Jista' l-Ministru jgħdi f'dawn l-aħħar erba' snin sal-lum, sena b'sena, kemm kien l-ammont fi' flus ta' l-iScratch & Win u kemm minnhom ġew mgħoddija għall-isport? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif ġew utilizzati l-flus fl-iScratch & Win?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet it-Tax Compliance Unit sa mit-twaqqif tagħha sal-lum? Huwa parti mix-xogħol ta' dan il-unit li jidħlu fis-servizzi soċjali ukoll?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti li ma ngħatawx rċevuta tal-VAT mid-dħul tagħha mill-ġdid? F'liema kategorija ta' negozju kien kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Fir-rigward tal-pensjonanti li spiċċaw minn mal-gvern wara l-1.1.96 paġna 8 para. 5.3 tal-ftehim kollettiv dwar il-ħaddiema tal-gvern li ġie ffirmat bejn gvern u unions f'Diċembru 1998, hemm dan li ġej:
"It is agreed that ad hoc arrangements on a personal basis will be made for public officers retiring during the years 1996 to the year 2000 to reflect, on a notional basis, increases in emoluments awarded to serving public officers."
Dejjem skond l-istess ftehim dan l-arranġament suppost għandu jsir mill-1.1.2001, huwa minnu li l-accountant general għadu ma ħareġ ebda struzzjonijiet speċifiċi f'dan ir-rigward?
Huwa minnu li hemm nuqqas ta' qbil bejn gvern u UHM dwar din il-problema, billi min-naħa tal-Ministru qed isostni li dan l-eżerċizzju għandu jinkludi fih biss lil dawk li spiċċaw bil-pensjoni mill-1999 'il hawn?
Dan huwa hekk, dan ma jirriżultax f'pensjonanti li ġew maqlugħa barra mill-ftehim ta' Diċembru 1998 bil-wegħda li fl-1.1.2001 il-pensjoni tagħhom se tiġi aġġornata mal-ftehim kollettiv imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-VAT Department ikkummissjona studju biex jara fejn il-liġi eżistenti tal-VAT ma taqbilx ma' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea? X'inhuma l-konklużjonijiet ta' dan l-istudju? Jista' jqiegħed kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-materja li għaliha qed jirreferi hija riflessa fid-draft National Plan for the Adoption of the Acquis li hu dokument pubbliku. Kif hemm indikat fl-istess dokument, il-pożizzjoni li eventwalment jista’ jieħu l-Gvern f’dan ir-rigward tiddependi fuq l-esiġenzi tal-pajjiż kif ukoll fuq il-prattika f’pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropeja
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa s-set-up amministrattiv tal-VAT Department bħalissa u kif ġie mibdul jew imsaħħaħ f'dawn l-aħħar xhur?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-set up amministrattiv tad-Dipartiment tal-VAT bħalissa jirrifletti t-tibdiliet li seħħew bl-Att XXIII ta’ l- 1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
It-tisħiħ fl-organizzazzjoni u l-istrutturi amministrattivi tad-Dipartiment tal-VAT hu proċess kontinwu u jsir skond l-esiġenzi li jseħħu minn żmien għal żmien
Jikkonferma l-Ministru li fid-dwana hemm direttur EU matters? Meta nħatar? X'inhu x-xogħol speċifiku tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kariga ta' Direttur 'EU Matters' ilha fis-seħħ mill-10 ta' Mejju 2000.
Barra mir-responsabiltajiet komuni għal Diretturi oħra, il-funzjonijiet speċifiċi għal dil-kariga huma li d-Direttur jagħti l-pariri lid-Direttur Generali skond il-ħtieġa dwar materji li jikkonċernaw l-Unjoni Ewropeja u jiżgura li bil-ko-operazzjoni bejn l-Ufficjali Maltin u esperti mill-U.E., id-Dipartiment ikun f'qagħda li jaddotta, jimplimenta u jinforza l-provvedimenti ta' l-Acquis li jirrigwardaw id-Dwana fiż-żmien ta' preparazzjoni għad-dħul ta' Malta fl-U.E.
Biex dan iseħħ, id-Direttur, bħal ma hu l-każ ta' Diretturi oħra fis-settur tagħhom, għandu programm ta' xogħol li jrid iwettaq matul ix-xhur li ġejjin. Wieħed jista' jsemmi l-ko-ordinament u l-'monitoring' ta' l-attivitajiet kollha orjentati lejn id-dħul ta' Malta fl-U.E., it-twaqqif ta' strutturi neċessarji fid-Dipartiment, iż-żamma ta' kuntatti ma' entitajiet oħra involuti fil-proċess tad-dħul u t-taħrig neċessarju għall-impjegati tad-Dwana u għal-dawk li jużaw il-proċeduri tagħha. Dan kollu hu mibni fuq numru ta' 'tasks' li jridu jitwettqu.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena x'se jkun il-piż fuq il-Kaxxa ta' Malta tal-ftehim kollettiv għas-settur pubbliku li l-gvern kien iffirma mal-unions f'Diċembru ta' l-1998? Kif se jiġi ffinanzjat dan il-piż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dwar in-nefqa annwali, b'riżultat tal-ftehim kollettiv għas-settur pubbliku, diġa ngħata tagħrif fir-risposta tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru 16,768, f'Ġunju li għadda.
Din l-ispiża, bħal kull spiża pubblika, u speċjalment fejn jidħlu pagi, salarji, sahra, allowances u pensjonijiet, tiġi ffinanzjata minn dħul permezz tat-taxxa fuq l-income u kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali li l-impjegati użjew il-pensjonanti jħallsu fuq id-dħul annwali tagħhom, u mill-erarju ġenerali tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fit-tariffi tal-qorti hijiex b'xi mod jew ieħor relatata mal-ħtieġa ta' finanzjament taż-żieda f'allowances li se jkun hemm għal membri tal-ġudikatura?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm internal auditors mill-1995 sal-lum? Min huma (id-dettalji tagħhom)? Kif inhuma mqassmin fil-Ministeri/Dipartimenti tal-gvern? Kemm minnhom spiċċaw? Min huma li spiċċaw (id-dettalji tagħhom)? Għaliex spiċċaw? Wara li spiċċaw, jekk baqgħu jaħdmu, x'xogħol ingħataw u fejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħidilna liema ministeri kellhom internal auditor, iżda bħalissa jinsabu mingħajr internal auditor? Liema ministeri qatt ma kellhom internal auditor?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi jekk ix-xogħol ta' l-Internal Auditor huwiex sodisfaċenti jew le, u fuq liema kriterji jsir dan?
Kemm saru rapporti minn kull Internal Auditor kull sena?
Individwalment, kemm saru audit reports min kull internal auditor?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi ma kien hemm l-ebda PRO mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi attentati biex jissaħħaħ id-Dipartiment tat-Teżor tal-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi jopera d-direttorat tas-Servizzi Korporattivi biex jikkoordina l-operat tad-dipartimenti li jifformaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru tal-Finanzi u jieħu l-miżuri għat-tisħiħ ta’ dawn id-dipartimenti. Għalkemm it-Teżor jiddependi ħafna mill-prioritajiet li jfassal id-direttorat tas-Servizzi Korporattivi, id-dipartiment tat-Teżor jieħu inizjattivi huwa stess bil-għan li tissaħħaħ l-istruttura fid-diversi oqsma tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern beħsiebu jilleġiżla dwar id-deposit protection scheme tal-banek kif ukol dwar l-investors' compensation scheme?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara preparazzjonijiet preliminari interni, f'dawn l-aħħar xhur il-Bank Ċentrali waqqaf Working Group flimkien ma' rappreżentanti tal-banek biex jistudja x'tip ta' 'Deposit Protection Scheme' għandha tiġi rrakomandata għal Malta. Il-'Working Group' avvanza ħafna fix-xogħol tiegħu. Hekk kif tiġi stabbilita t-tip ta' 'Protection Scheme' u l-mod kif għandha titħaddem, tiġi ddraftjata l-liġi. Il-Bank Ċentrali jikkalkulha li l-ewwel draft tal-liġi għandha titlesta għal nofs l-2001, filwaqt li l-'Investors Compensation Scheme', għandha tiġi mplimentata mill-MFSC matul is-sena 2002. Il-preparazzjoni tax-xogħol tlesta u ċ-Ċentu ħareġ rapport fuq dan is-suġġett.
Hu maħsub li l-managment taż-żewġ skemi għandu jkun komuni għalkemm l-għanjiet huma differenti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern li jwaqqaf finacial intelligence unit? Kif inhi maħsuba li tkun il-kompożizzjoni tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-'Working Group' kompost minn rappreżentant kull wieħed mill-Bank Ċentrali, ċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji, l-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali u l-Pulizija għadu kif ħejja rapport dwar rikomandazzjonijiet għat-twaqqif ta' Financial Intelligence Unit. Għal dan il-għan il-Working Group ikkonsulta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u Financial Intelligence Units oħra sabiex il-Unit f'Malta ikun f'livell mħaddma u aċċettata internazzjonalment. Naturalment dan irid japplika għal kundizzjonijiet tal-pajjiż. Ir-Rapport għadu kif ġie ppreżentat lili (Ministru tal-Finanzi) u għad iris jiġi diskuss mal-membri tal-Working Group u l-organizazzjonijiet involuti. Għalhekk mhux għaqli li f'dan l-istadju jiġu żvelati dawn ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-Unit u affarijiet oħra. Żgur li l-Unit ser ikun ta' tip amministrattiv li jkun jista jopera b'mod indipendenti. Aktar informazzjoni tkun tista tingħata aktar tard. Hu maħsub li l-Unit jitwaqqaf matul l-2001 wara li tiġi approvata l-liġi adekwata għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?
Response (DALLI, JOHN)
Dipartiment Impjegati Eta'
Finanzi 1 26 sena
1 38 sena
Taxxi Interni 4 33 sena
1 36sena
1 38 sena
1 55 sena
Dwana 2 26 sena
Lottu 1 33 sena
1 40 sena
1 54 sena
VAT 1 29 sena
1 32 sena
Teżor 1 24 sena
1 29 sena
1 41 sena
1 50 sena
Kuntratti 1 30 sena
Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema sena il-gvern mistenni jaqleb għas-sistema ta' accrual accounting? Ix-xogħol ta' tħejjija minn kemm nies qed isir? X'inhuwa l-istatus tagħhom fil-ministeru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hu ppjanat li l-Gvern jaqleb għas-sistema ta' accrual accounting fl-2003. Dan jiddependi mil-liema stadju ta' tħejjija jkunu jinsabu fih id-dipartimenti.
Il-Gvern waqqaf Task Force bil-għan li jissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-accrual accounting fil-gvern. Dan it-Task Force jikkonsisti minn uffiċċjali għolja fil-Ministeru tal-Finanzi, t-Teżor, il-Managment Efficiency Unit, MITTS Ltd u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u rappreżentant tal-Malta Institute of Accountants. Ix-xogħol ta' tħejjija li qed isir minn ħafna uffiċċjali fid-diversi Ministeri u Dipartimenti tal-gvern qed jiġi kkoordinat mill-iSpecial Projects Office fil-Ministeru tal-Finanzi li bħal issa jikkonsisti f'żewġ persuni - Director General u Executive Officer.