Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Pjani lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-MEPA kemm approvat pjani lokali s'issa u meta approvathom? Liema pjani lokali jonqosha tapprova u meta se jiġi approvat kull pjan lokali? X'qed iżomm l-approvazzjoni ta' dawn il-pjani lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s’issa Approvati Marsaxlokk Bay Local - May 1995 Grand Harbours - April 2003 Approvati ghal-konsultazzjoni pubblika North Harbour Local Plan - April 2000 North West Local Plan - July 2001 Gozo & Comino Local - June 2002 Central Malta Local Plan - July 2002 South Malta Local Plan - April 2005 Skond ma tħabbar fil-Parlament - huwa mistenni li l-pjanijiet lokali kollha jiġu approvati fis-sena 2006. Ir-raġunijiet għad-dewmien kienu diversi u jinkludi: Tibdil fil-policies li jeffettwaw l-użu ta' l-art bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewreopea; Il-parteċipazzjoni pubblika qawwija u l-input qawwi li kien hemm; Nuqqas ta' staff professjonalment imħarreġ fuq pjanijiet lokali; Konsolidazzjoni ta' policies; Updates u tibdil li oriġinaw minn talbiet għal żvilupp li qabel ma kienx ikkontemplat.

MEPA — Applikazzjonijiet għal bini

Question

Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal bini pendenti quddiem il-MEPA fl-aħħar tas-snin 2003, 2004 u 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li, skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, f'għeluq is-sena finanzjarja 2003, kien hemm 2,639 applikazzjoni pendenti quddiem l-istess Awtorità, 3,342 f'għeluq is-sena finanzjarja 2004, filwaqt li f'għeluq is-sena finanzjarja 2005 l-Awtorità kellha 3,263 applikazzjoni pendenti.

MEPA — Applikazzjonijiet għal gallariji ta' l-injam

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-MEPA għall-gallariji ta' l-injam għal NGO's u każini, sena b'sena minn meta bdiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li kien hemm skema waħda biss għal Non-Government Organisations (NGOs) u Każini li ħarġet fil-bidu tas-sena 2004 u l-applikazzjonijiet kienu għalqu fis-27 ta' Frar 2004. Kien hemm wieħed u tletin (31) applikazzjoni u kollha ġew aċċettati.

MEPA — Applikazzjonijiet għal gallarijiet ta' l-injam

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm każini applikaw taħt l-iskema tal-MEPA għall-gallariji ta' l-injam għal każini, sena b'sena min meta bdiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14172.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Hospitality

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Ottubru u Diċembru 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma nistax nifhem x’utilità jista’ jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista’ jintuża aħjar, ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.

Testijiet tal-BSE

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet tal-BSE li saru matul l-2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ammont totali ta’ annimali (bovini, ovini u kaprini) li sarulhom testijiet tal-Bovine Spongiform Encephalitis (BSE) matul is-sena 2005 kien ta’ 3,320.

Biċċerija tal-Marsa — Inċineratur

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm sewa flus s'issa l-proġett ta' l-inċineratur fil-biċċerija tal-Marsa? Kemm diġa' tħallsu minn dawn l-ispejjeż? Jista' jagħtina breakdown tal-pagamenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-proġett ta' l-inċineratur fil-Biċċerjia tal-Marsa huwa proġett iffinanzjat mill-Protokol Taljan. Sa Diċembru 2005 tħallsu Euros 6,143,250 lill-Kuntratturi Taljani, u Lm131,627.24 għal konsulenza u servizzi professjonali fuq il-proġett, skond kif huwa stipulat fil-Protokol Finanzjarju stess.

Prodotti tat-Tjur mit-Turkija

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk ġewx importati tjur u/jew prodotti tat-tjur mit-Turkija qabel feġġet il-marda tal-bird flu? Jekk huwa l-każ, jista' jinformana x'passi ttieħdu fuq dawn il-kunsinji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma ġewx importati tjur u/jew prodotti tat-tjur mit-Turkija qabel feġġghet il-marda.

Monitoraġġ ta' l-arja

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li r-riżultati tal-monitoraġġ ta' l-arja jiġu ppubblikati fuq website pubblika kif isir f'pajjiżi Ewropej oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), permezz tal-proċess ta' dataflows (transferiment ta' data) lill-Aġenzija ta’ l-Ambjent Ewropea (EEA - European Environment Agency), ilha tpoġġi informazzjoni għall-pubbliku fil-website ta’ l-istess Aġenzija - EEA (http://http://cdr.eionet.eu.int/mt/eea), liema nformazzjoni tinkludi parametri ta' l-arja. Dawn jinkorporaw, Ozone, u Gassijiet ta' l-Effett Serra, fost oħrajn. Fix-xhur li ġejjin, ser tiġi ppubblikata website għall-konsum lokali li turi din l-informazzjoni f'forma li l-pubbliku in ġenerali jista’ jifhimha iżjed. Long-term ser ikun possibbli li naġġornaw il-website b'data realtime li tiġi mtella’ fl-internet permezz ta' apparat li maħsub jiġi nstallat f'diversi postijiet fil-gżejjer Maltin.

Kmamar ta' l-Armier

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-kmamar ta' l-Armier wara li l-gvern kien wiegħed qabel l-elezzjoni ta' l-2003 li kien se jasal għal soluzzjoni dwar dawn il-kmamar? Jista' jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jonora l-commitment li ta lil Armier Development Limited fit-3 ta' April permezz tal-Viċi Prim Ministru Tonio Borg dwar dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li saret applikazzjoni mill-Armier Development Limited lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u din qed tiġi pproċessata.

MEPA — Applikazzjonijiet għal bini

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għal bini ġew approvati mill-MEPA fis-snin 2003, 2004 u 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 14154.

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15908 u jinformana kemm kien il-prezz medju taċ-ċanga friska fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15903 u jinformana kemm kien il-prezz medju tal-laħam tat-tiġieġ fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-prezz medju tal-laħam tat-tiġieġ at farm gate level matul is-sena 2004 kien ta’ Lm69.69 kull 100kg (deadweight). Matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena l-prezz medju kien ta’ Lm 68.63 kull 100kg (deadweight). Ma hemmx statistika għas-snin l-oħrajn li talab l-Onor. Membru.

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15905 u jinformana kemm kien il-prezz medju tal-laħam tal-fenek fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-prezz medju tal-laħam tal-fenek at farm gate level kien ta’ Lm 3.661. Ma ssirx distinzjoni f’dan il-prezz bejn Malta u Għawdex. Ma hemmx statistika għall-ħames snin li għaddew.

Importazzjoni ta' Tiġieġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15909, jista' il-Ministru jara li l-ministeru tiegħu jkompli jsegwi l-każ ukoll? Jekk huwa l-każ, jista' jinformana bl-iżviluppi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15909, l-Onor. Interpellant għandu jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14604.

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15904, jista' il-Ministru jinformana minn fejn tixtri l-ħalib frisk il-Malta Dairy Products Ltd. u jekk hijiex qed tixtri ħalib frisk li l-produtturi jipproduċu f'Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li l-Malta Dairy Products Ltd mhijiex kumpanija li l-Gvern għandu l-maġġoranza ta’ l-ishma.

Prezz ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15900 u jinformana kemm kien il-prezz medju tal-bajd f risk fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-prezz medju tal-bajd frisk fis-sena 2004 kien ta’ Lm35.71 kull 100kg, jiġifieri 67ċ4-il kartuna. Din is-sena il-prezz medju fl-ewwel disa’ xhur kien ta’ Lm33.03 kull 100kg, jiġifieri 62ċ-il kartuna. (Dan il-prezz ma jistax jipparaguna mas-sena ta’ qabel minħabba li fil-ġranet tal-Milied dan jogħla). Ma teżistix statistika għall-ħames snin li għaddew.

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15902 u jinformana kemm kien il-prezz medju tal-majjal f risk fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.