Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30044 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa/Dingli — Street Lighting

Question

Fid-dawl li huwa nnotat b'sodisfazzjon li saru xogħolijiet fil-parti mudlama ta' bejn Għajn Qajjed u d-daħla ta' l-Imtarfa sabiex tinxtel din il-parti tat-triq, jista' l-Ministru ġentilment japprova wkoll it-talba pendenti tiegħu sabiex ma jibqgħax mudlama l-By pass ta' l-Imtarfa, Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat u Dingli road? Jista' l-Ministru jara li fi Vjal il-Ħaddiem li hija triq residenzjali jitpoġġew fanali jew xi forma ta' dawl li jkun kompatibbli ma l-embellishment ta' l-street lighting f'din it-triq residenzjali u llum traffikuża ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talbiet biex jiddawwlu t-toroq imsemmija qed jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #30179 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wires Żejda

Question

Jista' l-Ministru jara li wires żejda tat-telephone u li qiegħdin ikerhu l-ambjent fi sqajjaq street, Tarxien jitneħħew immedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn stħarriġ li għamlet il-Maltacom jirriżulta li xi wires u cables tat-telefon li hemm fit-triq imsemmija jistgħu jitneħħew, waqt li oħrajn jistgħu jitpoġġew b'mod aktar organizzat. Peress li din it-triq hija twila, il-manutenzjoni meħtieġa ma tistax issir immedjatament. Madanakollu x-xogħol għandu jsir fil-futur mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #30184 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jitħallas kont tat-telefon bil-posta fl-envelope mibgħut mill-Maltacom, ma tintbgħatx irċevuta lill-abbonat? Xi jkollu x'juri l-abbonat li l-ħlas jkun sar minbarra ic-cheque li jkun bagħt iżda xejn uffiċjali mill-kumpanija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-forma tal-kont tat-telefon, li ilu jintbagħat lill-abbonati sa mill-1999, juri jekk il-kont ikunx tħallas sad-data li fiha kellu jsir il-ħlas. Minnu nnifsu din hija riċevuta. Minn meta ġiet introdotta din is-sistema sa llum, ftit li xejn kien hemm ilmenti mill-abbonati dwar dan u meta kien hemm bżonn xi kjarifika, din kienet għax l-abbonat ma ħallasx fiż-żmien stipulat, liema ħlas, imbagħad, intwera fil-kont ta' wara.
Leg 9 PQ #30197 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq San Mark

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fit-tarf ta' Triq l-Irlandiżi kantuniera ma' Triq San Mark, Bormla li ilha maqtugħa ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #30205 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex għadhom jintbagħtu kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' kamra li ilha li waqgħet 6 snin u l-partikularijiet dwarha jinsabu annessi separatament ma din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Maltacom — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-Maltacom minn Settembru 1998 sa Settembru 2001 li ġew mogħtija promozzjonijiet? F'liema skala u grad kienu u f'liema skala u grad telgħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30070 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma — Persentaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-persentaġġ ta' unaccounted for water matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? Kemm minn dan l-ilma hu ikkawżat minħabba leakages, under-metering u serq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30106 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ċaqliq kien hemm dan l-aħħar fil-prezzijiet ta' l-ajru ta' l-Air Malta? X'inhi r-raġuni li f'ċerti rotot l-prezzijiet ta' linji oħra ta' l-ajru huma irħas minn ta' l-Air Malta? Kif tista' tibqa kompetittiva l-Air Malta jekk f'ċerti rotot għandha prezzijiet ogħla?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess tal-kumpanija li tixxandar.
Leg 9 PQ #29968 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Special Safeguard Provision for Agriculture Products

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29635 u cioe jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-539 special safeguard provision for agriculture products li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tiproċedi l-Biedja tal-popli tal-pajjiżi membri? Ma jħossx li fid-dawl ta' dan, ma jagħmilx sens li pajjiżna jneħħi l-ftit protezzjoni li għandu sabiex jiproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gzejjer tagħna?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ewwel parti tal-mistoqsija tirreferi għal aspetti tekniċi li jappartjenu speċifikament għal qasam ta' l-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea u li tagħrif dwarhom huwa aċċessibbli permezz tal-web-site uffiċċjali ta' l-istess Unjoni Ewropea. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq nirreferi lil Onorevoli Interpellant għad-diversi dikjarazzjonijiet li għamel il-Gvern fejn diġa spjega kif is-sistema attwali ta' levies fuq prodotti agrikoli ser tiġi liberalizzata fuq medda ta' snin filwaqt li ser tiġi introdotta minflokha sistema ta' għajnuna finanzjarja speċifikament għas-settur tal-biedja. Dan sabiex tikber il-produttivita' u l-effiċjenza f'dan l-istess settur. Dan tħabbar ukoll fid-diskors tal-budget filwaqt li ingħata bidu għal sensiela ta' laqgħat mal-partijiet konċernati sabiex is-sistema proposta tiġi żviluppata fid-dettal meħtieġ. Il-ħtieġa għal dan it-tip ta' tibdil, jiġifieri it-transizzjoni minn sistema statika ta' protezzjoni ibbażata fuq levies projbittivi għal waħda dinamika iffukata fuq għajnuna għar-ristrutturazzjoni, toħroġ ukoll mid-deliberazzjonijiet l-aktar riċenti tal-World Trade Organisation. Id-dikjarazzjoni maqbula mill-pajjiżi kollha membri ta' din l-Organizzazzjoni, maħruġa fl-aħħar tal-konferenza li saret dan l-aħħar fil-Qatar, tistabbilixxi b'mod l-aktar ċar li anke s-settur ta' l-agrikoltura irid jiġi liberalizzat. Minn dan l-aspett, hija għal kollox insostenibbli il-pożizzjoni li s-sistema preżenti ta' levies għolja fuq bosta prodotti agrikoli tista' tibqa titħaddem anke fil-futur.
Leg 9 PQ #29969 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Tariff Quotas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-domanda parlamentari nru. 29637 u cioe jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-87 Tariff Quotas li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tipproteġġi prodotti partikulari li jipproduċu l-bdiewa u raħħala tal-pajjiżi membri? Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl ta' dawn is-sistemi ma jagħmilx sens li l-Gvern Malti jċedi l-protezzjoni żgħira li għandu sabiex jipproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gżejjer tagħna u dan meta l-biedja hija l-garanzija tal-provista ta' l-ikel frisk tal-poplu tagħna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija ta' qabel.
Leg 9 PQ #29970 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trade Meeting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29634 u cioe jista' l-Ministru jgħid min kien ir-rappreżentant ta' pajjiżna fil-Qatar WTO Trade meeting li sar f'Novembru ta' din is-sena? X'Kienu t-talbiet li għamel il-gvern Malti lill-WTO sabiex jiproteġġi l-interessi tal-poplu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-delegazzjoni Maltija għall-konferenza ministerjali riċenti tal-World Trade Organisation li nżammet fil-Qatar kienet immexxija minni bħala Ministru responsabbli mill-kummerċ u kienet tinkludi lis-Sur Paul Zahra bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonimiċi, lis-Sur Pierre Clive Agius bħala uffiċjal mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fil-missjoni permanenti ta' Malta f'Ginevra u lis-Sur Ray Cachia Zammit bħala Assistent Personali tiegħi. Il-pożizzjoni adottata minn Malta f'din il-konferenza kienet waħda li tisħaq fuq l-importanza ewlenija tal-kummerċ internazzjonali għall-iżvilupp ta' pajjiżna u għalhekk tirrikonoxxi l-validita' ta' provvedimenti li jwasslu għal aktar liberalizazzjoni fil-kummerċ internazzjonali. Dan iżda, filwaqt li Malta tagħraf ukoll il-ħtieġa li fil-qasam agrikolu tingħata kunsiderazzjoni partikulari u xierqa għall-importanza li dan il-qasam għandu f'kuntest iktar wiesgħa minn dak purament ekonomiku. L-andament tas-settur agrikolu għandu mportanza kbira għal dak li għandu x'jaqsam mal-bżonnijiet speċifiċi tal-komunitajiet rurali u għal ħarsien ta' l-ambjent f'dawn l-istess żoni. Għal dawn ir-raġunijiet jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikulari lis-settur agrikolu, inkluż il-kunsiderazzjoni ta' forom ta' assistenza fejn dan huwa meħtieġ. Effettivament, id-dikjarazzjoni finali maqbula bejn il-pajjiżi kollha membri tal-World Trade Organisation, irrikonoxxiet il-validita' ta' dawn id-dikjarazzjonijiet. Taħt l-isem ta' "non-trade concerns", qed jiġi stabbilit li tista' tiġi kkunsidrata għajnuna lis-settur agrikolu, kemm għal raġunijiet soċjali u kulturali, kif ukoll dawk ambjentali. Din il-pożizzjoni ser tifforma parti integrali min-negozjati multilaterali li mistennija jinfetħu fil-futur qrib mill-World Trade Organisation bil-għan li jitfassal pjan dettaljat għal-liberalizazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fil-qasam tal-prodotti agrikoli.
Leg 9 PQ #30010 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-Maltapost li kienu jaħdmu fil-fergħa ta' Raħal Ġdid u ġew transferiti għall-posta ta' Bormla humiex ser jibqgħu hemm għal dejjem jew għal żmien temporanju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kull ċaqlieq ta' ħaddiema tal-Maltapost isir skond l-esiġenzi tas-servizz u kemm jista' jkun b'mod li jinħoloq l-inqas inkonvenjent għall-ħaddiema.
Leg 9 PQ #30011 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġiljan — Parking Management

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kundiżżjonijiet tat-tender għall-management tal-parking f'Pender Place San Ġiljan? Jikkonferma l-Ministru li l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma nbidlet wara li dan ingħata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30019 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Wires perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jara li l-wires perikolużi quddiem ir-residenza 68 St. Mary Simons Avenue Tarxien jinbidlu minħabba li mhux l-ewwel darba li li ħareġ in-nar?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #30059 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Trade Centre

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tad-dokument dwar International Trade Centre li qiegħed jiġi promoted fil-media Internazzjonali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-dokument li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30085 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Evalwazzjoni tal-Prezz ta' l-Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saret evalwazzjoni tal-prezz tal-art ta' Pender Place u Mercury House bejn l-1996 u l-1999? Jista' jgħid min għamel dik l-evalwazzjoni? Kemm tħallset il-persuna nkarigata? Kif ġiet assenjata dak ix-xogħol? Jista' jgħid wkoll min kien tqabbad biex jagħmel l-environment impact assessment tal-proġett propost f'dan is-sit mill-amministrazzjoni ta' bejn l-1996 u l-1998? Dak l-EIA kien tlesta? Kemm tħallas l-konsulent li ġie mqabbad jagħmel dak l-EIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30093 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru perezz ta' l-Enemalta ġentilment jgħid kemm ilha pendenti t-talba li jsir street lighting fi Triq is-Suq fiż-Żejtun? Meta hemm il-ħsieb li dan l-istreet lighting isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba biex ikun hemm dawl adekwat fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Naturalment, dwar data wieħed irid jikkunsidra l-fatt li l-Korporazzjoni Enemalta għandħa diversi talbiet simili pendenti.
Leg 9 PQ #30104 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Għalkemm is-servizz ta' l-Air Malta hu wieħed tajjeb ħafna, jiriżżultalu l-management ta' l-Air Malta li hemm bżonn ta' spinta akbar fejn tidħol l-indafa ta' l-ajruplani? Jirriżulta li f'ċerti titjiriet l-indafa ta' l-ajruplan ma tkunx dik mistennija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30105 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il passiġġier tar bl-Air Malta tul is-snin 2000 u 2001 kull sena? Kemm il-passiġier tar bl-Air Malta fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru ta' l-1999, 2000 u 2001? Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kull xahar imsemmi kull sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Diċembru 2000 in-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta minn u lejn Malta kien ta' 1,656,769. Għall-istess perjodu, pero' Novembru u Diċembru fuq stima, għal din is-sena, in-numru huwa ta' 1,690,332. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kif ġej: XAHAR 1999 2000 2001 Settembru 202,508 179,718 194,631 Ottubru 180,207 152,422 148,722 Novembru 112,577 97,042 94,000 (stima)