Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5207 u cioe' jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor interpellant.
Kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti — Konkors kitba għal-palk
Question
Jista’ il-Ministru jgħid peress li fil-passat id-Dipartiment tal-Kultura kien jorganizza l-Konkors Kitba għall-Palk Premju Francis Ebejer li b'xi mod jew ieħor kien jinkoraġixxi drammi ġodda Maltin, issa li dan id-Dipartiment ġie xolt biex minfloku twaqqaf il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, jista’ jgħid jekk dan il-konkors għadux isir? Jekk le, huwa l-ħsieb tal-Kunsill li jorganizza xi ħaġa simili jew aħjar minn dan il-konkors? B’mod ġenerali, x'qiegħed jagħmel il-Kunsill biex jinkoraġixxi kitba ġdida għall-palk Malti, qasam li kif kulħadd jaf jinsab fi kriżi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti studja bir-reqqa kollha mistħoqqa l-andament tal-Konkors Kitba għall-Palk Premju Francis Ebejer matul dawn l-aħħar snin. Il-Kunsill deherlu li wasal iż-żmien li jinstab mezz alternattiv biex jinkoraġixxi drammi ġodda Maltin. Għalhekk qed jiġi mniehdi festival ta' drammi ġodda qosra bil-Malti fost kumpaniji eżistenti tad-drammi. Dan il-festival ser jifforma parti mill-Festival ta' l-Arti li ser jinżamm matul is-sajf li ġej. Barra min hekk, il-Kunsill qed jipprovdi għajnuna finanzjarja u teknika lil xogħol ta' drama bil-Malti fil-programm Cultural Support.
Jista’ il-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Kunsill Malti ta' l-Arti u l-Kultura? Kemm-il darba ltaqa' l-Kunsill fl-aħħar tnax–il xahar, jiġifieri bejn Marzu 2003 u Frar 2004? Kemm attenda kull wieħed min dawn il-membri għal-laqgħat li żamm il-Kunsill? Kemm jitħallas kull membru? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus għal kull laqgħa li attenda kull membru tal-Kunsill?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti huwa ffurmat mis sinjuri:
Prof. Joe Friggieri - Chairman
Josef Camilleri - Vice Chairman
Prof. Richard England
Rev. Prof. Peter Seraccino Inglott
Prof. Mro. Charles Camilleri
Lara Strickland
Norbert Attard
George Glanville
Charles Stroud
Dr Paul V. Mifsud huwa d-Direttur Eżekuttiv.
Il-membri jirċievu honorarium ta' Lm 1,200 fis-sena waqt li ċ-Chairman jirċievi honorarium ta' Lm 6,000 fis-sena. Bejn Marzu 2003 u Frar 2004 il-Kunsill iltaqa' 11-il darba. L-attendenza tal-membri f'dawn il-laqgħat tinsab elenkata fit-tabella segwenti:
Laqgħat tal-Kunsill Malti Għall-Kultura u l-Arti - Marzu 2003 - Frar 2004
* Irriżenja f'Awissu 2003
** Appuntat f'Awissu 2003
X = Preżenti
E = Skużat/a
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Spejjeż fuq fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża li ntefqet għal fuel matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2004 kienet ta’ Lm 8,339.17 li minnhom tħallsu Lm 7,323.17 waqt li dik għall-istess perjodu tas-sena 2003 tammonta għal Lm 7,233.77 u li minnhom tħallsu Lm 7220.77. Inżid ngħid li l-ispiża f’kull każ tinkludi fiha nefqa ta’ fuel għall-generators u boilers ta’ l-airconditioning tal-Mediterrenean Conference Centre.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar il-Baċir Nru. 1, u dan għax fuq il-ġurnali l-Ministru ġie rrappurtat li qal li dan kellu jkun lest sa l-aħħar ta' Marzu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux konsultazzjonijiet uffiċjali qabel ma l-MIA imponiet taxxa/tariffa ġdida lis-sidien tal-coaches li jmorru jgħabbu t-turisti mill-ajruport internazzjonali ta' Malta?
Ma jaħsibx li din it-taxxa se żżid l-ispejjeż għal min jopera f'din l-industrija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninstab infurmat li ma saru l-ebda konsultazzjonijiet mal-MTA dwar is-suġġett indikat mill-Onorevoli interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid fir-raħal tal-Mellieħa liema huma t-toroq li ġew designated bħala tourism area u l-ħwienet f'dawn it-toroq, anke dawk li huma żgħar ħafna u jservu biss lin-nies tal-lokal qed jintalbu jħallsu rati għolja ħafna mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu waqt li ristoranti fl-istess raħal li jservu lit-turisti ma ntalbux iħallsu dawn ir-rati għolja? Fuq liema kriterju jiġu definiti tourism areas u liema ħwienet jitqiesu li jridu jħallsu r-rati ffissati? Meta jiġu ffissati dawn ir-rati, qed jitqiesu d-diffikultajiet li dawn qed joħolqu għal operaturi diġa' mkissrin bil-problemi fis-settur tat-turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għad-'designated tourist areas' fir-rigward ta' kontibuzzjonijçt lill-Awtorita` tat-Turiżmu. Minn mindu bdew jitħallsu dawn il-kontibuzzjonijçt lill-NTOM għoxrin sena ilu, u dawn l-aħħar snin lill-MTA, dawn l-'areas' kçnu jikkonsistu f'diversi blçt u rħula li jaqgħu taħt 'main tourist area', 'secondary tourist area' u 'non-tourist area'. Jçn nħoss li mhux ġust li blçt u rħula sħaħ jiġu 'designated' kollha 'tourist area', jew 'secondary tourist area' għax f'dawn l-istess blçt u rħula hemm zoni mhux turistiċi.
Æaldaqstant tajt direzzjoni lill-Awtorita` tat-Turiżmu biex il-kontribuzzjonijçt jibdew jiġu ikkalkulati mhux skond il-belt jew raħal kif sar dan l-aħħar għoxrin sena, iżda skond it-toroq fl-istess lokalita`. B'hekk tkun qed issir ġustizzja ma' dawk il-ħwçnet li, għalkemm jinstabu f' 'tourist area', mhumçx iffrekwentati mit-turisti. Infurmat mill-Awtorita` li dan l-eżerċizzju qed isir u jkun effettiv mill-ewwel ta' Jannar 2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninstab infurmat li n-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar tas-sena 2003 u 2004 fil-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu hi kif gej:
Karozzi Mikrija
Jannar u Frar 2003
Karozzi Mikrija
Jannar u Frar 2004
Ministeru u Dipartiment
Lm 1584
Lm 4425
Istitut għall-Istudji Turistiċi
Lm 1062
Lm 1605
Awtorita` Maltija għat-Turiżmu
Lm 6812
Lm 7109
Festival kanzunetta Maltija għall-Ewropa — Disinn tas-sett
Question
Jista' il-Ministru jgħid min rebaħ ix-xogħol tad-disinn tas-sett tal-festival li sar għall-kanzunetta Maltija għall-Ewropa? Kemm kien hemm li wrew interess f’dan ix-xogħol? Kemm kienet kull offerta? Min kienu l-membri tal-bord ta’ l-għażla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li bi tweġiba għas-sejħa għall-espressjoni ta' nteress wieġbu erba' kuntratturi ċioe Steep Shape, Yada, Pres u Pierre Portelli.
Yada kienu nteressati li jieħdu f'idejhom id-direzzjoni artistika tal-festival kollu allura ma setgħux ikomplu fin-negozjar dwar l-istage biss.
Pierre Portelli talab Lm 750 għad-disinn ta' l-istage u Lm 3,750 għall-kostruzzjoni.
Steel Shape ma taw l-ebda figura.
Il-Maltasong Board fela kull espressjoni u fetaħ kuntatti ma' l-erba' kuntratturi. Pres (Kumpanija sussidjarja ta' ITC) irtiraw l-interess.
Inbeda n-negozjar fid-dettal ma' Pierre Portelli u l-offerta tiegħu ġiet aċċettata. Ġimgħa qabel il-festival, il-Maltasong Board ġew infurmati li d-drapp li qed jipproponi s-Sur Portelli kien flammable u għaldaqstant kien qed ikabbar il-periklu tan-nirien waqt il-festival. Ġew mgħajta persuni esperti f'dan il-qasam li qablu li d-drapp huwa flammable u b'hekk kien qed joħloq periklu ta' nar. Is-Sur Portelli sostna li d-drapp m'għandux jinbidel.
Fid-dawl ta' dan kollu l-Maltasong Board qatagħha li jdur fuq Steel Shape. Il-ħlas lil din il-kumpanija huwa Lm2,600 VAT eskluża.
Jista’ il-Ministru jikkonferma li Malta se tixtri r-ramel għall-bajja ta’ San Ġorġ mill-Ġordan? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Iva r-ramel għall-bajja ta' San Ġorġ se jinxtara mill-Al Jashia Quarry, Aqaba fil-Ġordan.
Ir-ramel jiswa 105,000 Euro jiġifieri ċirka Lm 45,652.
Dan ma jinkludix it-trasportazzjoni tar-ramel.
Jista’ il-Ministru jinformani kemm ħarġet flus il-Malta Tourism Authority għall-inizjattiva tax-“Xarabank visitMalta”? Jista’ jinformani wkoll kemm-il vjaġġ sar sat-23 ta’ Marzu, kemm tellgħu turisti komplessivament fuqhom u liema nazzjonalita’ spikkat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Waħda mir-responsabiltajiet ta' l-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu huwa illi tagħmel Malta aktar attraenti bħala destinazzjoni turistika. Is-servizz tal-Visitmalta għandu jagħmel Malta aktar attraenti għal vizitaturi b'żewġ modi; l-ewwel, it-turist jista' jilħaq aktar postijiet ta' interess b'mod iktar faċli. It-tieni, it-turist għandu għażla iktar wiesa ta' mezzi ta' trasport li jista' juza biex iżur postijiet ta' nteress. Fi ftit kliem, iktar għażla tfisser destinazzjoni turistika iktar attraenti.
Dan huwa servizz li huwa provdut mill-ATP jiġifieri s-sidien tal-karozzi tal-linja bis-support tal-Awtorita tat-Trasport u tal-Awtorita tat-Turiżmu. Is-support finanzjarju fl-ewwel xhur inqasam b'mod ugwali bejn l-MTA u l-ADT. L-MTA tas-support tekniku f'dak li jirrigwarda marketing, l-ippjanar tas-servizz, training u quality assurance. Bejn brochures u assistenza ohra, l-proġett ġie jiswa lill-MTA madwar Lm14,000. Fl-ewwel erba' xhur (Novembru 2003 - Frar 2004) użaw is-servizz mal-4,500 turist.
Immedjatament kif bdew id-diskussjonijiet fuq dan is-servizz, l-MTA għamlitha ċara li ma kellha l-edba ħsieb illi tissussidja dan is-servizz fit-tul. L-intenzjoni kienet u għadha li s-servizz jkompli jiġi operat mill-ATP b'mod li jkun finanzjarament vijabbli. L-ADT ħadet l-istess pożiżżjoni. Għalhekk l-infiq li ser tagħmel l-MTA fuq dan is-servizz fix-xhur li ġejjin huwa ftit li xejn.
Dan ifisser illi għall-investiment li l-MTA għamlet fix-xhur tal-bidu, qed jiġi stabilitt servizz illi tul medda ta' snin għandu jagħmel Malta aktar attraenti bħala destinazzjoni turistika. Huwa stmat illi matul l-2004 dan is-servizz ser jintuża minn bejn 35,000 u 40,000 turist.