Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15527 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Swieqi — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Digging of 22 holes in Swieqi area? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15522 (Seduta 280).
Leg 9 PQ #15528 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Aviation Museum - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Construction of boundary wall opposite the Aviation Museum, Ta' Qali? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Construction of Boundary Wall opposite the Aviation Museum, Ta' Qali" ġie jiswa Lm348.00ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #15553 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tindif ta' widien

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11322, dwar it-tindif tal-widien f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li kien indika fit-tweġiba tiegħu, fit-22 ta' Novembru, 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif diġa' spjegajt drabi oħra, dan ix-xogħol huwa responsabbilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15614 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — CRP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tkun ikkunsidrata t-talba tal-kunsill lokali tal-Birgu sabiex il-post fejn illum hemm l-uffiċini tas-CRP jinbidel fi ġnien pubbliku u playing field?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-post fejn qegħdin l-uffiċini tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera se jintużaw għal skop preċiż u mportanti. Ma hemm l-ebda talba tal-Kunsill Lokali dwar dan il-post.
Leg 9 PQ #15615 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — CRP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċini tas-CRP hux se jiċċaqilqu minn fejn huma? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn se jmorru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Huwa veru li l-uffiċini tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera se jkollhom jiċċaqilqu minn fejn qegħdin illum. Qed nistħarġu dwar l-aħjar post alternattiv.
Leg 9 PQ #13536 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet min uffiċjali responsabbli fid-dipartiment tad-drenaġġ lill-azjendi u djar privati matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, biex jiġi nvestigat jew stabbilit jekk fis-sistemi tad-drenaġġ tagħhom kienux qed jintefgħu likwidi jew materjal ieħor kontra l-liġi? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu jekk jirriżulta li kien hemm abbuż? Jekk matul dawn is-snin ma' sarux spezzjonijiet u ma' ttieħdu l-ebda passi, x'inhi r-raġuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi saru spezzjonijiet fuq siti u fondi ndustrijali li jarmu fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku kif titlob il-liġi. Dawn l-ispezzjonijiet f'Malta u Għawdex, saru minn wieħed jew żewġ persuni kif jidher hawn taħt. SENA PERSUNI SPEZZJONIJIET ------------------------------------------- 1995 1 553 1996 2 736 1997 2 1004 1998 2 992 1999 2 946 Kull meta ġew identifikati xi abbużi, s-sid jew l-operatur ġie mġiegħel jirranġa n-nuqqas li kellu.
Leg 9 PQ #15489 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Tal-Ħawli

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15409 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-kerrej li joqgħod Block B, Flat 1, Tal-Ħawli, Birgu jkun jista' jneħħi l-ħamrija tal-front garden sabiex minflok jagħmel il-madum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15495 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji rigward overtime li nħadem f'dawn l-aħħar 18-il xahar mill-impjegat li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm kien l-ammont ta' overtime xahar b'xahar u min kien li approvah?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dan l-overtime ġie approvat bil-proċeduri normali kif jiġi approvat overtime ieħor fit-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #15502 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Trab iswed

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-istħarriġ li kien qed jagħmel id-dipartiment ta' l-ambjent dwar il-każ tat-trab iswed li qed jaqa' fis-south ta' Malta? Jista' jiżgurana li dan it-tniġġiż mhuwiex ta' perikolu għas-saħħa ta' l-abitanti ta' dawn l-akwati? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport, jew ir-riżultat, ta' dan l-istħarriġ? Jaf il-Ministru li minkejja ħafna paroli dwar stħarriġ u studji t-trab iswed għadu qed jaqa' fuqna li ngħixu fis-south ta' Malta? X'miżuri konkreti qed jieħu d-dipartiment ta' l-ambjent biex jitneħħa dan il-periklu għas-saħħa ta' l-abitanti ta' dawn l-inħawi? Min huma l-kumpanniji li telgħu l-qorti dwar ksur tal-liġi fir-rigward tat-trab iswed fin-naħa ta' isfel ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9389, 9881, 9901, 10235, 11096, 11397 u 13939. Ir-rapport ta' l-istħarriġ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta dan jiġi sottomess mill-Konsulenti. Ir-rapport hu mistenni jkun lest għal nofs din is-sena.
Leg 9 PQ #15517 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Msida — Valley Road - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijet ġie approvat f'Novembru 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distrett, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Construction of pavement at Valley Road, near Għajn tal-Ħasselin, Imsida? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Construction of Pavement of Valley Road, near Għajn tal-Ħasselin, Imsida" ġie jiswa Lm37.56ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #15518 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Pembroke — Triq is-Sejjieħ - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Asphalting of works at Triq is-Sejjieħ, Pembroke? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Asphalting of Works at Triq is-Sejjieħ, Pembroke" ġie jiswa Lm187.86ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #15519 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Triq il-Kappuċċini - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Construction of a pavement at Triq il-Kappuċċini c/w Tomna Street, San Ġwann? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Construction of a Pavement at Triq il-Kapuċċini c/w Tomna Street, San Ġwann" ġie jiswa Lm48.00ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #15520 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Triq il-Kappuċċini - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non council Task tal-Job: Construction of a pavement at Triq il-Kappuċċini c/w Triq l-Immakulata, in front of Il-Kannezzata Shop, San Ġwann? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Construction of a pavement at Triq il-Kapuċċini c/w Triq l-Immakulata, in front of il-Kannezzata Shop, San Ġwann" ġie jiswa Lm36.00ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #15521 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — St Anthony Alley - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Patching Works at St Anthony Alley, l/o Marsascala? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol? Xi rwol kellu f'dan iż-żmien vis-a-vis il-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn, is-Sur Joe Magro, officer in grade 8 li awtorizza x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Patching Works at St. Anthony Alley, l/o Marsascala" ġie jiswa Lm1329.40ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet. L-uffiċjal imsemmi ilu jokkupa l-istess kariga mill-1997.
Leg 9 PQ #15522 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Swieqi — Hole Covers - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Manufacture of 22 hole covers for Swieqi area? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol? Xi rwol kellu s-Sur Michael Aquilina f'din id-deċiżjoni? X'kienet il-kariga tiegħu meta ttieħdet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Digging of 22 holes in Swieqi area" ġie jiswa Lm112.00ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet. Is-Sur Michael Aquilina huwa Assistent Segretarju Privat tiegħi u ilu jokkupa din il-kariga minn Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #15537 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Far — Drenaġġ

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 15263, jista' l-Ministru jikkonferma li d-drenaġġ ta' Ħal Far Industrial Estate mhux imqabbad mas-sistema tad-drenaġġ imma qiegħed jintefa' direttament fil-baħar? Jekk fl-affermattiv, f'liema parti tal-kosta qiegħed jintefa' dan id-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15263. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi dan id-drenaġġ ilu għal ħafna snin ikun skarikat fil-baħar, fil-limiti ta' Wied Żnuber, Ħal Far.
Leg 9 PQ #15583 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Farruġ — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta xogħol ta' manutenzjoni esterna li hemm bżonn isir f'Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal-Luqa, effettivament se jiġi esegwit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #13509 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Sezzjoni tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li circa l-1988 id-dipartiment tad-drenaġġ ġie maqsum f'żewġ sezzjonijiet b'sezzjoni minnhom tiġi stazzjonata l-Marsa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-awtoritajiet ta' dak iż-żmien ħassew li skond l-esiġenzi tas-servizz kien aħjar dakinhar, li d-Dipartiment jinqasam b'dak il-mod, għal aktar effiċenza.
Leg 9 PQ #13510 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta'l-Ambjent — Sezzjoni tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tad-drenaġġ tal-Marsa jinsab fi stat degradanti? Jista'l-Ministru jgħid jekk qattx irċieva rapporti dwar dan? Jista' jgħid meta rċieva dwan ir-rapporti u x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet diġa' ħadet il-passi neċessarji biex jinbena post ġdid minflok il-Workshops li hemm il-Marsa u għal dan il-għan diġa' kienet ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fit-22 ta' Novembru 1999 biex dan ikun jista' jsir.