Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentru l-Ġdid tal-Onkoloġija – variation fuq il-kuntratti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm variation fuq il-kuntratti prinċipali tax-xogħol li qed isir fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant illi l- informazzjoni ghadha qed tingabar

Sptar Ġenerali t’Għawdex – testijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm Maltin intalbu jmorru Għawdex biex jagħmlu testijiet mediċi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Kemm minnhom aċċettaw u marru jagħmlu dawn it-testijiet Għawdex? Liema kienu dawn it-testijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li mill-2013 kien hemm 2,044 pazjent Malti li mar ghal testijiet Ghawdex.. It-testijiet jikkonsistu f’CT Scans, Virtual Colonoscopy, Cardiac CT Angiograms/CT Calcium Scoring, Bone density, Colon Cancer Screening u Endoscopy,

Overtime ta’ tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li fl-aħħar ta’ Mejju 2015 ittieħdet id-deċiżjoni li jitneħħa l-overtime tat-tobba? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan u x’effett jista’ jkollha din id-deċiżjoni fuq il-ħidma tat-tobba u l-patient safety?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li mhux korrett illi ttiehdet decizjoni li jitnehha l- ‘overtime’ tat-tobba.

Fiżjoterapisti – job description

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa toħroġ b’mod uffiċjali l-job description tal-fiżjoterapisti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-job description tal-fiżjoterapisti tista’ tingabar mid-dipartiment tar-Rizorsi Umani.

Fiżjoterapisti – progress fi skali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-fiżjoterapisti kinux imwiegħda li jitilgħu skala 8 u skala 9 (skont għandhomx Masters u/jew esperjenza) b’mod retroattiv b’effett minn Frar 2013? Jista’ jgħid fiex waslet din il-wegħda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li dawk il-ħaddiema li jkunu lestew Masters Degree u sentejn (2) ta' servizz sodisfaċenti fil- grad 9 jipprogressaw awtomatikament ghal Skala 8 wara n-notifika lill HR.

Fiżjoterapisti – competency framework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinħareġ il-competency framework tal-fiżjoterapisti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li skond l-Allied Health Agreement, dan se jkun implimentat sal-aħħar tal 2015.
Leg 12 PQ #16755 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Triq tal-Baħrija — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol li qed isir fuq it-triq tal-Baħrija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-toroq Sajf ta’ San Martin u tan-Niqra huma maħsuba li jitlestew fix-xhur li ġejjin.
Leg 12 PQ #16772 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex – main tal-ilma mill-Qala sa Ta’ Sannat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16441, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tat-toroq fil-Qala, Għajnsielem, ix-Xewkija u tas-Sannat li minnhom se jgħaddi l-main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta’ Ċenċ fis-Sannat u dan peress li naqas li jagħtihom, għalkemm mitlub kemm fil-mistoqsija indikata, kif ukoll f’mistoqsija parlamentari 16260? Jista’ jgħid x’testijiet saru fuq is-sottoswol ta’ dawn it-toroq qabel isir r-resurfacing tagħhom u dan peress li f’parti żgħira fejn sar ir-resurfacing ftit tal-ġimgħat ilu, diġà jidher li hemm problemi? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn ir-rapporti li saru? Jista’ jgħid x’għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq dawk il-partijiet li saru bit-tarmak u diġà nqalgħu jew inkella hemm sinjali ta’ ċediment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex jiġi stabbilit eżatt kemm hemm bżonn ta’ “build-up” kellhom isiru l-plate bearing tests matul it-triq kollha biex ikun assigurat il x-xogħol isir skont l-arti u s-sengħa. Intant il-lista ta’ toroq u lokalitajiet li ġie mgħoddi dan il-main hi: Qala Triq Ħondoq ir-Rummien, Triq il-Kunċizzjoni; Triq il-Forn; Triq ir-Rebħa; u Triq l-Isqof Buttiġieg Qala u Għajnsielem Triq l-Imġarr Għajnsielem Triq Borġ Għarib Xewkija Triq il-Madonna tal-Ħniena; Triq San Bert; Pjazza San Ġwann Battista; Triq SanŻakkarija; Triq Torri Tingi; Triq Sant’Elija Triq Kavallier Haber; Triq Tal-Kanal; u Triq Sant’Andrija Xewkija u Sannat Parti minn Triq Gruwa Sannat Triq Gruwa; Triq Dun Luqa; u Triq Ta’ Ċenċ

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16289 u 15509 u jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2014 ġew impjegati 149 (mija, disgħa u erbgħin) persuna.
Leg 12 PQ #16871 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ilma trattat — ħieles mill-melħ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-ilma trattat ma jkollux melħ miegħu peress li jekk ikollu l-melħ, dan jinżel fil-ħamrija u l-ħamrija mielħa titlef nofs il-produzzjoni tal-prodott li tagħti? Barra minn hekk, il-Ministru ħa inkonsiderazzjoni li jekk l-ilma trattat ma jkunx 100% ħieles mill-melħ, il-melħ ser jipperkola mill-ħamrija u għalhekk jikkontamina l-perched aquifer?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilma trattat (new water) se jkollu valuri ta’ mluħa f’livelli baxxi komparabbli mal-aħjar kwalità tal-ilma tal-perched aquifer u għalhekk mhux se jikkawża kontaminazzjoni għal perched aquifer.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm-il tip ta' mediċina qed titqassam mis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek; (b) jekk matul dawn l-aħħar sitt xhur kienx hemm mediċini li ma tqassmux għax kienu out of stock; (c) kemm-il spiżerija tipparteċipa f'din l-iskema; u (d) kemm tiswa din l-iskema lill-Gvern kemm bħala xiri ta' mediċini kif ukoll tariffi li jitħallsu l-ispiżjara biex ikunu parti mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-Ispizerija tal-Ghazla Tieghek tqassam 821 tip ta’medicina differenti. Bhalissa hemm 215-l-ispizerija privata tippartecipa fl-iskema.

Testijiet tal-HbA1c

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il test tal-HbA1c issir fis-sena? Kemm jiġi jiswa kull test?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li fis-sena 2012 saru 54,867, fl-2013 saru 66,193 u fis-sena li ghaddiet kien hemm 76,971 test tal- HbA1c Kull test jiswa 12 euro.
Leg 12 PQ #16970 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Irranġar ta’ mains tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darbal-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġew imsejħa biex isewwu ħsarat li seħħu fil-mains tal-ilma, matul din is-sena, fil-lokalitajiet tat-12-il distrett (il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar)? Meta saru dawn is-sejħiet u fejn kienu l-ħsarat li ġew irrappurtati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li għaddietli l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, din is-sena daħlu 282 rapport ta’ ħsarat fil-lokalitajiet tat-12-il distrett.
Leg 12 PQ #16971 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar – ilma unaccounted for

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-volum ta’ ilma li qed jitqies bħala unaccounted for fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar, matul l-aħħar sitt xhur, xahar xahar, lokalità b’lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Rappreżentanti ta’ kumpanija — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fi kwalunkwe perjodu bejn it-8 ta’ Ġunju 2015 sat-12 ta’ Ġunju 2015? Jekk iva, jista’ jgħid min kienu? Jista’ jgħid jekk iltaqax magħhom hu personalment? Jista’ jgħid jekk iltaqgħux magħhom nies mis-Segretarjat tiegħu jew inkella minn xi dipartiment, entità jew awtorità li taqa’ fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min huma? Jista’ jgħid x’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rappreżentanti tal-konsorzju Electrogas ikunu Malta regolarment bħala parti mill-proġett tal-Electrogas.

Kont tad-Dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward żball fil-kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdu l-miżuri kollha neċessarji.

Sptar Boffa – Linear Accelerator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jieqaf jintuża l-linear accelerator fl-Isptar Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li huwa pjanat li l-linear accelerator ġewwa l-Isptar Boffa se jibqa jaħdem sa wara li ssir il-migrazzjoni. Sa dan it-tant, l-linear accelerators il-ġodda fl-Isptar Sir Anthony Mamo se jkunu bdew jintużaw.

Sptar Boffa – Linear Accelerator – overlap of treatment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żmien allokat biex isir overlap of treatment għal dawk il-pazjenti li bdew it-trattament fl-Isptar Boffa u mhux se jkunu jistgħu jibdew jużaw il-linear accelerators il-ġodda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Linear Accelerators tal-Isptar Sir Anthony Mamo u dik tal- Isptar Boffa se jkunu qed jintużaw in parallel għal numru ta’ ġimgħat.

Ċentru l-Ġdid tal-Onkoloġija – testijiet meħtieġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux it-testijiet meħtieġa fuq il-ħitan ta’ fejn se jingħataw ir-raġġi fiċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija? Jekk iva, min għamilhom u meta saru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li saru it-testijiet ta’ żewġ żoni li se jakkommodaw il-“Linear Accelerators”.

Ċentru l-Ġdid tal-Onkoloġija – ħlasijiet bl-arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus bl-arretrati x’jitħallsu għal xogħol li sar s’issa fiċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li x-xogħlijiet jitħallsu hekk kif ikunu ċċertifikati lesti.