Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq ġodda fit-tarmac mill-Gvern Ċentrali (permezz tad-Dipartiment tat-Toroq) mill-1994 sal-lum fil-lokalita' ta' 1) Ħal Safi 2) Ħal Għaxaq

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq kienu dawn: SAFI GĦAXAQ Triq il-Ħajt Ruman Triq Ħannieqa Triq San Ġorġ Lay By Għaxaq (Dawret Għaxaq) N/S in Żurrieq Road Triq Salib Karwija Road P/O 1st January 1626 Triq Menqa Triq G Demicoli Triq Feniċi Qerd in-Naħal N/S in Qerd in-Naħal Bħalissa qed isir xogħol ukoll fi Triq in-Nassab u Triq S Cauchi, Ħal Safi.

Mellieħa — Triq il-Gargur

Question

Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq il-Gargur l-Mellieħa tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jħaffef il-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena tiġi asfaltata din it-triq fil-Mellieħa. Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirrferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30727 li titratta dwar l-istess suġġett.

Mellieħa — Triq Ħal Iċ-Ċawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq Ħal Iċ-Ċawl l-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it-triq li mhux asfaltata almenu jkollhom anqas żdingar? Għaliex il-Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent lir-residenti matul it-tlett snin li għaddew? Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30721.

Mellieħa — Triq Ħal Iċ-Ċawl

Question

Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq Ħal Iċ-Ċawl l-Mellieħa tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jħaffef il-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena tiġi asfaltata din it-triq fil-Mellieħa. Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30729 li titratta dwar l-istess suġġett.

Mellieħa — Triq in-Nases

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq in-Nases l-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it-triq li mhux asfaltata almenu jkollhom anqas żdingar? Għaliex il-Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent lir-residenti matul it-tlett snin li għaddew? Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30721.

Mellieħa — Triq in-Nases

Question

Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq in-Nases l-Mellieħa tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jħaffef il-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena tiġi asfaltata din it-triq fil-Mellieħa. Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30731 li titratta dwar l-istess suġġett.

Ta' Masrija u Triq il-Fortizza

Question

Jista' l-Ministru jara li t-toroq bla isem fl-inħawi ta' Masrija u Triq il-Fortizza jingħataw isem u jiġu asfaltati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser ninvestiga liema toroq fl-inħawi għadhom bla isem biex jittieħdu l-passi neċessarji.

Swatar — Triq Ġuże Ellul Mercer

Question

Jista' l-Ministru jgħid tista' tiżdied il-frekwenza li biha tgħaddi l-bus numru 169, fl-inħawi tas-Swatar, bħal Triq Ġuże Ellul Mercer?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant għall-attenzjoni tad-Direttorat dwar it-Trasport Pubbliku biex jara x'jista' jsir.

Swatar — Triq Ġuże Ellul Mercer

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jitneħħa l-bus stop li hemm preċiżament quddiem id-dar 115, Triq Ġuże Ellul Mercer, Swatar billi dan qed jkun ta' inkonvenjent kbir għar residenti ta' din id-dar, kif wkoll minħabba il-ħmieġ li qed jirriżultalhom fl-area tagħhom fuq barra tad-dar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li saret spezzjoni fuq il-post imsemmi, id-Direttorat dwar it-Trasport Pubbliku ma jħossx li hemm raġuni valida sabiex jiġi spostat il-bus stop għal post ieħor. Apparti dan, ir-rotta stess ma tippermettix li jsir.

Awtorita tat-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Awtorita' għat-Trasport mhux qed tħalli s-sidien ta' karozzi tal-linja jbiddlu l-ħġieġ u jagħmluh ftit tinted li hu aktar komdu anki għall-passiġieri minħabba x-xemx? Kif tispjega l-Awtorita' tat-Trasport li għad hemm wħud bil-ħġieġ tinted waqt li oħrajn ġew sfurżati jbiddluh?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ġagħlet lil dawk is-sidien li kellhom adhesive dark paper titneħħa minn mal-ħġieġ, waqt li dawk li tħallew bil-ħġieġ light tinted, kien għar-raġuni sempliċi li dan huwa l-istess ħġieġ maħruġ mill-fabbrika.

Wied il-Għajn — Triq il-Kavallieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kavallieri, M'Scala huex inkluża mal-lista ta' toroq li se jsiru issa f'Wied il-Għajn? Jekk iva, ħarġet it-tender u ġiet aġġudikata?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 25635.

Ħal Farruġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 24897 dwar il-bini tat-toroq biswit il-blokki ta' l-appartamenti 'l ġodda jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvatx il-pjan tal-proġett ta' embellishment li kellu jsir mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar tal-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mal-Kunsill Lokali, kif indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari msemmija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-permessi għall-embellishment ħarġu, biss għal dettalji dwarhom nitlob l-Onor. Interpellanta tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar

Question

B'riferenza għal dak li ntqal f'risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 30048, rigward x-xogħol li qiegħed isir ħdejn il-Gillieru, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestaw ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hemm il-ħsieb li jitlesta' mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet matul ix-xhur li ġejjin.

Wied il-Għajn — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31285?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq li ntalbu prijorita' mill-Kinsill Lokali ta' Wied il-Għajn huma kif ġej: Triq Għaxqet il-Għajn Triq il-Batterija taż-Żonqor Triq il-Munxar Triq il-Miklem Malti Triq il-Maħsel P/O Triq Qrempuċ Triq l-Imriekeb Triq l-Iskall Triq is-Sliem Triq l-Ikħal Triq ta' Gidwet Triq Żinżell u P/O Sant Antnin Triq is-Sibbien

Roads Department — Ilment

Question

Possibli li r-Roads Department jinvestiga ilment li wasal għandi minn residenti ta' Triq Lia, Żabbar li meta sentejn ilu sar xogħol ta' tarmac f'din it-triq intużaw katusi ta' 8" bħala rain water culvert bil-konsegwenza li illum diversi djar qed jispiċċaw flooded kif jagħmel ftit ilma għax dan il-culvert mhux qed ilaħħaq ma' l-ilma? Meta wieħed iqis kemm damu jistennew ir-residenti biex fl-aħħar sar dan il-culvert, possibli jittieħdu passi biex il-kuntrattur jirrimedja s-sitwazzjoni għax jiena infurmat li waqt li kienet issir din il-katusa tat 8" kienet inġibdet l-attenzjoni li din hi żgħira biex tlaħħaq ma' l-ammont ta' l-ilma tax-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jinvestiga l-ilment.

Żabbar — Triq Bieb is-Sultan

Question

Jista' l-Ministru jassigura lir-residenti kollha fi Triq Bieb is-Sultan, Żabbar li ix-xogħol li qed isir f'din it-triq mhux se joħloq jew iżid inkonvenjenti bħall-għargħar, u x'inhu jżomm l-espropjazzjoni ta' l-art in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f'negozjati mas-sidien ta' l-art li tinsab in-naħa l-oħra tad-djar sabiex din tkun tista' tinxtara u t-triq tinfetaħ l-wisa' kollha. Meta dan ix-xogħol isir m'għandux ikun hemm xi problema kif qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #31414 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Zebra Crossing / Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li jsir żebra crossing / traffic lights fil-crossroads li hemm f'Raħal Ġdid fejn l-ispiżerija ta' Portelli bejn t-toroq li jgħatu għal Ħal Tarxien, Santa Luċija, l-Pjazza ta' Raħal Ġdid u ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.

Frekwenzi

Question

B'referenza għat-tweġiba parlamentari nru. 31129, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawn il-konsulenti, minn liema organizazzjonijiet ġejjin, kif ġew appuntati mill-Gvern Malti għall-konsulenza dwar it-third generation, u kemm tħallsu tax-xogħol tagħhom? Jista' jgħid meta r-rapport se jkun kunsidrat mill-Gvern u ttieħed azzjoni dwaru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-konsulenti huma Arthur D. Little Limited, dawn ġew appuntati permess ta' kuntratt u l-ħlas s'issa kien ta' GBP57,500. Rigward l-aħħar mistoqsija jien infurmat li l-konsulenti għadhom jaħdmu fuq ir-rapport li mistenni li jiġi finaliżżat għall-aħħar ta' dan ix-xahar. Għaldaqstant il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jieħu azzjoni wara li jikkonsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali.

Telefonija Ċellulari — Third Generation

Question

B'referenza għal tweġiba parlamentari nru. 31125, jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari f'Malta għandhomx il-jedd li joffru servizzi tat-tip Third Generation? Jekk iva, dan huwa stipulat fil-liċenzja tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari mobbli għandhom liċenzja technology neutral biex joffru servizzi tat-telefonija mobbli. Biex dawn l-operaturi jkunu jistgħu joffru servizz tat-tip third generation, dawn jeħtieġu li jakkwistaw il-frekwenzi neċessarji għall-għoti ta' dan is-servizz mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili.

Ħal Millieri — Uċuħ tat-Toroq

Question

Jaf l-Ministru li t-toroq kollha f'Ħal Millieri HE (fil-lokal ta' Ħal Għaxaq), ilhom kważi 18-il sena ffurmati, u li s-servizzi essenzjali kollha ilhom li saru, imma li l-uċuh tat-toroq għadhom fi stat ħażin ħafna? Jista' jagħti idea bis-serjeta meta t-toroq kollha f'Tal Millieri se jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant kienu asfaltati, u għalhekk ir-responsabilta' tal-manutenzjoni tagħhom hija responsabilta' tal-Kunsill. Il-Kunsill Lokali ressaq talba biex dawn it-toroq jerġgħu jinbnew mill-ġdid u d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jikkonsidra din it-talba.