għandux isib xogħol jew jaħdem f'xogħol konness mal-gambling għal ċertu perijodu? Jaf il-Prim Ministru li ex-legal inspector illum qed jaħdem f'dan il-qasam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Awtorita’ m’għandhiex stipulat fil-kuntratt ta’ l-impjiegi tagħha l-perjodu li ma jistgħux jaħdmu fil-qasam tal-logħob għaliex l-Awtorita’ tħaddem esperti f’dan il-qasam u għalhekk dawn jistgħu jsibu opportunitajiet oħra biss fl-istess qasam. Pero’ l-Awtorita’ dejjem applikat il-prinċipju tal-leave with pay għall-perjodu tan-notice kull meta xi persuna mit-tmexxija ddeċiedi li jtemm l-impjieg tiegħu minn ma’ l-Awtorita’. B’referenza għall-mistoqsija dwar l-ex-legal inspector, ninsab infurmat illi l-Awtorita’ fl-ebda perjodu ma kellha impjegati magħha fil-kariga ta’ legal inspector.

Elezzjonijiet Lokali — Barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20852 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li vvotaw f'kull elezzjoni lokali minn mindu dawn bdew isiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ barranin li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kien ta 493 fl-2004, ta’ 633 fl-2005 u ta’ 604 fl-2006. Qabel is-sena 2004 kienet biss tinżamm statistika globali ta’ kemm ivvotaw nies.

BELLMED — ISP provider

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min huma preżunzjalment l-azzjonisti u diretturi ta' l-ISP provider BELLMED responsabbli mil-lotteries and gaming authority? Jista' jgħid min kienu l-azzjonisti konċernati meta ġiet regolata din is-soċjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija jista’ jinkiseb minn kulħadd mir-Reġistru tal-Kumpaniji. Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi s-soċjeta imsemmija la hija regolata mill-Awtorita’ tal-Lotteriji u l-Logħob u lanqas mill-MFSA.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jammonta l-investiment kollu li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għamlet f'Malta u Għawdex, separatament u sena sena, minn meta bdiet tiffunzjona sal-lum? Fiex kien jikkonsisti dan l-investiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Żbilanċ Finanzjarju tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20457 u jgħid u jagħti s-segwenti figuri mitluba aktar 'l isfel kif rapportati lill-Kummissjoni Ewropea: Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005? Kif jikkomparaw il-figuri bħala proporzjon tal-GDP? Kif l-istess figuri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu? Jekk hemm differenza bejn il-figura tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza? Nitlob li kemm il-figuri ta' general government u tal-fond konsolidat jingħatw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferri lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 20457

Żbilanc finanzjarju tal-gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 20457 u 21221 u jgħid u jagħti s-segwenti figuri mitluba aktar 'l isfel kif rapportati lill-Kummissjoni Ewropea: Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005? Kif jikkomparaw il-figuri bħala proporzjon tal-GDP? Kif l-istess figuri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu? Jekk hemm differenza bejn il-figura tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza? Nitlob li kemm il-figuri ta' general government u tal-fond konsolidat jingħatw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferri lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 20457.

VAT fuq attivitajiet kulturali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura li neħħa l-VAT fuq attivitajiet kulturali għal każini tal-baned tgħoddx ukoll għal kunsilli lokali li jorganizzaw attivitajiet purament kulturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-Valur Miżjud fuq attivitajiet kulturali hija regolata mill-partita 4 (2) tat-Taqsima Tnejn tal-Ħames Skeda tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud li tipprovdi dan li ġej : Il-provvista ta’ dawk is-servizzi kulturali u oġġetti marbuta fil- qrib magħhom hekk kif jistgħu jiġu approvati mill-Ministru. Dawn l-eżenzjonijiet huma wkoll soġġetti għal provedimenti tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill taħt l-Arikolu 13 A1.(n) li jipprovdi għal dan li ġej : (n) ċertu servizzi kulturali u oġġetti marbuta mill-qrib magħhom fornuti minn entitajiet regolati mid-dritt pubbliku jew minn entitajiet kulturali rikonoxxuti mill-Istat Membru Konċernat. Fil-każ ta’ dawk l-entitajiet li m’humiex regolati mid-dritt pubbliku dawn għandhom jiġu regolati kif stipulat fl-Artikolu 13A(2)(a) u (b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill jiġifieri : · Huma m’għandhomx l-għan sistematiku li jagħmlu profitt, imma kwalunkwe profitti li madankollu jirriżultaw m’għandhomx jiġu mqassma, imma għandhom ikunu assenjata għall-kontinwament u għat-titjib tas-servizzi pprovduti , · Huma għandhom ikunu mmaniġjati jew amministrati fuq bażi essenzjalment volontarja minn persuni li m’għandhomx interess dirett jew indirett, la huma nfushom u lanqas b’intermedji, fir-riżultati ta’ l-attivitajiet konċernati, · Huma għandhom iżommu prezzijiet approvati mill-awtorijiet pubbliċi jew li ma jeċċedux tali prezzijiet approvati jew, fir-rigward ta’ dawk is-servizzi li m’humiex soġġetti għall-approvazzjoni, prezzijiet inqas minn dawk miżmuma għal servizzi simili minn enterpriżi kummerċjali soġġetti għat-taxxa fuq il-Valur Miżjud, · Eżenjoni tas-servizzi konċernati m’għandiex toħloq tfixkil ta’ kompetizzjoni b’tali mod li tpoġġi fi żvantaġġ l-impriżi kummerċjali reponsabbli għat-taxxa fuq il-Valur Miżjud. Il-provvista ta’ servizzi jew oġġetti m’għandiex tkun eżentat jekk : · M’huwiex essenzjali għat-transazzjonijiet eżenti, · L-iskop bażiku hu li tikseb dħul addizzjonali għall-organizzazzjoni billi twettaq transazzjonijiet li huma b’kompetizzjoni diretta ma’ dawk l-impriżi li jimponu taxxa fuq il-Valur Miżjud.

Flus mgħoddija lill-EU

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għaddiet flus mill-VAT u forsi sorsi oħra, Malta lill-Unjoni Ewropea, sena b'sena minn mindu dħalna fl-EU?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella annessa.

Ħlas ta' Taxxa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jiddikjaraw li jaqilgħu flus f'kull waħda mill-brackets tat-taxxa kif kienu qabel l-estimi għas-sena 2007 u kif ġew issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Reserved parking

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani kif l-uffiċċju ta' l-ombudsman jiddeċiedi kif resident/a tkun intitolata għal reserved parking jew le mingħajr ma jisma lill-kunsill lokali, lill-ADT jew oħrajn fuq il-validita' ta' tali talba? Reserved parking għandu jingħata lil xi ħadd li ma jsuqx biex sempliċement ikun żgurat parking space lill-familjari meta jmorru jżuruh?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor Interpellant li bħala Uffiċċjal tal-Parlament l-Ombudsman huwa ndipendenti mill-Gvern eżekuttiv u għalhekk ma jaqax taħt ir-responsabbilta’ diretta tiegħi. Skond il-proċedura stabbilita, informazzjoni dwar l-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman tista’ tinkiseb jew direttament mingħand l-Ombudsman jew permess ta’ l-iSpeaker. F’dan il-każ il-mistoqsija għaddejtha lill-Ombudsman.

Surcharge tad-Dawl u l-Ilma

Question

Peress li l-Ministru in kwestjoni ma pprovdiex l-informazzjoni, jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21414?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt b’risposta għal-mistoqsija parlamentari numru 21414.

Enemalta — Surcharge fuq id-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge mid-domestic consumption, i.e. tal-familji, hotels u fondi kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Onorevoli Interpellant għamel l-istess mistoqsija lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informatika u għaldaqstant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba li ser jagħti l-istess Ministru.