Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni akkużati li aggredew uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti talli aggredew xi uffiċjal pubbliku din is-sena? Xi grad kellu l-uffiċjal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 128 persuna talli b'xi mod aggredew uffiċjal pubbliku. Ninsab infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli.

Bomb Hoaxes

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Fejn saru u kemm ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti ta' bomb hoaxes li saru lill-pulizija kienu kif jidhru fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll illi tlett każi ġew solvuti.

Pulizija — Finger print clock

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk ir-rankijiet tal-korp tal-pulizija li qed jużaw il-finger print clock meta jidħlu jew jitilqu mix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp u l-impjegati ċivili kollha li jaħdmu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, irrispettivament mill-grad tagħhom, qed jużaw is-sistema elektronika tas-swaba', kull meta dawn jidħlu jew joħorġu mill-Kwartieri Ġenerali.

Possession and Use

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux milqut mil-liġi possession and use? Jekk fl-affermattiv, jista' jinxtara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa meħud mill-Gvern taħt titlu ta' Pussess u Użu, u għalhekk l-post ma jistax jinbiegħ lill-inkwilin.

Suwiċidji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru suwiċidji din is-sena? X'kienet l-eta' u s-sess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija 19 il-każ ta' suwiċidju. Minn dawn, 15 kienu rġiel u 4 kienu nisa, filwaqt li l-eta' kienet tvarja bejn l-20 u t-82 sena.

Imwiet Traġiċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn imwiet traġiċi din is-sena u x'kienet il-kawża tal-mewt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, l-imwiet traġiċi rrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt: Kawża tal-mewt Numru ta’ Persuni Overdose 5 Inċidenti tat-traffiku 8 Suwiċidju 19 Inċidenti fatali oħra 18

Msida — Abbużi mid-droga

Question

Jistgħu l-pulizija jieħdu passi dwar id-diversi abbużi bid-droga li qed ikun hemm f'Dock Str, Msida fil-parti li tagħlaq bil-ħadid, kif jikkonfermaw id-diversi siringi li wieħed isib ma' l-art?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel u ser tkompli tagħmel spezzjonijiet fl-inħawi imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Każ dwar appartament tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux vojt? X'inhi l-proċedura biex jekk fl-affermattiv, wieħed jakkwista l-imsemmi post?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa ħanut u mhuwiex mikri.

Isla — Binja San Filippu

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-binja San Filippu, Triq is-Sirena, l-Isla hix milquta mil-liġi "possession and use"? Jekk fl-affermattiv, din il-proprjeta' tista' tinxtara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art fejn tinsab il-Binja San Filippu, Triq is-Sirena, l-Isla ġiet esproprjata bit-titolu ta' public tenure u għal issa din il-binja ma tistax tiġi mibjugħa. Jekk il-Gvern jixtriha, ikun jista' jbiegħ.

Gżira — Garaxx ta' mechanic u sprayer

Question

Tista' il-pulizija tieħu passi dwar l-inkonvenjenti kbar li l-garaxx ta' mechanic u sprayer fil-Gżira qed joħloq lill-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jistgħu l-passi jittieħdu skond l-avviż legali 1 ta' l-2006 li jirregola nuisances?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ilment imressaq mill-Onor. Interpellant qed ikun mistħarreġ.

Ġustizzja u Intern — Rapporti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-rapporti kkummissjonati fid-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar erba' snin kienu s-segwenti:- Dipartiment Numru Spiża Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni 1 Lm 287.50 Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern 1 Lm 2,871.46 Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern 1 Lm 4,489.32 Pulizija 1 Lm 431.25 Pulizija 1 Lm 645.00 Pulizija 1 Lm 30.00 Pulizija 1 Lm 177.00 Pulizija 1 Lm 60.00 Pulizija 1 Lm 430.00

Sentenzi Sospiżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li ngħataw sentenza sospiża din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' l-offiżi kommessi minn kull persuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali taw mitejn u tmintax-il (218) sentenza sospiża. Mitejn u tlieta (203) mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali u ħmistax (15) mill-Qrati Kriminali Superjuri. Infurmat ukoll illi Kien hemm sebgħa (7) persuni li ngħataw sentenza sospiża mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex). Id-dettalji ta' l-offiżi kommessi minn kull persuna jinsabu fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsilli Lokali — Ġbir ta' multi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li f'każ ta' multi li jitħallsu fil-kunsilli lokali, persentaġġ żgħir tal-multa jgħaddi lill-kunsill lokali li jirċievi l-ħlas peress li hemm każi ta' kunsilli li ftit jinħarġu multi fil-lokal tagħhom imma li jiġbru ammont sostanzjali ta' multi?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta' nfurzar lokali (LES) preżentement qegħda tiġi riveduta fit-totalita' tagħha. L-ewwel passi li ttieħdu s'issa kienu t-twaqqif tal-Bord tal-Petizzjonijiet u t-tibdil fil-kompożizzjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija. Il-Gvern hu konxju mill-fatt li hemm diversi entitajiet involuti fis-sistema u hu kommess li l-għan edukattiv li għalih twaqqfet is-sistema ta' nfurzar lokali tipprevali fuq dak ta' aktar introjtu.

Pulziija — Overtime/Allowances

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw flus f'overtime u f'allowances oħra lill-pulizija din is-sena? Kemm hemm flus li għadhom ma tħallsux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena s'issa, tħallsu Lm521,105 għal overtime maħdum minn membri tal-Korp tal-Pulizija, filwaqt li l-ħlas f'allowances kien jammonta għal Lm1,288,327. Kif diġa' kelli l-okkażjoni nispjega, il-ħlas ta' l-overtime isir b'xahrejn b'lura, għaldaqstant l-overtime li nħadem bejn Awissu u Settembru għad irid jiġi komputat.