Jista’ l-Ministru jgħid f’liema settur ta’xogħol huma reġistrati li qegħdin jaħdmu EU Nationals, skont il-figuri tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u dan sal-aħħar ta’ Ottubru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ dwar in-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi), li kienu qegħdin jaħdmu f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Mejju 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati), maqsuma skont is-settur ta’ xogħol. It-tabella tinkludi wkoll TCNs Dependants on EU Nationals u EEA/EFTA Nationals.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema settur ta’xogħol huma reġistrati li qegħdin jaħdmu Non-EU Nationals skont il-figuri tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u dan sal-aħħar ta’ Ottubru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ dwar in-numru ta' Non-EU Nationals li kienu qegħdin jaħdmu f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Mejju 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati), maqsuma skont is-settur ta’ xogħol.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16835 u 19381, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema Flemish Public Employment Service (VDAB) hijiex qed taħdem jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sistema mixtrija mill-Flemish Public Employment Service (VDAB) qegħda fil-fażi avvanzata ta’ testing (hekk imsejjaħ User Acceptance Testing) sabiex naċċertaw li l-funzjonijiet kollha tagħha qegħdin jaħdmu sew qabel ma tiġi varata għall-pubbliku inġenerali kif ukoll għall-imprendituri.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Boroż ta’ Studju – Malta Government Scholarship Scheme
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar f’liema oqsma ingħataw boroż ta’ studju għallMalta Government Scholarship Post Graduate Scheme matul il-perjodu Marzu 2013 sa Settembru 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-boroż ta’ studju li ngħataw taħt il-Malta Government Scholarships Scheme – Post Graduate matul il-perjodu Marzu 2013 sa Settembru 2014 kienu f’dawn id-disa’ oqsma:
§ Aerospace
§ Education
§ Environment
§ Crops and Food Biotechnology
§ Health Biotechnology
§ Financial Services ICT
§ Digital Games Production
§ High Value Added Manufacturing
§ Tourism
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ħlas f’reklamar mill-Ministeru tiegħi inkluż id-direttorati/dipartimenti u l-entitajiet illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ħlief għal entità waħda, bejn April u Novembru 2015 kien ta’ €264,029.22. Minn dan l-ammont, €63,396.53 tħallsu minn fondi Ewropej filwaqt li €200,632.69 minn fondi lokali. Hemm ukoll ammont allokat għal ħlas ta’ reklami ta’ €100,197.18 li minnhom €36,538.60 se jitħallsu minn fondi Ewropej u €63,658.58 minn fondi lokali.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għad jonqos tingħata informazzjoni minn entità waħda. Dan it-tagħrif ikun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 6209 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 339, it-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2015)
National Commission for Further and Higher Education — approvazzjoni għall-American University of Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-National Commission for Further and Higher Education tatx l-approvazzjoni tagħha biex l-American University of Malta (AUM) tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tibda topera? Fiex wasal il-proċess tal-akkreditazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla għadha għaddejja bil-proċess tal-akkreditazzjoni tal-American University of Malta. Minħabba f’hekk, għadha ma ingħatat l-ebda liċenzja lill-entità msemmija sabiex tibda topera.
Università ta’ Malta – Sala Sir Temi Zammit — rinnovazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba huwiex possibli li fis-sena li ġejja, is-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta tiġi rinnovata u jiġi stallat apparat modern tal-arja kundizzjonata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – reklamar dwar il-Budget 2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radju, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals kif ukoll dawk bħala google adverts, sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru, in konnessjoni ma’ materja li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f''seduta oħra.
ETC – Persuni EU Nationals – reġistrar għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Ottubru 2015, wara spezzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) kemm sabet persuni EU Nationals jaħdmu, mingħajr ma kienu rreġistraw għax-xogħol magħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-ispezzjonijiet li għamlet minn Jannar sa Ottubru 2015, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ sabet 745 ċittadini ta‘ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea (Maltin mhumiex inklużi) li ma kenux reġistrati magħha.
Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Ottubru 2015, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala EU Nationals u li jaħdmu regoralment f’pajjiżna?Jista’ jindika, dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi), TCNs Dependants on EU Nationals* u EEA/EFTA Nationals** li kienu qed jaħdmu f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Mejju 2015 (l-aħħar ippubblikat) kien ta’ 18,187 persuna. Minnhom kien hemm 14,357 persuna li kienu impjegati fuq bażi full-time u 3,830 persuna li kienu impjegati fuq bażi part-time. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma:
Afganistan*
Albanija*
Alġerija*
Arġentina*
Awstralja*
Awstrija
Repubblika tal-Azerbajġan*
Barbados*
Belorussja*
Belġju
Bosnija u Herzegovina*
Brażil*
Bulgarija
Kanada*
Ċili*
Ċina*
Kolumbja*
Kosta Rika*
Kroazja
Ċipru
Repubblika Ċeka
Danimarka
Eġittu*
Estonja
Finlandja
Franza
Ġeorġja*
Ġermanja
Greċja
Guinea*
Ungerija
Iżlanda**
Indja*
Iran*
Irlanda
Iżrael*
Italja
Ġappun*
Kazakstan*
Latvija
Libja*
Litwanja
Lussemburgu
Maċedonja (F.Y.R.)*
Messiku*
Moldavja*
Nepal*
Olanda
Niġerja*
Norveġja**
Panama*
Filippini*
Polonja
Portugal
Rumanija
Federazzjoni Russa*
Serbja & Montenegro*
Serbja*
Slovakkja
Slovenja
Afrika t’Isfel*
Spanja
Sri Lanka*
Svezja
Svizzera**
Sirja*
Sirian Arab Rep*
Tanzanija*
Tajlandja*
Trinidad u Tobago *
Tuneżija*
Turkija*
Uganda*
Ukrajna*
Renju Unit
Stati Uniti tal-Amerka*
Uzbekistan*
*It-TCNs Dependants on EU Nationals huma dawk il-persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropeja imma minħabba li huma miżżewġa lil ċittadini tal-Unjoni Ewropeja jgawdu mill-istess drittijiet.
** In-Norveġja, l-Iżlanda u l-Isvizzera jifformaw parti mill-EEA/EFTA Agreement u dawn iċ-ċittadini jgawdu mill-istess drittijiet ta’ ċittadini Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Diċembru 2014, kemm kien hemm persuni reġistrati bħala EU Nationals u li jaħdmu regolarment f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi), TCNs Dependants on EU Nationals* u EEA/EFTA Nationals** li kienu qegħdin jaħdmu f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien ta’ 16,222 persuna. Minnhom kien hemm 12,916 persuna li kienu impjegati fuq bażi full-time u 3,306 persuna li kienu impjegati fuq bażi part-time. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma:
-Afganistan*
-Albanija*
-Alġerija*
-Arġentina*
-Awstralja*
-Awstrija
-Repubblika tal-Azerbajġan*
-Barbados*
-Belorussja*
-Belġju
-Bosnija u Herzegovina*
-Brażil*
-Bulgarija
-Kanada*
-Ċili*
-Ċina*
-Kolumbja*
-Kroazja
-Ċipru
-Repubblika Ċeka
-Danimarka
-Eġittu*
-Estonja
-Finlandja
-Franza
-Ġeorġja*
-Germanja
-Greċja
-Guinea*
-Ungerija
-Iżlanda**
-Indja*
-Iran*
-Irlanda
-Iżrael*
-Italja
-Ġappun*
-Kazakstan*
-Latvija
-Libja*
-Litwanja
-Maċedonja (F.Y.R.)*
-Moldavja*
-Nepal*
-Olanda
-New Zealand*
-Niġerja*
-Norveġja**
-Panama*
-Filippini*
-Polonja
-Portugal
-Rumanija
-Federazzjoni Russa*
-Serbja & Montenegro*
-Slovakkja
-Slovenja
-Afrika t’Isfel*
-Spanja
-Sri Lanka*
-Svezja
-Svizzera**
-Sirja*
-Syrian Arab Rep.*
-Tanzanija*
-Tajlandja*
-Trinidad u Tobago*
-Tuneżija*
-Turkija*
-Uganda*
-Ukrajna*
-Renju Unit
-Stati Uniti tal-Amerka *
-Uzbekistan*
*It-TCNs Dependants on EU Nationals huma dawk il-persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropeja imma minħabba li huma miżżewġa lil ċittadini tal-Unjoni Ewropeja jgawdu mill-istess drittijiet.
** In-Norveġja, l-Iżlanda u l-Isvizzera jifformaw parti mill-EEA/EFTA Agreement u dawn iċ-ċittadini jgawdu mill-istess drittijiet ta’ ċittadini Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta’ bullying li ġew irrapurtati fi skejjel tal-Gvern, skola skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li n-numru ta’ każijiet ta’ bbuljar bejn studenti li ġew irrappurtati fi skejjel tal-Gvern huwa kif ġej:
Skejjel Primarji
118
Skejjel Sekondarji
165
Skola Post-sekondarja
1
ALP
6
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema skejjel ġew imnedija programmi ta’ tagħlim għal dawk it-tfal li la jafu bil-Malti u lanqas bl-Ingliż qabel ma jintegraw b’mod totali fil-kumplament tal-klassi? Kemm kien hemm tfal li ġew mogħtija dan it-taħriġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena skolastika kurrenti sat-3 ta' Novembru 2015, infetħu ħamsa u għoxrin (25) klassi għal studenti fl-Iskejjel Primarji (mill-Year 1 sa Year 6). Dawn il-klassijiet huma mqassma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kemm jista’ jkun, il-klassijiet ġew iffurmati minn studenti ta’ etajiet qrib xulxin – jiġifieri, per eżempju,Yr 1-3 grupp għalih u Yr 4-6 grupp għalih. Fejn hemm numru ta’ klassijiet ikbar bħal f’San Pawl il-Baħar u San Ġwann, il-gruppi ġew iffurmati aktar bi tfal tal-istess eta`.
Fl-Iskejjel Sekondarji is-sitwazzjoni hi xi ftit differenti minħabba li dawn għandhom numru ta’ studenti li ġejjin minn pajjiżi differenti u bi ħtiġijiet ta’ sapport differenti. Hemm Skejjel Sekondarji bħal Mosta Żokrija, Pembroke u Naxxar li minħabba n-numru ta’ studenti, diġa għandhom gruppi stabbiliti ta’ studenti li qed jingħataw dan is-sapport. Skejjel Sekondarji oħra, bħar-Rabat, Żejtun, Kirkop, Sliema, Blata l-Bajda u Ħandaq, qed jingħatalhom sapport b’mod regolari għal numru ta’ sessjonijiet kull ġimgħa minn għalliema mħarrġa.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20070 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li persuna tista' tispiċċa minn fuq il-kotba ta' dipartiment jew entità għal diversi raġunijiet u mhux biss minħabba rtirar, per eżempju għal raġunijiet mediċi, riżenji, skadenzi ta' kuntratt, trasferimenti, deployment minħabba ħatra oħra, etċ. Bħala eżempju, mill-ETC minbarra s-seba' persuni li rtiraw bl-età fl-istess perjodu spiċċaw minn mal-Korporazzjoni 105 persuna oħra. Mill-MCAST minbarra t-12-il persuna li rtiraw kien hemm ukoll it-tmiem ta' impjieg ta' 55 persuna oħra.
Rigward il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES), din timpjega għadd ta' persuni fuq kuntratt definit sena wara sena wara li jkunu reġgħu ġew ingaġġati mill-ġdid. Normalment numru sostanzjali jkunu ingaġġati bejn l-1 ta' Ġunju u l-aħħar ta' Settembru sabiex jaħdmu fuq bażi part-time fiċ-ċentri ta' Klabb 3-16 u SkolaSajf. Għal aktar informazzjoni dwar in-numru ta' impjegati mal-FES, ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 13580, 17385 u 19702.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ li qed jistudjaw fl-MCAST? F’liema linja ta’ studju qed jistudjaw l-istudenti li hemm f’dawn il-korsijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li qed jistudjaw fl-MCAST hu ta’ 6,676. Dawn l-istudenti huma mqassmin kif se nsemmi:
Istitut
Għadd ta’ studenti
Institute of Applied Sciences
556
Institute of Business Management and Commerce
1151
Institute of Community Services
1184
Institute for the Creative Arts
856
Institute of Engineering and Transport
1535
Institute of Information and Communication Technology
1160
Gozo Campus
203
Pathway to Independent Living
31
Total
6676
Skola Primarja tal-Mellieħa – trasport provdut mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-iskola primarja tal-Mellieħa u li jitwasslu l-iskola permezz tat-trasport provdut b’xejn mill-Gvern?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li jitwasslu l-iskola primarja tal-Mellieħa permezz tat-trasport provdut b’xejn mill-Gvern huwa ta’ 190 student.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk intlaħaqx ftehim mal-Malta Shooting Federation, dwar fejn u meta se tinbena shooting range tal-għola livell?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat tal-Isport qed iżomm kuntatt kontinwu mal-Malta Shooting Federation u għaqdiet oħra dwar fejn u meta se tinbena shooting range tal-ogħla livell.