Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paul — applikazzjoni ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjatha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li din ilha tbati bil-Parkinsons Disease għal dawn l-aħħar seba' snin u qiegħda tistenna li tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule u bħalissa tinsab rikoverata l-Isptar Karen Grech?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu, qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema dwar sussidju fuq il-kera mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu huwa magħluq u l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu.

Mount Carmel — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xi diskrepanzi fil-grad fuq il-post tax-xogħol tiegħu f'Mount Carmel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa.

Awtorità tad-Djar — talbiet pendenti għall-allokazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-allokazzjonijiet mill-Awtorità tad-Djar u jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, għandha 3,116-il talba pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Households li jgħixu fi proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14708 u ċjoè jgħid kemm hemm households li jgħixu fi proprjetà tal-Awtorita tad-Djar jew tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar illum għandha 3,587 household jgħixu fi propjetajiet tagħha madwar Malta u Għawdex.

Trattament ta’ methadone

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna (individwali) għamlet użu mit-trattament tal-methadone fis-sena 2015 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-etajiet (fi brackets ta’ 10 snin)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, in-numru ta’ persuni li għamlu użu mit-trattament tal-methadone, fl-2015 huwa kif ġej: 19-il sena jew iżgħar - 2 persuni 20-29 sena: - 194 persuna 30-39 sena: - 455 persuna 40-49 sena: - 248 persuna 50-59 sena: - 62 persuna 60 sena jew iktar: - 12 –il persuna Total: - 973 persuna

Is-Sedqa – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li għamlet is-Sedqa fl-2015 in konnessjoni mal-problema tal-abbuż tad-droga?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul l-2015, l-Aġenzija Sedqa, l-Aġenzija Nazzjonali kontra l-Abbuż tad-Droga, l-Alkoħol u l-Logħob tal-Azzard, wettqet diversi ħidmiet permezz tas-servizzi tagħha fil-qasam tad-droga, inkluż fosthom: - Id- Drugs Community Team , li ħadem ma’ 322 –il każ ġdid u offra l-appoġġ lil numru ta’ persuni l-qorti waqt xi każijiet li kellhom f’awli differenti, fejn saru xejn inqas minn 286 –il intervent differenti. Is-servizzi pprovduti minn dan it-tim jinkludu servizz ta’ social work , counselling u akkumpanjament ta’ klijenti biex jaċċessaw servizzi oħra. - Iċ- Ċentru Detox li kellu madwar 1,100 persuna li attendew għal xi servizz li joffri, fosthom 110 persuni li bdew jattendu għas-servizzi tiegħu matul din is-sena jew li rritornaw għas-servizz wara perjodu ta’ żmien . Is-servizzi mogħtija mid-Detox kienu jinkludi għoti tal-methadone, servizz ta’ spiżerija, u assistenza medika Dawn il-persuni ġew ukoll pprovduti b’servizz ta’ social work f’każijiet ta’ kriżi. - 208 persuna li ġ ew mogħtija servizz min Dar l-Impenn fuq bażi ta’ in-patients . Dan is-servizz kien jinkudi proċess ta’ ditossifikazzjoni u żmien ta’ stabilizazzjoni fuq il-methadone. - 41 persuna li ġew pprovduti servizz mill-Assessment and Stabilisation Unit . Dan hu servizz residenzjali li hu intiż għal dawk li jkollhom bżonn perjodu ta’ rkupru wara xi intervent mediku akut relatat mal-vizzju tad-droga jew ikollhom bżonn li jsirilhom pjan multidixxiplinarju ta’ kura fit-tul. - Il- Kommunita’ Santa Marija li laqgħet 32 –il resident għal programm terapewtiku residenzjali . Matul dan il-programm ġew offruti diversi servizzi mediċi, psikoterapewtiċi, ta’ social work u appoġġ għall-għejxien tagħhom. - U wkoll diversi ħidmiet fejn tidħol il- prevenzjoni, f’istituzzjonijiiet edukattivi, fil-kommunità u fuq il-post tax-xogħol, li jammontaw għal 1,393 –il intervent. Diversi ħaddiema tal-aġenzija wkoll ipparteċipaw fuq programmi televiżivi, biex jinfurmaw lill-pubbliku fuq l-abbuż tas-sustanzi u l-logħob tal-azzard.

Skema tal-First-Time Buyers – koppji li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-koppji li bbenefikaw mill-miżura tal-eżenzjoni mill-boll għall-first-time buyers fl-2014 u fl-2015 u kemm kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru tal-Finanzi.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — użu tat-tieni karozza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21940 u jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi : · It-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, kienet trasferita minn Dipartiment ieħor li kien jappartjeni għall-Ministeru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali ta’ dak iż-żmien. · Din il-karozza kienet ta’ tip Peugeot 407, Diesel. · Il-karozza imsemmija kienet inxtrat fis-sena 2006, kif diġà ingħad minn Ministeru ieħor, u huwa għalhekk li l-Ministeru tiegħi m’għandux informazzjoni fuq kemm ġiet tiswa din il-karozza. · L-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu, jammontaw għal € 990.09. · Fil-perijodu imsemmi ma ġewx mikrija karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza. · L-ispi¿a fuq fuel għat-tieni karozza li kien juża l-Ministru kienet tammonta g]al € 673.02 u ngħataw 694 litru ta’ fuel. · Mir-rekords tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Ministeru tiegħi għal perijodu li l-Onor. Clyde Puli għamel bħala Segretarju Parlamentari, il-Ministeru tiegħi ma għandux informazzjoni fuq ħlasijiet li saru lilu bħala car cash fringe benefit minħabba li kien jitħallas mill-Minsiteru tal-Edukazzjoni. Minn naħa l-oħra bejn Jannar 2012 u Marzu 2013, l-Onor. Chris Said, bħala car cash fringe benefit , kien jitħallas l-ammont ta’ €538.46 ma’ kull paga għall-perijodu li għamel Ministru f’dan id-dekasteru.

Bonus supplimentari – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma rċevietx il-Bonus Supplimentari meta għalqet il-75 sena f’Novembru li għadda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separtament irċievet il-benefiċċju msemmi minnu. Il-persuna imsemmija għandha tirċievi ittra mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, fejn ser ikun spjegat lilha, il-mekkaniżmu tal-benefiċċju li rċeviet.

Residenza San Vinċenz de Paul — kċina

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma meta mistennija tibda topera l-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-tender tal-kċina qiegħed fil-proċess biex jiġi evalwat.

Flat – applikazzjoni biex jiġi rranġat il-madum u l-intercom — każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni biex isirilha intercom u jiġi rranġat il-madum tal-flat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-sinjura li għaliha qegħda ssir referenza m’għandha l-ebda applikazzjoni pendenti fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar għal xi xogħol fir-residenza tagħha.

Awtorità tad-Djar – postijiet allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mill-Awtorità tad-Djar fis-snin 2014 u 2015 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena u maqsuma skont il-lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 182 post fl-2014 u 98 post fl-2015, maqsuma skont il-lokalita’ kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Day Care Centres għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn Day Care Centres għall-anzjani sa Marzu 2013 u kemm inbnew ġodda minn dak iż-żmien s’issa? Kemm hu proġettat li jinbnew iktar f’dawn it-tliet snin li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sa Marzu 2013 kien hawn 21 Day Centre fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt: San Pawl il-Baħar, Naxxar, Bormla, Qormi, Ħamrun, Luqa, Birkirkara, Dingli, Sliema, Santa Venera, Mosta, Żurrieq, Msida, Ħal Safi, Siġġiewi, Żejtun, Mellieħa, Mġarr, Mtarfa, Birżebbuġia, Ħal Kirkop. Minn Marzu 2013 sallum, infetħu 5 Day Centers ġodda, fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt: · Ix-Xewkija – liema Ċentru fetaħ f’Jannar 2016 · Is-Swieqi – liema Ċentru fetaħ f'Jannar 2016 · Santa Luċija – liema Ċentru fetaħ f’Settembru 2015 · Il-Gżira – liema Ċentru fetaħ f’Ottubru 2014 · Taċ-Ċawla, Għawdex, Ċentru Ragħaj it-Tajjeb – liema Ċentru fetaħ f’ Ottubru 2014. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, qed issir evalwazzjoni, dwar il-possibilita’ ta’ ftuħ ta’ Active Ageing Hubs ġodda.

Home Help

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ individwi f’Malta u Għawdex li twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help minħabba nuqqas ta’ ħaddiema bejn l-20 t’April 2015 u l-20 ta’ Jannar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Lift ma jaħdimx – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mas-sinjuri li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward lift tal-komun li mhuwiex jaħdem ġewwa binja mikrija mill-gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għal dħul f’home – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18240, jista' l-Ministru jagħti d-dettal ta' fejn wasal il-każ u meta tista' tidħol din il-persuna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-Awtorità tad-Djar ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward benefiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi huwa magħluq u l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet infurmata bl-eżitu.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-Awtorità tad-Djar dwar persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fuq tromba u saqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet infurmata bl-eżitu.

Il-Belt – twaqqif tas-servizz ta’ home help

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22214 u jgħid għal liema raġuni, bejn Novembru 2015 u Jannar 2016, numru ta’ anzjani mill-Belt Valletta twaqqfilhom is-servizz tal-home help b’mod temporanju jew permanenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.