Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25213 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karrozzi tal-kiri mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħi, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel tagħhom, huwa kif ġej: Ministeru tas-Saħħa u d-Diviżjoni tas-Saħħa No. of cars Vettura fejn mikrija 1 St. Luke's Hospital 1* Directorate Nursing Services 1 Motor Transport Section 2 Ministry 1 Government Pharmaceutical Services 1* Transport Section MCH 1 Environmental Health Branch Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi No. of cars Vettura fejn mikrija 7* Foundation for Medical Services * Hired for part of the year only. L-ispiża għal kiri kienet ta' Lm 14800.30ċ L-ispiża għal fuel kienet ta' Lm 3829.05ċ.
Leg 9 PQ #25216 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Suiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar kull sena f'dawn l-aħħar 5 snin minħabba attentat ta' suiċidju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li fl-aħħar ħames snin in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa minħabba attentat ta' suwiċidju (ICD-9 code: E950-E959, ICD-10 code: X60-X84) huwa kif ġej: Sena Numru ta' persuni 1996 2 1997 6 1998 5 1999 3 2000 4
Leg 9 PQ #25217 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Overdosages

Question

Jista' jgħid kemm daħlu persuni l-isptar kull sena għal dawn l-aħħar 5 snin minħabba overdosages? Kemm mietu? Kemm kellhom eta' u ta' liema sess kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li fl-aħħar ħames snin in-numru ta` każi ta` "overdose" li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa huma kif jidhru fil-paġni li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25282 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Tryprizol Syrup

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar erba' xhur ma ġietx fornuta l-mistura Tryprizol Syrup mill-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ilhom għal din l-aħħar sena jiltaqgħu mal-problemi rigward ix-xiri ta` Tryprizol Syrup. Għalkemm id-Dipartiment ħareġ tender, ma kien hemm l-ebda offerta aċċettabbli. Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern qegħdin jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jinstab stokk aċċettabbli.
Leg 9 PQ #25351 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Maltacom plc mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25789 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar St Lukes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tat-tindif ta' l-Isptar St Lukes matul is-sena 1999? Kemm kienet in-nefqa tat-tindif matul is-sena 2000 min meta t-tindif reġa' qed isir minn impjegati tal-Gvern? Kemm intefaq fuq kimika għat-tindif? Kemm intefaq fuq equipment tat-tindif? Kemm intefqu flus f'affarijiet oħra b'mod li jkun item by item?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25854 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Casual Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm casual cleaners fis-settur tas-saħħa? Jista' jgħid kemm-il siegħa qegħdin jaħdmu bħala average? Hemm xi ħsieb li dawn il-casual cleaners isiru tal-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru 23906.
Leg 9 PQ #25858 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Barnetil

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pilloli BARNETIL 400mg jkunu fl-ispiżerija tal-Gvern peress li bħalussa jinsabu out of stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-pilloli Sultapride 400mg (BARNETIL) tqassmu lill-Ispiżerija ta` l-Isptar Monte Carmeli fil-15 ta` Mejju, 2001.
Leg 9 PQ #25863 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21485?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta ngħatat fis-Seduta Numru 450.
Leg 9 PQ #25864 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21490?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta ngħatat fis-Seduta Numru 450.
Leg 9 PQ #25865 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21487?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta ngħatat fis-Seduta Numru 450.
Leg 9 PQ #25866 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21468?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta ngħatat fis-Seduta Numru 490.
Leg 9 PQ #25867 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21526?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta ngħatat fis-Seduta Numru 452.
Leg 9 PQ #25938 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Renal Dialysis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25486?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25418 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Diamox & Indexol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom neqsin il-mediċini Diamox u Indexol mill-ispiżeriji tal-Gvern? Meta ser ikunu available?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25486 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Renal Dialysis

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm pradiatric area attrezzata għat-tfal li jkollhom bżonn renal dialysis? Jekk hemm il-ħsieb meta se ssir u meta hu maħsub li titlesta? Kemm se tiġi tiswa u min qed jieħu ħsieb li jara li din issir? Kemm hemm tfal taħt is-16 il-sena li qed jagħmlu renal dialysis?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25634 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

MUMN

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24591 li saret fl-20 ta' Marzu 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proposta ta' l-MUMN qed tiġi evalwata fid-dawl ta' proposti għal riformi aktar fit-tul fis-servizz tal-catering għall-isptarijiet tagħna.
Leg 9 PQ #25685 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Karta Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-polikliniċi tiġi osservata r-regola li normalment tintuża fil-każ ta' anzjani li għandhom il-karta Anzjan ta' 75 għax qegħdin jidħlu ħafna ilmenti li din ir-regola mhux tiġi oservata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li r-regoli li jirrigwardaw il-Karta Anzjan ta' 75 huma osservati fiċ-Centri tas-Saħħa kollha. Is-Senior Medical Officer u n-Nursing Officer inkarigati miċ-Centri tas-Saħħa huma responsabbli li jaraw li d-drittijiet tal-Karta Anzjan jiġu osservati. Ma ġiex rappurtat li hemm xi problemi biex jottjeni d-dritt tiegħu skond il-Karta Anzjan dan għandu jirraporta lis-Senior Medical Officer jew in-Nursing Officer inkarigat/a miċ-Centru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #25089 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżammx inventarju fid-Diparitment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern? Jista' jgħid x'qed isir minn dik l-għamara li qed tiġi mibdula?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jinżamm inventarju. Dan jiġi updated minn żmien għall-ieħor. L-għamara xorta qed tintuża f'sezzjonijiet oħra tal-GPS li kellhom bżonnha.
Leg 9 PQ #25090 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali responsabbli mill-ħlas lill-agenti fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern? X'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` uffiċjali responsabbli mill-ħlas lil aġenti fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi huwa 11. Dawn jikkonsistu:- Senior Principal (Parental Leave) Principal Assistant Principals (1 Parental Leave) Executive Officers (1 Parental Leave) Clerks