Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta irċevietx talbiet biex toroq fl-inħawi tal-Qawra jingħalqu għal xi raġuni partikulari fil-ġranet ta’ bejn it-30 ta’ Marzu u l-5 ta’ April, 2016? Min għamel din it-talba, u għal liema skop? Liema talbiet ġew aċċettati?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema toroq qed jirreferi għalihom.
Triq il-Kosta — Miżuri għas-saħħa u s-siġurtà tas-sewwieqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta’ Triq il-Kosta jaħsibx għall-miżuri biex jitħares is-saħħa u s-sigurtà tas-sewwieqa? Jekk fl-affermattiv, x’ inhuma dawn il-miżuri?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Triq il-Kosta kien sa mill-bidu tad-disinn ppjanat li jkollu diversi aspetti li jħarsu b’mod aħjar is-saħħa u s-sigurtà tas-sewwieqa u nies oħra li jużaw it-triq. Dawn jinkludu d-disinn innifsu ta’ allinjament tat-triq, livelli, karreġġjati, safety barriers, tabelli tat-traffiku, pedestrian crossings, u linji u sinjali tat-traffiku.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ inhu jsir mill-Gvern preżenti biex jippromwovi mezzi alternattivi tat-trasport, fosthom dak bil-baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar snin ittieħdu diversi miżuri u inizjattivi u fejn jidħlu mezzi oħra ta’ trasport alternattiv inkluż varji proġetti u proġetti pilota li saru fl-aħħar xhur in konnessjoni mal-attivitiajiet tal-Ġimgħa Ewropea dwar il-Mobilità u l-kampanja Do The Right Mix. Dawn il-proġetti pilota għadhom fi stadju ta’ implimentazzjoni f’dawk il-lokallijiet li diversi Kunsilli Lokali applikaw għad-diversi skemi rispettivi, fosthom l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ Transport on Demand għall-anzjani.
Ninforma wkoll li Transport Malta qiegħda fi studju ta’ riċerka għall-possibilita tal-introduzzjoni ta’ Mass Transort System għal-gżejjer Maltin kif ukoll bi preparament għal proġetti varji li se jiġu sottomessi għall-finanzjament tal-Fondi Strutturali Ewropej 2014-2020. Dawn jinkludu:
Numru ta’ Proġetti Ġodda
1. Proġett Nazzjonali għall-introduzzjoni tal-kunċett ta’
Electric Bicycle Sharing.
2. Disa’ proġetti pilota li jagħmlu parti minn sottomissjoni għal Fondi Ewropej taħt il- programm CIVITAS fosthom li jinkludu ġarr ta’ merkanzijja organizzata fil-Belt Valletta b’użu ta’ vetturi elettriċi u proġett pilota li jagħmel użu minn
mini buses
li jiġu kkonvertiti biex jaħdmu bil-gass u ttestjar ta servizz ċirkulari urban.
3. Riċerka u studju għal progett li jtejjeb l-aċċess minn Marsamxett għaċ-Ċentru Storiku tal-Belt Valetta għal min juża s-servizz tat-trasport pubbliku tal-baħar minn tas-Sliema għall-Belt
4. Proġett sabiex titkompla l-installazzjoni tan-
Network
ta’
Charging Points
madwar il-pajjiż kollu għall-użu tal-Vetturi Elettriċi li jlaħħaq l-ammont indikat mid-direttiva Ewropea rispettiva, inkluż l-installazzjoni tal-aħħar
Rapid Charging Stations
li hawn fis-suq suq b’kapaċita’ li jiċċarġjaw l-aħħar vetturi elettriċi fis-suq f’anqas minn 30 minuta.
5. L-introduzzjoi ta’ diversi
Sustainable Intermodal Transport
Hubs
f’diversi żoni madwar il-portijiet rispettivi.
6. Tfassil tat-tieni fażi għall-installazzjoni ta’ aktar miżuri magħrufa bħala
Intelligent Transport Systems,
inkluż aktar b
oards
elettroniċi, xogħol fuq in-
network
ta’
CCTV cameras
fit-toroq kollha arterjali u distributorji kif ukoll f’siti u infrastruttura relatati mas-servizzi tat-trasport pubbliku kif ukoll miżuri oħra li jtejbu s-saħħa u s-sigurta fir-toroq kif ukoll miżuri addizzjonali għat-titjieb fl-immaniġġar tat-traffiku (it-tieni fażi).
7. Tfassil ta’ proġett pilota għall-introduzzjoni ta’ użu tal-gass idroġenu bħala
fuel
alternattiv għat-trasport, bi proġett pilota li jinkludu
hydrogen station
u vetturi li jaħdmu b’din it-teknoloġija.
Introduzzjoni ta’ Sevizzi Ġodda
Tfasslet ukoll policy interna u sejħa għall-offerti għall-introduzzjoni tal-kunċett ta’ car sharing madwar il-pajjiż kollu kif ukoll inċentivi għall-kumpaniji li jippromwovu il-kunċett ta’ car pooling.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għall-miżuri addizzjonali mħabbra fl-aħħar budget, inkluz id-diversi grants li se jingħataw kemm lill-individwi kif ukoll NGOs u kumpanniji privati għal min juza vetturi li jagħmlu użu minn forom nodfa ta’ trasport.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-vetturi li jistgħu jagħmlu użu mill-priority lane?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vetturi li jistgħu jużaw il-priority lane huma muturi, taxis, vetturi li jaħdmu bl-elettriku, vetturi LPG, roti, vetturi tat-trasport pubbliku u vetturi bi tlieta minn nies jew aktar ġo fihom.
Tallinja card — persuni li jużaw il-card frekwentament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li llum qegħdin jużaw il-tallinja card? Għandu informazzjoni jekk minn dawn, kemm hemm persuni li jużaw il-tallinja card aktar minn darba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku jirriċulta li hemm ‘il fuq minn 230,000 persuna li għandha tallinja card.
Infurmat ukoll li madwar 185,000 passiġġier għamlu użu minn tallinja card għal aktar minn darba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ilmenti li jidħlu kuljum fuq it-trasport pubbliku żdiedux jew naqsux sa minn meta daħal fis-seħħ is-servizz il-ġdid immexxi mill-kumpanija Spanjola?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta wieħed jikkumpara n-numru ta’ lmenti li daħlu għand Transport Malta fl-ewwel sena ta’ servizz ipprovdut mill-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku, jiġifieri fl-2015, ma’ l-aħħar sena li fih ipprovdiet is-servizz il-kumpanija Arriva, jiġifieri fl-2013, l-ilmenti li jirrigwardjaw ir-rotot u x-xufiera naqsu b’63%.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Management Plan dettaljat tal-proġett tal-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont il-kuntratt tal-proġett tal-Kappara Junction, dawn ix-xogħlijiet ser ikunu maqsumin f’għaxar fażijiet prinċipali. Bħalissa il-Construction Management Plan tal-proġett qiegħed jiġi evalwat mill-MEPA, u għaldaqstant Transport Malta għadha mhix f’pożizzjoni li tagħti iktar dettalji.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-detailed plan li telenka t-toroq kollha li se jingħalqu, se jitwessgħu, jew li se jinbidlilhom it-traffic flow kurrenti, fir-rigward tal-proġett tal-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-detailed plan għadha qed tiġi ffinalizzata u se tkun qed tiġi ppublikata, fil-ġimgħat li ġejjin, wara li din tkun ġiet diskussa u maqbula mal-istakeholders.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni li Transport Malta u/jew il-Ministeru għamel mal-Kunsilli Lokali fir-rigward tal-proġett tal-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nżammux minuti minn Transport Malta tad-diversi laqgħat li saru mal-Kunsilli Lokali f’dawn l-aħħar xhur fir-rigward tal-proġett tal-Kappara Junction.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol li nbeda fuq Triq Reggie Miller ġewwa l-Gżira għadu ma tlestiex u dan minkejja li dan ix-xogħol beda tmien ġimgħat ilu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet tul Triq Reggie Miller huma estensivi u kienu jinkludu xogħlijiet ta’ diversi entitajiet kif ukoll xogħlijiet tal-Kunsill. Ix-xogħlijiet dejjem kienu ippjanati li jitlesta sal-25 ta’ Marzu. F’dan l-istadju l-kuntrattur qiegħed jesegwixxi l-aħħar fażi ta’ xogħlijiet li jinkludu l-bini tat-triq u surfacing.
Kappara Junction – Transport Malta – project manager
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-Project Manager responsabbli mill-proġett tal-Kappara Junction għan-nom ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-każ ta’ dan il-proġett, Transport Malta ħarġet tender CT3238/2014, fejn fir-reponsabbilta’ tas-supervisor tal-proġett hemm inkluż ukoll il-management tal-proġett. Dan il-kuntratt qed jiġi ffinalizzatt min-naħa tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Kappara Junction – prekawzjonijiet u deċiżjonijiet għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet u deċiżjonijiet ħa sabiex jassigura li jkun hemm ko-ordinament proprju u effettiv bejn ix-xogħlijiet tal-Kappara Junction u x-xogħlijiet ta’ proġetti oħra ta’ kostruzzjoni li hemm għaddejjin bħalissa fil-lokalitajiet tal-Imsida, San Ġwann, is-Swieqi, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema u San Ġiljan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jaqgħu taħt il-Kunsilli Lokali u l-ħruġ ta’ tali permessi jinħarġu mill-istess Kunsilli. Minħabba x-xogħlijiet li ser isiru fil-junction tal-Kappara, Tranpsort Malta nfurmat lill-kunsilli lokali tal-Gżira, Msida, Ta’ Xbiex, Sliema, San Ġiljan, Swieqi u u San Ġwann sabiex jinfurmaw lill-istess Awtorita’ rigward xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-lokalita’ tagħhom sabiex id-Dipartiment tal-Immaniġġjar tat-Traffiku jkun f’pożizzjoni li jikkoordina ma’ tali kunsilli u jassisti bl-aħjar mod sabiex ikun hemm l-inqas impatt possibli fuq l-andament tat-traffiku.
Għal dan il-għan se ssir ukoll laqgħa għall-istakeholders kollha sabiex ikunu kontinwament nfurmati fuq ix-xogħlijiet relatati ma’ dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-binjiet/proprjetajiet/siti okkupati minn dipartimenti tal-gvern u/jew entitajiet pubbliċi li għandhom Energy Performance Certificate (EPC)? F’kull każ jista’ jgħid meta nħarġu dawn l-EPCs għall-ewwel darba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta ltaqa’ l-Valletta Rehabilitation Committee fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016, il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt u l-Furjana ltaqa’ f’dawn id-dati:
2013 – 27 ta’ Settembru, 17 ta’ Ottubru, 18 ta’ Novembru, 3 ta’ Diċembru
2014 – 15 ta’ Lulju, 22 ta’ Ottubru, 4 ta’ Diċembru, 12 ta’ Diċembru
2015 – 12 ta’ Mejju
2016 - NIL
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità tal-Belt Valletta, u għal kull xogħol jgħid:
a. fiex ser ikun jikkonsisti u fejn ser isir?
b. meta hu ppjanat li jsir?
c. kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ23906 5APR PAPERS LAID MTI.docPQ23906 5APR PAPERS LAID GHRC.doc
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità tal-Ħamrun, u għal kull xogħol jgħid:
a. fiex ser ikun jikkonsisti u fejn ser isir?
b. meta hu ppjanat li jsir?
Ċ. kemm hemm budget allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qiegħda taħdem fuq tenders għal dawn ix-xogħlijiet:
Lokalita’
Triq u dettalji tax-xogħol
Stima
Ħamrun
Xogħlijiet maġġuri fiċ-ċentru tal-lokalita’
€472,572.77
Furjana/ Ħamrun
Triq Nazzjonali -
safety fencing
€150,000.00
Ħamrun
Bypass (widening)
L-istima għadha qed tiġi maħduma
Il-perjodu tax-xogħol se jiddependi fuq il-proċess tat-tendering, fondi disponibli u prijoritajiet kurrenti.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23784, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi u f’liema data?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi ilu jaf għal xhur sħaħ dwar ix-xogħlijiet ippjanati għal Triq il-Pelikan. Rigward il-one way, il-kuntrattur żbalja meta għamel it-triq one way. Fil-fatt, Transport Malta mill-ewwel ħadet il-passi biex il-one way titneħħa. Triq il-Pelikan hija preżentament magħluqa minħabba l-istess xogħlijiet ta’ twessiegħ.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23785, jista’ l-Ministru jgħid għal liema żviluppi mhux previsti qed jirreferi u allura x’inhi t-target date ġdida għat-tlestija ta’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan għadu li x-xogħol fuq it-triq bejn San Ġwann u s-Swieqi jitlesta sa nofs April.