Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26244 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Intensive Care Beds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' intensive care beds bħalissa? Huwa mistenni li jiżdied waqt li jibda jiffunzjona l-Isptar il-Ġdid? Kif jitqabbel bħaka persentaġġ ma' pajjiżi oħra fl-UE? Kemm-il persuna kellha tinħareġ mill-ITU peress li kien hemm kandidat aktar idoneju fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' General Intensive Care Beds huwa tlettax (13). Hemm erbgħa (4) intensive care beds fil-Cardiac Intensive Care. In-numru ta' sodod fl-ITU fl-Isptar il-Ġdid ser ikun ta' tnax (12), flimkien ma' tmienja (8) High Dependency Beds. Ser ikun hemm ukoll sitta (6) fis-CICU u ħamsa (5) fil-Paediatric Intensive Care. Fl-Isptar San Luqa fil-fatt qed jiġi żviluppat High Dependency Unit bi tmien (8) sodod u ser jinfetaħ ukoll Paediatric Intensive Care b'erbgħa (4) sodod. Diffiċli tqabbel ma' l-E.U. għax Malta minħabba f'turiżmu l-popolazzjoni kważi tirdoppja fis-sajf. Dwar kemm il-persuna kellha tinħareġ mill-ITU peress li kien hemm kandidat aktar idoneju fl-ewwel erba' xhur tas-sena, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika dwar dan.
Leg 9 PQ #26099 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet pożittiva għal 1) HIV 2) Hepatites B 3) Hepatites C f' dan l-aħħar xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fl-ewwel erba` xhur ta` din is-sena kien hemm żewġ każi akuti ta` mard bil-Hepatitis B irraportati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Ma kienx hemm każi ta` Hepatits C jew AIDS. L-HIV mhix notifikabli bil-liġi. Madanakollu, in-numru ta` tesitijiet li nstabu posittivi għal HIV, l-HbsAg u l-HCV antibodies xahar b'xahar mill-bidu ta` din is-sena huma s-segwenti. Hepatitis B Hepatitis C HIV antibodies HBsAg HCV antibodies Jannar 2001 1 8 8 Frar 2001 1 6 20 Marzu 2001 1 12 17 April 2001 0 15 28 Dawn iċ-ċifri jindikaw biss in-numru ta` testijiet li saru fil-laboratorju tal-viroloġija ġewwa l-Isptar San Luqa. Jista` jkun hemm testijet li saru aktar minn darba.
Leg 9 PQ #26175 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Air Disaster Boxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-mediċinali u l-apparat mediku li hemm fil-Air Disaster Boxes li hemm fil-klinika tal-Airport ilu ma jiġi ċċekkjat żmien twil? Meta l-aħħar li ġew iċċekjati? Veru li hemm items skaduti? Jista' jara li l-affarijiet ikunu ċċekkjati peress li jekk Alla ħares qatt isir xi inċident tal-ajru, l-konsegwenzi kemm ikunu akbar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fil-Klinika ta` l-Ajruport Internazzjonali ta` Malta, jinżamm kwantita` ta` apparat u mediċinali fl-'Air Disaster Boxes', għal użu f'xi emerġenza f'inċident ta` l-ajru. Dawn huma estenzjonijiet ta` l-apparat li jinżamm ġewwa l-Isptar San Luqa bħala 'National Disaster Equipment'. Kull darba li jinżamm 'Mock exercise' f'inċident ta` l-ajru ġewwa l-ajruport, dan l-apparat u mediċinali jintużaw, u dak li jinħela jiġi mibdul. L-aħħar 'mock exercise' sar fi tnax ta` Marzu, 2001. Jinżamm akkont regolari tal-mediċinali w dak li joqrob id-data ta` l-iskadenza, jinbidel mill-provista regolari ta` mediċinali li jinżammu ġewwa l-istess klinika.
Leg 9 PQ #26224 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Roaster 3

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta' staff f'Roaster 3 f'St Luke's Hospital? F'liema swali hemm nuqqas u x'inhu l-grad ta' staff nieqes f'kull ward u unit f'roadster 3 f' St Luke's? Possibli d-divizjoni tas-Saħħa tieħu passi biex dan in-nuqqas jiġi rimedjat? Għaliex mhux qed isir eċċezzjoni u mhux qed isir użu mill-overtime fil-Ħdud u l-festi pubbliċi f'roaster 3 meta hemm dan in-nuqqas tan-nurses?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'roster numru 3 ta` l-Isptar San Luqa hemm 9 Nursing Aides nieqsa li qiegħdin fl-M2, M4, M6, M7, M8, S3, WS1, WS2. Hemm ukoll nurse waħda nieqsa fil-Gynae Ward. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq overtime biex jintela xi nuqqas kull meta jkun meħtieġ. Il-problema tqum meta ma ssibx min jaħdem overtime.
Leg 9 PQ #25243 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużaw mid-droga fl-ewwel kwart ta' din is-sena u min liema ċentru tqassmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jabbużaw mid-droga minn Jannar sa Marzu 2001 kien hekk: Xahar Furjana Qormi Gzira Raħ al Ġ did Bormla Mosta Rabat Total Jannar 1900 1128 3250 3631 900 1344 746 12899 Frar 900 636 2725 3300 800 1280 828 10469 Marzu 1100 898 2760 3700 1000 1469 683 11610 Total 3900 2662 8735 10631 2700 4093 2257 34978
Leg 9 PQ #25244 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużaw mid-droga lejlet il-Ġimgħa l-Kbira, nhar il-Ġimgħa il-Kbira, lejlet l-Għid u nhar l-Għid ta' din is-sena u kif jikkompara ma l-istess jiem fil-ġimgħat ta' qabel din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` siringi mqassma lil persuni li jabbużaw mid-droga miċ-Ċentri tas-Saħħa fil-jiem imsemmija huma dawn: XAHAR FURJANA QORMI GŻ IRA RAĦ AL Ġ DID BORMLA MOSTA RABAT TOTAL Lejlet il-Ġimgħa l-Kbira 12 April 80 42 100 300 120 21 62 725 Nhar il-Ġimgħa l-Kbira 13 April 150 0 120 150 0 67 0 487 Lejlet il-Għid 14 April 110 0 98 200 80 72 18 578 Nhar il-Għid 15 April 100 0 90 200 0 69 0 459 In-numru ta` siringi li tqassmu fl-istess jiem fil-ġimgħat ta` qabel jindika li kien hemm żieda sostanzjali għal lejlet il-Ġimgħa l-Kbira.
Leg 9 PQ #25383 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema tad-Diviżjoni tas-Saħħa li ngħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-24 t'April 2001 huwa 228, u mqassmin kif ġej: Transfers from 11/09/2000 - 24/04/2001 At own request 98 On promotions 6 Re-deployment 112 In the exigency of the service 12 ________________________________ 228
Leg 9 PQ #26088 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Waiting Time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-waiting time sabiex pażjent/a li jkollu bżonn i) ir-Radjoterapija ii) il-kemoterapija tinbdhielu din il-kura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninfurma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx "waiting time" la għal Radjoterapija u lanqas għal Kimoterapija ta` l-Isptar Boffa.
Leg 9 PQ #26089 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

SEN/SRN

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-eta' medja tal- i) SEN's ii) SRN's fl- (a) Isptar San Luqa? (b) Isptar Monte Carmeli (c) Isptar Boffa (d) Isptar Zammit Clapp

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-eta` medja tal-Enrolled Nurses u Staff Nurses fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Monte Carmeli, fl-Isptar Boffa u fl-Isptar Zammit Clapp hija kif ġej: Sptar Enrolled Nurses Staff Nurses Sptar San Luqa 35 sena 32 sena u nofs Sptar Monte Carmeli 50 sena 37 sena Sptar Boffa 44 sena 44 sena Sptar Zammit Clapp 44 sena 44 sena
Leg 9 PQ #25372 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25747 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xi studji fuq ir-residenti fl-inħawi tal-Magħtab biex isir magħruf l-effett fuqhom mit-tniġġis tal-Magħtab peress li dawk li jgħixu hemm hekk jilmentaw minn qtugħ tan-nifs, għajnejn jaħarqu, uġiegħ fil-pulmun u spiss jidħlu fi spejjeż biex jixtru mediċini biex itaffu l-problemi? Xi rriżulta minn dawn l-istudji jekk saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma saru l-ebda' studji fuq residenti tal-Magħtab, dwar xi possibilta' ta' tniġġis mill-'Landfill' fil-viċinanzi.
Leg 9 PQ #26005 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Air-Conditioning

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li qed jintużaw sabiex isir maintenance fuq air-conditioners fl-isptarijiet? Jista' jgħid jekk din inbidlitx fl-aħħar xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li jsir maintenance regolari bħal per eżempju tindif regolari ta' filters u checks tas-sistema ta' rifriġerazzjoni kull 4 sa 6 xhur, u dan jiddependi fuq l-użu tal-unit. F'każ ta' Units antiki dan isir mas-sezzjoni ta' l-Air Conditioners fid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet (Marsa Garage). F'każ ta' units ġodda u taħt il-garanzija dan isir mill-kuntrattur. Din il-proċedura ilha stabbilita għal madwar tlettax-il sena.
Leg 9 PQ #26039 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' mpjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa li qegħdin fuq 'parental leave' huwa 182. Minn dawn 4 huma rġiel u 178 nisa. Dawn l-impjegati qegħdin fl-iskali kif ġejjin hawn taħt: Skala 5 - 3 nisa Skala 6 1 raġel 2 nisa Skala 7 - 8 nisa Skala 8 - 18 nisa Skala 9 - 17 nisa Skala 10 - 39 nisa Skala 11 - 15 nisa Skala 12 - 14 nisa Skala 13 - 13 nisa Skala 14 - 19 nisa Skala 15 2 irġiel 13 nisa Skala 16 - 5 nisa Skala 18 1 raġel 12 nisa ________________________________________________ 4 rġiel 178 nisa
Leg 9 PQ #26051 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Professur Calipur

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Professur Calipur ilu madwar sena w tlett xhur ma jiġi Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa qatt ma ġabet lill-Professur Calipur f'Malta dwar pazjenti fl-isptarijiet pubbliċi.
Leg 9 PQ #25367 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25412 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur ta' l-Isptar Boffa huwiex ta' detriment għas-saħħa tan-nies tal-Floriana?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-inċineratur ta' l-Isptar Boffa m'għadux jintuża.
Leg 9 PQ #25413 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ħuġġieġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ta' detriment għas-saħħa anke għall-impjegati u l-pazjenti ta' l-isptar Boffa peress li kull meta tinxtegħel il-ħuġġieġa l-isptar jintela bid-duħħan u nugrufun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-inċineratur ġewwa l-Isptar Boffa ma għadux jintuża.
Leg 9 PQ #25985 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Rajt ma Rajtx

Question

Jista' l-Ministru jara x'sar mill-iskrizzjoni li kien hemm ħdejn is-salib ta' "Rajt ma Rajtx" bejn B'Kara u San Ġwann?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-iskrizzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant, ġiet maqlugħa minn postha u merfugħa b'ordni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dan sar biex din l-iskrizzjoni ma ssirilhiex ħsara waqt il-bini ta` toroq li jwasslu għall-Isptar il-Ġdid.
Leg 9 PQ #26049 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Kliniċi Ċiniżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kliniċi Ċiniżi li jagħtui messaggi u kura ta' akupuntura, li bħalissa qed joperaw Malta? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-kliniċi Ċiniżi u meta fetħet kull waħda minnhom? Billi l-kura ta' messaggi Ċiniżi u l-akupuntura għandha valur kbir għall-fejqan ta' uġiegħ u mard ieħor, billi fl-isptar San Luqa kien hemm din il-kura b'xejn u llum ma għadiex u billi l-pazjenti li jixtiequ jużaw dan il-mezz ta' fejqan qed ikollhom iħallsu mijiet ta' liri biex iżuru l-kliniċi Ċiniżi, jista' l-Ministeru tiegħek herġa jiftaħ il-klinika tal-messaggi u akupuntara Ċiniża u għall-anqas joffri dan is-servizz b'xejn lil dawk li m'għandhomx mezzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Preżentament jeżistu tlett 'Acupuncture Clinics' joperaw f'Malta. L-informazzjoni hija kif ġej: Post fejn tinstab Sena meta fetħ et 1. The Mediterranean Regional Centre for Traditional Chinese Medicine, Corradino, Paola 1994 2. Aethenaeum Corinthia Palace Hotel De Paule Avenue, Attard 1998 3. 125, Room 4, St. George's Road, St.Julian's 1997 Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta` akupuntura mogħti mill-gvern qatt ma waqaf. Il-klinika ta` l-Isptar San Luqa ġiet trasferita għaċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fid-29 ta` Awissu 1994. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Ġunju 2000 dan is-servzz ġie estiż ukoll għall-Isptar Ġenerali ta` Għawdex.
Leg 9 PQ #26095 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

SVPR

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fis-swali ta' St Luke's li qed jistennew biex jiġu trasferiti fil-SVPR sala b'sala? Kemm ilhom fuq il-waiting lists?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: Ward Males Females M1 2 / M2 / 5 M3 7 / M4 / 8 M5 5 / M6 / 14 M7 4 4 M8 5 3 MSI 4 / MSII / / WSI / 1 WSII / 4 S3 1 / S4 1 1 ENT / 2 GDW / / Orth I / / Orth II 1 / Orth III / 3 Gynae / / Opthalmic / 1 L-iktar pazjent li ilu jistenna għall-St. Vincent De Paule ilu minn Ġunju 2000.