B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3209, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chairman preżenti tal-Awtorità Maltija għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni (MCCAA)?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kont diġà għidt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3209 l-kuntratt li għandu ċ-Chairman preżenti tal-MCCAA huwa ekivalenti għal dak ta’ Segretarju Permanenti. Minħabba kwistjoni ta’ data protection il-kuntratt mhux se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tal-uffiċjali tal-MCCAA li bħalissa qed igawdu minn xi allowance? X'tip ta' allowance qed jieħdu u kemm huma l-ammonti li huma qed jirċievu individualment? Tista' tgħid jekk hemmx uffiċjali li qed jieħdu iżjed minn allowance waħda u jekk fl-affermattiv tista' tghid min huma dawn l-uffiċjali, fuq liema bażi qed joħduha u kemm hi din l-allowance?
Response (DALLI, HELENA)
Minħabba raġunijiet ta’ data protection qed ngħaddi personalment l-informazzjoni mitluba lill-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali fl-Awtorità Maltija għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni (MCCAA) li xogħolhom hu li jisimgħu l-ilmenti tal-konsumatur meta dawn tal-aħħar immorru fl-uffiċċju tal-Awtorità? X'grad għandhom dawn l-uffiċjali u x'tip ta' taħriġ ħadu? Tista' tgħid f'liema ġranet u ħinijiet l-uffiċċju tal-MCCAA biex jilqa' l-ilmenti tal-konsumaturi? Tista' l-Ministru tgħid jekk dan l-uffiċċju jiftaħx is-Sibt biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu l-ilmenti tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninsab infurmata li hemm sitt uffiċċjali li jisimgħu l-ilmenti tal-konsumatur meta dawn imorru l-Uffiċċju tal-Awtorità. Wieħed huwa executive, tlieta huma skrivani anzjani waqt li t-tnejn l-oħra għandhom il-grad ta’ skrivani.
It-taħriġ jingħata perjodikament kif dejjem sar sa mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità . Il-ħinijiet li l-uffiċċju jkun miftuħ għal-pubbliku huwa ta’ bejn it-08.30 u 12.30. Waqt li nhar ta’ Erbgħa, l-Uffiċċju jibqa’ miftuħ sal-4.00 ta’ wara nofs in-nhar.
L-Uffiċċju ma jiftaħx nhar ta’ Sibt.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fl-MCCAA li qed jibbenefikaw mit-teleworking? Tista' tgħid kemm hu l-ammont ta' siegħat li kull impjegat li jibbenefika mit-teleworking jattendi għax-xogħol fl-Awtorità? Tista' tgħid jekk hemmx diretturi ġenerali u/jew diretturi li jibbenefikaw minn din il-miżura tat-teleworking?
Response (DALLI, HELENA)
L-MCCAA hemm 21 impjegat li jibbenifikaw mit-telework.
Minn dawn hemm tlett diretturi li jibbenifikaw. L-ammont rispettiv ta’ sigħat li jattendu l-uffiċċju fil-ġimgħa huwa kif ġej:
3 persuni jattendu 25 siegħa
3 persuni jattendu 16-il siegħa
2 persuni jattendu 24 siegħa
Persuna waħda tattendi 29 siegħa u nofs
Persuna wahda tattendi 28 siegħa u tlett kwarti
Persuna waħda tattendi 32 siegħa
Persuna waħda tattendi 19-il siegħa u nofs
Persuna waħda tattendi 30 siegħa
Persuna waħda tattendi 25 siegħa u kwarta
Persuna waħda tattendi 8 siegħat
Persuna waħda tattendi 23 siegħa u tlett kwarti
Persuna waħda tattendi 18-il siegħa
Persuna waħda tattendi 9 siegħat
Persuna waħda tatttendi 26 siegħa u kwara
Persuna waħda tattendi 25 siegħa matul ix-xitwa u 20 siegħa matul is-sajf
Persuna waħda tattendi 31 siegħa u kwarta matul ix-xitwa u 35 siegħa matul is-sajf.
Peress li fit-28 ta’ Settembru 2013, waqt konferenza fuq il-Volontarjat il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qalet li “Aktar nies, speċjalment iż-żgħażagħ, għandhom jiġu mħeġġa mill-gvern u mis-soċjetà ċivili biex jagħmlu xogħol volontarju mal-NGOs.” , tista’ l-Ministru tgħid kif il-Gvern jista’ jinkoraġixxi lin-nies jinvolvu ruħhom fl-għaqdiet mhux governattivi meta fl-istess nifs naqqas l-għajnuna finanzjarja lill-dawn l-għaqdiet permezz tal-fondi tal-MEUSAC?
Response (DALLI, HELENA)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Membru li l-fondi li kienu jingħataw lill-NGOs mill-MEUSAC permezz tal-Fond għas-Soċjeta’ Ċivili ma setgħux jingħataw fl-2012 peress li l-Gvern Nazzjonalista kien naqqas il-vot tal-MEUSAC b’€200,000 mill-2011 (tnaqqis ta’ 18%). Il-Gvern preżenti ndirrizza din is-sitwazzjoni u wara ntervent li għamilt mal-Ministeru tal-Finanzi, kif kelli l-okkazjoni inħabbar fl-4 ta’ Ottubru, waqt laqgħa tal-Prim Ministru mal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, nstabet soluzzjoni dwar il-fondi tas-soċjetà ċivili li kienu mwegħda mill-Gvern preċedenti iżda qatt ma kienu allokati fil-budget. B’hekk, l-għaqdiet ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem bil-programmi li kienu kkommottew ruħhom għalihom.
Minbarra dan, kif kelli l-okkażjoni ngħid meta kont qed nindirizza seminar fuq ix-xogħol volontarju organizzat mill-
Malta Health Network
fit-28 ta’ Settembu, il-MEUSAC jagħti assistenza teknika lill-NGOs u organiżżazzjonijiet oħra fis-soċjeta` ċivili, inkluż unjins, meta japplikaw għall-finanzjament tal-UE. B’dan il-mod, il-gvern, permezz tal-MEUSAC, irid jiżgura li s-soċjeta` ċivili jkollha aċċess aħjar għall-fondi tal-UE. Fil- programm finanzjarju 2007-2013 il-MEUSAC assista diversi entitajiet biex japplikaw għad-diversi programmi ta’ fondi tal-UE bħal:
Youth in Action Programme, Lifelong Learning Programme, Europe for Citizens Programme, European Social Fund, European Refugee Fund, European Fund for the Integration of Third Country Nationals, European Regional Development Fund
fost oħrajn.
Issa li wasal biex jintemm il-programm finanzjarju tal-UE 2007-2013, il-MEUSAC ser ikun impenjat biex jippromwovi l-programmi l-ġodda li ser timplimenta l-UE bejn l-2014-2020 u jassisti lil NGOs biex jidenitifikaw opportunitajiet filwaqt li jassisti fil-proċess ta’ sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-unions u għaqdiet mhux governattivi li se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-MEUSAC? Kemm hu l-ammont eżatt li se tingħata lil kull union u għaqda mhux governattiva din is-sena u kemm kien l-ammont li kienu qed jingħataw l-istess unions u għaqdiet mhux governattivi fl-2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti għas-sena 2013 għadhom ma nħarġux u bħalissa l-MEUSAC qed jilqa’ applikazzjonijiet biex jingħataw il-fondi għas-sena 2013. Ninformha wkoll li qed inpoġġi lista fuq il-mejda tal-kamra bid-dettalji l-oħra mitluba.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur –Reform of the LPG Market Structure — ċilindri tal-gass
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur jaqbilx mal-proposti maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għar-Ri¿orsi fid-dokument imsejjaħ Reform of the LPG Market Structure – the door to door distribution and retail of LPG Cylinders? Jekk iva, x’anali¿i għamel il-kunsill u x’inhuma r-raġunijiet li wasslu lill-kunsill biex jaqbel ma’ dawn il-proposti?
Response (DALLI, HELENA)
Peress li l-Kunsill għandu jiltaqa’ mal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi matul din il-gimgħa f’dan l-istadju ma tistax tingħata tweġiba lill-Onor. Interpellant.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – Reform of the LPG Market Structure –ċilindri tal-gass
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni infurmax, jew għandux intenzjoni li jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-proposti maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi fid-dokument imsejjaħ Reform of the LPG Market Structure – the door to door distribution and retail of LPG Cylinders?
Response (DALLI, HELENA)
Ninsab infurmata illi d-dokument tal-Awtorità ta' Malta għar-Rizorsi imsejjaħ Reform of the LPG Market Structure - the door to door distribution and retail of LPG Cylinder qiegħed bħalissa jiġi ikkunsidrat mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u għaldaqstant l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni f'dan l-istadju mhuwiex f'qagħda li jirrispondi.
Reform of the LPG Market Structure — laqgħat bejn l-MRA u l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa saret bejn il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi bil-għan li jitfassal id-dokument maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi msejjaħ– the door to door distribution and retail of LPG Cylinders?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-dokument sar biex issir konsultazzjoni pubblika. Il-Kunsill wara li analizza d-dokument se jagħmel laqgħa ma’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi u l-Kunsill bil-għan li jagħti l-opinjonijiet tiegħu dwar dan id-dokument. Din il- laqgħa hija skedata għal din il-ġimgħa.
Reform of the LPG Market Structure — laqgħat bejn l-MRA u l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa saret bejn l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi bil-għan li jitfassal id-dokument maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi msejjaħ Reform of the LPG Market Structure – the door to door distribution and retail of LPG Cylinders?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument li qed jirreferi għalih sar biex issir kunsultazzjoni. F’dan l-istadju l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni qiegħed jikkunsidra l-proposti maħruġa mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u se jissottometti r-risposta tiegħu qabel is-6 ta’ Diċembru kif mitlub mill-istess Awtorità.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proposti tal-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi fid-dokument imsejjaħ– the door to door distribution and retail of LPG Cylinders imorrux kontra l-konklużjonijiet tar-rapport maħruġ f’Jannar li għadda mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Jekk jingħata t-tagħrif li qed jitlob l-Onor. Interpellant tkun qed tinkser il-kunfidenzjalità tar-rapport.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – Reform of the LPG Market Structure
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jaqbilx mal-proposti maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi fid-dokument msejjaħ Reform of the LPG Market Structure – the door to door distribution and retail of LPG Cylinders? Jekk iva, x’inhuma r-raġunijiet li wassluh li jaqbel ma’ tali proposti?
Response (DALLI, HELENA)
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni f’dan l-istadju qiegħed jikkunsidra l-proposti maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi fid-dokument msejjaħ Reform of the LPG Market Structure – the door to door distribution and retail of LPG Cylinders u ser jissottometti r-risposta tiegħu qabel is-6 ta’ Diċembru kif mitlub mill-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi meta ssottomettiet din il-proposta għall-konsultazzjoni pubblika.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra kemm ġew allokati fondi għall-process tal-konsolidament ta’ laboratorji għaliex dawn huma ineżistenti fl-estimi tal-baġit 2014?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi jiġu allokati meta l-pjan ikun iffinaliżżat.
National Centre for Quality and Scientific Affairs
Question
B'relazzjoni għall-inizjattiva ġdida tan-National Centre for Quality and Scientific Affairs (NCQSA) dwar il-konsolidament ta' laboratorji, tista’ l-Ministru tgħid meta huwa ppjanat li jintemm dan il-proċess? Tista’ l-Ministru telenka l-laboratorji involuti? Min qiegħed jieħu ħsieb dan il-proċess? Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-ħaddiema involuti humiex se jkunu mogħtija l-għażla li ma jmorrux fis-set up il-ġdid?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin naħdmu biex il-proċess isir fi żmien raġonevoli, inħela biżżejjed żmien tul dawn l-aħħar għoxrin sena. Ninformaha li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qed jamministra dan il-proċess u iva l-ħaddiema se jingħataw l-għażla li ma jmorrux fis-set up il-ġdid.
Tista’ l-Ministru tgħid x’rwol għandhom il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament fil-proċess tal-konsolidament ta’ laboratorji u fis-set up li qed jiġi mfassal?
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk huwiex minnu li l-persuna, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tneħħa minn Chairman tat-Tribunal Industrijali b’effett mit-8 ta’ Lulju 2013? Jekk dan huwa veru, x’inhi r-raġuni? Il-Ministru hija konxja li l-ħidma tat-Tribunal Industrijali waqfet ħesrem għad-detriment ta’ ċittadini li qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm numru ta’ chairpersons tat-Tribunal Industrijali li ssottomew ir-riżenja tagħhom mill-kariga li kellhom u li sussegwentement ġiet aċċettata. Il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament kienet waħda minnhom.
Dwar il-ħidma tat-Tribunal, kif diġà weġibt f’mistoqsija 4479, dan qatt ma waqaf jiffunzjona minn meta l-Att daħal fis-seħħ fl-2002.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili –konsulenti legali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ ħwiebet u l-indirizz tagħhom li mhumiex eżentati mil-liġi u li jridu juru kemm-il prezz tal-prodott kif ukoll l-unit price?
Response (DALLI, HELENA)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ħwienet, li mhumiex eżentati mil-liġi u li jridu juru kemm-il prezz tal-prodott kif ukoll l-unit price. Din il-lista inġabbret wara eżerċizzju li kien sar mill-Awtorità fil-bidu ta’ din is-sena u li qed tiġi aġġornata minn żmien għal żmien.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il public warning inħareġ mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) minn kemm ilha mwaqqfa? Tista’ tgħid jekk dawn il-public warnings għadhomx fis-seħħ jew ġewx irtirati?
Response (DALLI, HELENA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur sal-lum ħarġet 25 public warning, u l-ebda waħda ma ġiet irtirata.