Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23110 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kenn politiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jitolbu kenn politiku f'Malta llum, mil-liema pajjiżi huma u kemm ilhom hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub ma jinżammx mill-Pulizija. Hu l-Uffiċċju ta` l-U.N.H.C.R. f`Malta li jieħu ħsieb l-interessi ta` persuni meqjusa bħala refuġjati.
Leg 9 PQ #23431 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Luqa - Karozzi Mitluqa

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb illi żewġ karozzi mitluqa f'Valletta Road, Luqa jitneħħew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant tneħħew.
Leg 9 PQ #23435 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Use Classes Order

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' use classes order fejn huma maqsuma l-attivitajiet kummerċjali

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fl-Avviż Legali 53 ta` l-1994 li deher fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern Nru. 15,935 tad-29 ta` April, 1994, u li ġie amendat permezz ta` l-Avviż Legali 70 ta` l-2000 li deher fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16,938 tal-25 ta` April, 2000.
Leg 9 PQ #23436 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-PA tul is-sena 2000? Jista' jaqsamhom xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-tagħrif li jien tajt dwar dan is-suġġett fit-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21522, ninsab infurmat illi f`Diċembru, ġew impjegati żewġ (2) ħaddiema oħra ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dawn kienu 'replacements' fil-grad ta` Secretarial Assistants.
Leg 9 PQ #23496 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni mħarrka minħabba ksur tar-regolamenti dwar tgħabija żejda s-sena li għaddiet? Kemm minn dawn kienu dwar tgħabija żejda ta' passiġġieri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, il-Pulizija ħarrket 211 persuna fuq ksur tar-regolamenti dwar tagħbija ta` vetturi. Minn dawn, 177 kienu jirrigwardjaw tagħbija ta` passiġġieri.
Leg 9 PQ #23500 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Belta Valletta - Għassa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti fl-għassa tal-Belt dwar crimes fuq uffiċċjali dettaljati fl-imsemmija għassa minn Novembru 2000 sal-31 ta' Jannar 2001? Kemm għamlu rapporti dwar crimes l-ispetturi u s-supretendent dettaljati f'din l-għassa? X'inhi l-proċedura dwar kif għandu jiġi rrappurtat pulizija? In kwantu għal crimes li ġew irrappurtati fil-perjodu indikat, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċedura ġietx segwita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Novembru 2000 u Jannar 2001, kien hemm 10 membri tal-Korp stazzjonati l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta, li sar rapport kontrihom minħabba ksur ta` dixxiplina. Sabiex jinbdew proċeduri dixxiplinarji kontra membru tal-Korp, isir rapport bid-dettalji kollha tal-każ mill-fizzjal inkarigat. Dan ir-rapport jintbagħat il-Kwartieri Ġenerali minn fejn tkun segwita l-proċedura ta` dixxiplina. Infurmat ukoll illi din il-proċedura ġiet segwita fil-każijiet kollha imsemmija aktar qabel.
Leg 9 PQ #23501 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Jannar 2001? Jista' jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23502 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' serq bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Jannar 2001? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2001 ġew irraportati 725 każ ta` serq. Dawn kienu ikklassifikati kif ġej:- Hold-Up 1 Pick Pocketing 38 Snatch & Grab 12 Theft of seacraft 1 Theft of vehicle 75 Theft from seacraft 3 Theft from vehicle 275 Theft from residence 51 Theft from bars / hotels 79 Theft from beaches 1 Theft from factories 2 Theft from retail outlets 46 Other theft 141
Leg 9 PQ #23507 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie stabilit li jrid ikun it-tul uffiċjali biex persuna tkun tista' tapplika għal pulizija? Kemm kien it-tul rikjest fl-ingaġġi li kienu saru mill-1995 'l hawn, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19376.
Leg 9 PQ #23518 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Baħrija - Bini illegali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: a) X'passi qegħdin jittieħdu sabiex il-garage mibni illegalment f'nofs Triq tal-Ġnien ta' Nigra, Baħrija, eżattament quddiem id-dar jisimha Edenville, jitwaqqa' mill-Awtorita'; b) Meta huwa maħsub illi l-imsemmija riq tiġi iffurmata? Informazzjoni rilevanti qed tintbagħt separtament

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar diġa` investigat l-ilment imqajjem minn residenti tal-madwar u l-Kunsill Lokali tar-Rabat dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Jirriżulta illi l-imsemmija kamra hija antika u ġiet mibnija aktar minn 40 sena ilu. Dan jista` jiġi konfermat mis-Survey Sheets ta` l-1968. Hija policy stabbilita ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar li ma tieħux passi ta` infurzar dwar bini li jidher qabel dan il-perijodu. Rigward it-tieni parti b) tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23099 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Postijiet ta' divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal ġo postijiet ta' divertiment meta mhux suppost jidħlu, matul is-sena l-oħra? Kemm inqabdu kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1996 1997 1998 1999 2000 xejn 9 58 127 8
Leg 9 PQ #23101 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra talli ħallew tfal jidħlu f'postijiet ta' divertiment meta mhux permess matul is-sena l-oħra? X'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 4 persuni talli ħallew persuni taħt is-sittax-il sena f`postijiet ta` divertiment. Minn dawn, wieħed ġie liberat, filwaqt li t-tlieta l-oħra għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #23103 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati rrapportati lill-pulizija s-sena l-oħra? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22327.
Leg 9 PQ #23093 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ftuħ ta' ħwienet il-Ħadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jittellgħu persuni l-qorti talli fetħu l-ħanut tagħhom nhar ta' Ħadd meta mhux suppost, din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Jannar ta` din is-sena, il-Pulizija rrapurtat 38 persuna talli fetħu l-ħwienet nhar ta` Ħadd.
Leg 9 PQ #23094 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

UE — Persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jew pajjiżi applikanti li għandhom permess jaħdmu llum? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond l-aħħar lista ta` persuni barranin li għandhom permess jaħdmu Malta li ġiet ippubblikata mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fit-2 ta` Jannar 2001, in-numru ta` persuni li ġejjin mill-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea huwa 770 filwaqt li ta` dawk li ġejjin mill-pajjiżi applikanti huwa 160. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm madwar 1,300 applikazzjoni li qed jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #23095 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Deportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deportati persuni s-sena l-oħra u mil-liema pajjiżi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni li ġew deportati matul is-sena 2000 kien ta` 507. In-nazzjonalita` ta` dawn il-persuni hi kif ġej: Armena Irlandiża Palestina Ingliża Taljana Filippina Bulgara Ġordaniża Pollakka Ċiniża Libaniża Rumena Eġizzjana Libjana Russa Ġermaniża Moldova Somalja Ungeriża Marokkina Sirjana Indjana Niger Tuneżina Pakistana Niġerjana Ukrajna Jugoslavja Turka
Leg 9 PQ #23096 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Uffiċjali ta' l-Immigrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ma tħallewx jidħlu Malta mill-uffiċjali ta' l-immigrazzjoni s-sena l-oħra? Mil-liema pajjiżi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23001.
Leg 9 PQ #23097 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti għal tlajjar minħabba prostituzzjoni is-sena l-oħra? Kemm kienu Maltin, kemm barranin, kemm nisa, kemm irġiel u x'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 tressqu quddiem il-Qorti, 24 persuna fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Dawn kienu kollha Maltin, li minnhom 18 kienu nisa u 6 kienu rġiel u l-eta` tagħhom kienet bejn is-16-il sena u l-47 sena.
Leg 9 PQ #23366 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal l-ilment dwar il-każ tal-lands L556/75/30 li jikkonċerna l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22762, ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qiegħda tfittex kull mezz possibbli sabiex tittieħed azzjoni dwar l-ilment li saret referenza għalih fil-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #23087 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Paceville/San Ġiljan — Stabbilimenti liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm stabbilimenti liċenzjati ġo Paceville u San Ġiljan illum? Kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta` stabbilimenti ġewwa San Ġiljan u Paċeville illiċenzjati mill-Pulizija kien kif ġej:- 1996 1997 1998 1999 2000 418 434 443 445 461