Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18675 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — PROs

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tgħid fil-mistoqsija parlamentari numru 18461.
Leg 9 PQ #19086 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni — Reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-anzjan li ismu jidher separatament, intalab iħallas is-somma ta' Lm1,192 minħabba li qalulu li saret reviżjoni tal-pensjoni tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19087 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jirċievi r-refund għal ħlas żejjed tat-taxxa li sar mill-persuna li isimha jidher separatament? Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata s-sitwazzjoni pererss li l-iżball sar mill-bank wara misunderstanding u ittra fin-numru ta' l-identita' nbidlet ma' ta' ħaddieħor?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18959 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti tal-Gvern — Internal Auditors

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm internal auditors mill-1995 sal-lum? Min huma (id-dettalji tagħhom)? Kif inhuma mqassmin fil-Ministeri/Dipartimenti tal-gvern? Kemm minnhom spiċċaw? Min huma li spiċċaw (id-dettalji tagħhom)? Għaliex spiċċaw? Wara li spiċċaw, jekk baqgħu jaħdmu, x'xogħol ingħataw u fejn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed nehmeż tabella li tagħti d-dettalji mitluba ħlief għall-ismijiet tal-Internal Auditors li l-Onorevoli Interpellant taprezza li mhiex etikament mixtieq. Niġbed l-attenzjoni ta' l-onorevoli membru li l-funzjoni ta' Internal Auditing fil-Gvern qegħda fil-fażi ta' "re-engineering". Dan jinkludi wkoll it-trasferiment tar-responsabilta għall-funzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi għall-Uffiċċju tal-Kabinett fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Id-Dipartiment tal-Awditjar Intern li għadu kif twaqqaf qiegħed fil-fażi ta' reklutaġġ ta' riżorsi umani addizjonali.
Leg 9 PQ #18960 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeri — Internal Auditor

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna liema ministeri kellhom internal auditor, iżda bħalissa jinsabu mingħajr internal auditor? Liema ministeri qatt ma kellhom internal auditor?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat aktar kmieni din is-sena, għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14598 tal-Onorevoli Angelo Farrugia, kif ukoll għat-tweġiba li qiegħed nagħti illum għall-mistoqsija parlamentari Nru. 18959 ta' l-istess Onorevoli interpellant. Il-Ministeri li qatt ma kellhom Internal Auditor huma il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #18964 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonanti

Question

Fir-rigward tal-pensjonanti li spiċċaw minn mal-gvern wara l-1.1.96 paġna 8 para. 5.3 tal-ftehim kollettiv dwar il-ħaddiema tal-gvern li ġie ffirmat bejn gvern u unions f'Diċembru 1998, hemm dan li ġej: "It is agreed that ad hoc arrangements on a personal basis will be made for public officers retiring during the years 1996 to the year 2000 to reflect, on a notional basis, increases in emoluments awarded to serving public officers." Dejjem skond l-istess ftehim dan l-arranġament suppost għandu jsir mill-1.1.2001, huwa minnu li l-accountant general għadu ma ħareġ ebda struzzjonijiet speċifiċi f'dan ir-rigward? Huwa minnu li hemm nuqqas ta' qbil bejn gvern u UHM dwar din il-problema, billi min-naħa tal-Ministru qed isostni li dan l-eżerċizzju għandu jinkludi fih biss lil dawk li spiċċaw bil-pensjoni mill-1999 'il hawn? Dan huwa hekk, dan ma jirriżultax f'pensjonanti li ġew maqlugħa barra mill-ftehim ta' Diċembru 1998 bil-wegħda li fl-1.1.2001 il-pensjoni tagħhom se tiġi aġġornata mal-ftehim kollettiv imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-ri-kompjutazzjoni tas-somma u żieda fil-pensjoni lill-pensjonanti taċ-Ċivil li spiċċaw is-servizz tagħhom bejn is-snin 1996 - 2000 tibda sseħħ minnufiħ li tinħareġ direttiva mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-"Accountant General" m'għandux għalfejn joħroġ xi struzzjonijiet dwar dan jew jieħu xi azzjoni oħra, ħlief li joħroġ malajr kemm jista jkun il-flejjes dovuti, maħduma skond il-ftehim milħuq.
Leg 9 PQ #18965 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Internal Auditor — Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi jekk ix-xogħol ta' l-Internal Auditor huwiex sodisfaċenti jew le, u fuq liema kriterji jsir dan? Kemm saru rapporti minn kull Internal Auditor kull sena? Individwalment, kemm saru audit reports min kull internal auditor?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ġiet mogħtija għal mistoqsija Nru : 18959. Inżid li s'issa l-"Internal Auditors" kienu jirrappurtaw biss lis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru li fiħ ikun assenjat. Il-kriterji li fuqhom jiġi deċiż jekk ix-xogħol ta' "Internal Auditors kienx sodisfaċenti jew le huwa kriterji ta' "Performance Management" fis-Servizz Pubbliku. L-informazzjoni l-oħra mitluba qed tingħata fit-tabella mehmuża. Rapporti li saru mill-Internal Auditors mill-1995. 1995 1996 1997 1998 1999 2000 Total Finanzi (1) 7 3 - - - - 10 Finanzi (2) 7 8 8 3 5 3 34 Finanzi (3) * - - - - - 5 5 Sigurta Soċjali (1) 11 6 9 6 8 2 42 Sigurta Soċjali (2) - - - - 0 0 0 Għawdex * 4 9 7 9 10 5 44 Xogħolijiet (1) 11 9 - - - - 20 Xogħolijiet (2) 12 8 4 - - - 24 Xogħolijiet u Ambjent (3) 20 17 19 9 12 2 79 Uffiċċju tal-Prim Ministru (1) - - - - 7 1 8 Uffiċċju tal-Prim Ministru (2) - - - - 7 3 10 Kunsilli Lokali 11 6 48 40 56 28 189 Edukazzjoni (1) 10 9 - - - - 19 Edukazzjoni (2) - 5 6 2 - - 13 Edukazzjoni (3) * - 5 7 8 9 7 36 Edukazzjoni (4) * - - - - 9 7 16 Affarijiet Barranin (1) - 3 4 - - - 7 Affarijiet Barranin (2) - - - - 8 2 10 Agrikoltura u Sajd * - 5 9 10 21 13 58 Intern - 6 4 3 6 5 24 Ġustizzja - 5 11 6 4 - 26 Trasport - 14 12 14 30 3 73 Saħħa (1) - - - - 7 2 9 Saħħa (2) - - - - 7 9 16 * Ifisser li dawn huam l-"Internal Auditors" li hemm fil-preżent.
Leg 9 PQ #19003 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Unjoni Ewropea — VAT

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18623, jista' l-Ministru jgħid meta nbeda l-kuntratt tal-konsulent dwar il-VAT u kemm-il siegħa ħa f'laqgħat sal-lum? Dwar it-tliet konsulenti fil-MFSC jista' jgħid jekk dawn għamlux xogħol marbut ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-konferma tal-kuntratt dwar il-leġislazzjoni tal-VAT saret fit-28 ta' Jannar 2000. Sa' llum saru tliet laqgħat u wkoll ħafna ħin ta' preparazzjoni, għalhekk mhinix f'pożizzjoni li ngħati aktar dettalji. Fir-rigward tal-MFSC, tnejn mit-tlett konsulenti ġew assenjati xogħol marbut ma' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #18994 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Sports — Finanzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18010, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-flus imsemmija għaddew għall-isport jew lil xi għaqdiet sportivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18994 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Sports — Finanzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18010, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-flus imsemmija għaddew għall-isport jew lil xi għaqdiet sportivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont mgħoddi għall-isports u għaqdiet sportivi hu ta' Lm215,000.
Leg 9 PQ #19106 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kummissjoni Dwar il-Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu l-membri tal-Kummissjoni dwar il-Privatizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19106 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kummissjoni Dwar il-Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu l-membri tal-Kummissjoni dwar il-Privatizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-Remunerazzjoni li għandha titħallas liċ-'Chairman' tal-'Privatisation Unit' għadha qed tiġi determinata. Il-membri l-oħra tal-'Privatisation Unit' ma jieħdu l-ebda remunerazzjoni.
Leg 9 PQ #18636 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li suppost jiġu segwiti meta f'xogħol fuq kuntratt pubbliku jiżviluppaw varjazzjonijiet qawwija fuq il-prezz oriġinali li bih il-kuntratt ikun intrebaħ? Kemm qed jiġu segwiti dawn il-proċeduri?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li varjazzjonijiet barra l-limitu tal-kundizzjonijiet tat-tender huma dejjem regulati mill-Public Service (Procurement) Regulations 1996 - Legal Notice 70/99. Il-klawsola relattiva 5(2) (m) taħt ir-Raba (4) skeda tistabillixi dawn ir-regolamenti li ġejjin:- 'Ir-RABA SKEDA’ (Regolament 5 (2) (m)) Ordnijiet ta’ Varjazzjoni 1. F’kull każ meta tenħtieġ approvazzjoni għal ordnijiet ta’ varjazzjoni għandha tinkiseb mid-Direttur qabel ma ssir xi rabta bejn id-dipartiment jew organizzazzjoni pubblika u l-kuntrattur. 2. Meta tintalab dik l-approvazzjoni, id-dipartiment jew organizzazzjoni pubblika għandhom jippreżentaw dokument li fih jispeċifikaw ir-raġuni u l-kawża ta’ dik il-varjazzjoni, l-effett fuq in-nefqa totali ta’ l-offerta u kull effett fuq in-nefqa rikorrenti li tirriżulta. 3. Fl-għoti jew fir-rifjut ta’ talba bħal dik għal varjazzjoni, id-Direttur għandu jispeċifika xi tkun l-opinjoni tiegħu dwar jekk dik il-varjazzjoni setgħetx ġiet evitata u l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-ġejjieni mid-dipartiment jew mill-organizzazzjoni pubblika sabiex tiġi evitata rikorrenza. 4. Id-Direttur għandu jżomm dokumentazzjoni sħiħa ta’ talbiet għal varjazzjoni inkluż isem il-kuntrattur involut u dettalji ta’ dawk id-dokumenti speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ din l-Iskeda. Dawn il-proċeduri huma invarjabilment segwiti mid-Direttur tal-Kuntratti fil-każ ta’ kull kuntratt publiku li jkun ingħata minnu. (Fejn ikun neċessarju jittieħed il-parir tal-‘adviser’ tekniku tal-Kumitat tal-Kuntratti). Varjazzjonijiet fuq kuntratti dipartimentali jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-Ministru konċernat, jew id-delegat tiegħu. Tali varjazzjonijiet barra l-limitu tal-kundizzjonijiet tat-tender, jiġu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern sa mhux aktar tard minn erba’ (4) xhur minn meta jkunu ġew approvati.
Leg 9 PQ #18641 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Speċi Protetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn kemm inqabdu persuni mill-uffiċjali tad-Dwana huma u jipprovaw idaħħlu Malta speċi protetti? X'tip ta' speċi: rettili, tjur u annimali kienu qed jipprovaw idaħħlu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn kien hemm 29 persuna li ttellgħu l-Qorti għax inqabdu mill-Uffiċjali tad-Dwana huma u jippruvaw idaħħlu Malta speċi protetti: L-ispeċi maqbuda kienu : 195 frieken 652 għasafar ħajjin 216 ġlud tal-għasafar 7 rettili ħajjin
Leg 9 PQ #18973 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Letters of Comfort/Bank Guarantees

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata skond il-benefiċċjarji, ta' letters of comfort/Bank guarantees li ta l-Gvern, kif kienet fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena bejn l-1979 u l-1995 (iż-żewġ dati inklużi)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18974 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Profitti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata skond l-azjenda tal-profitti akkumulati u li jappartjenu għas-sehem tal-gvern fl-azjendi u entitajiet parastatali skond il-kontijiet awditjati tagħhom għas-sena 1987?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #18975 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Posterity Fund — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw fondi mill-gvern, mill-Posterity Fund kull sena mill-1998 'il quddiem?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, ma’ ntuzaw l-ebda fondi mill-hekk imsejjah ‘Posterity Fund’.
Leg 9 PQ #18976 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Ammonti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jagħti stima raġjonevoli ta' l-ammonti dovuti mill-Gvern (inklużi ammonti kontestati jew li l-kontijiet relattivi kienu għadhom ma waslux għand il-Gvern) fil-31. 12. 99 rigward: (a) akkwist ta' proprjeta' għal skopijiet pubbliċi; (b) refunds ta' Income Tax/CET - VAT, taxxi oħra bħal Dwana u Sisa; (ċ) ammonti dovuti/arretrati taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali; (d) arretrati ta' pagi, overtime, allowances u pagamenti oħra li jaqgħu taħt il-Personal Emoluments; (e) kontijiet oħra li jaqgħu taħt: Operational and Maintenance Expenses; Programmes and Initiatives; Contributions to Government Entities; Proġetti Kapitali; u Contingent Liabilities oħra li l-gvern jista' jkollu jagħmel tajjeb għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont dovut mid-Dipartiment tat-Taxxi sal-31.12.99 rigward refunds ta’ Income Tax kien ta’ Lm18.27 miljun. Dan l-ammont kien kollu dovut għas-sena 1998 u s-snin ta’ qabel. Mis-sena 1999 il-quddiem, taħt is-sistema tas- self assessment , ir- refunds jitħallsu mal-ħruġ tar-rendikont jiġifieri fi żmien 6 xhur mid-data tat- tax return . L-ammont totali ta’ kreditu eċċessiv mitlub minn persuni reġistrati taħt it-tlett sistemi tal-VAT u tas-CET u li kellu jitħallas fix-xhur ta’ wara fiż-żmien stipulat bil-liġi kien ta’ Lm14,328,720.57. Dan l-ammont inbidel maż-żmien skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati bgħatu sakemm ġie biex jitħallas il-kreditu eċċessiv. Skond ir-'record' tad-Dipartiment tad-Dwana, ma jirriżultax li hemm xi ammonti dovuti mid-Dipartiment rigward dak li hu msemmi f'(a), (b), (c), (d) u (e) tal-mistoqsija. Hija proċedura doganali li ammonti jiġu depożitati mad-Dipartiment f'każ ta' dubbju ta' klassifika ta' prodotti, fl-assenza ta' ċertifikati ta' oriġini, f'importazzjonijiet temporanji u f'xi każi oħra. Billi din hi proċedura normali, l-ammonti depożitati mad-Dipartiment mhumiex ikkunsidrati bħala ammonti ikkontestati. F'każ ta' talbiet għal rifużjoni ta' dazju jew 'levy', dawn huma normalment issetiljati fi żmien raġonevoli billi dejjem ikun hemm fondi disponibbli għar-rifużjoni tagħhom. Dawn il-każijiet ikunu issetiljati billi l-ammonti jiġu mogħtija lura lill-importatur jew mgħoddija bħala revenue. Bħal ma jsir kull sena, qabel għalqet is-sena 1999, id-dipartimenti kollha tal-Gvern ġew imħeġġa jħallsu l-kontijiet li seta kellhom pendenti (basta jkunu ċertifikazzjoni etc, il-proċeduri meħtieġa saru matul din is-sena u pagamenti relattivi għalhekk saru fix-xhur li għaddew din is-sena. Fil-fatt, il-pożizzjoni llum hi tali li pagamenti jiġu proċessati mid-dipartimenti fiż-żmien proprju tagħhom wara li jkunu ċertifikati korretti. Fil-każ ta' spejjeż kapitali, hemm każ pendenti tat-toroq li l-claims relatati tiegħu jammontaw għal Lm2.1 miljuni. Bħala contingent liabilities wieħed jista' jsemmi l-art li għaddiet għand il-Gvern u li għaliha, għal xi raġuni jew oħra, ma tkunx għadha nħarġet in-"notice to treat". Każijiet pendenti mill-1972 'il hawn jammontaw għal madwar Lm33 miljun. Fil-każ ta' spejjeż rikorrenti, hemm spejjeż pendenti ta' madwar Lm200,000 marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju. Dawn issa qed jitħallsu u hu maħsub li l-kontijiet dwar dan is-suġġett jingħalqu qabel l-aħħar ta' din is-sena. Fl-aħħarnett, ammonti dovuti oħra jirrigwargjaw spejjeż mediċinali. Qed isir arrangament bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-management ta' l-Isptar biex ftit aktar minn żewġ miljun lira jitħallsu sa l-aħħar ta' din is-sena. Il-mistoqsijiet (a) u (ċ) ma jikkonċernawx il-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #18977 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Treasury Cash Books

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jirrikonċilja u jiċċertifika l-bilanċi skond it-Treasury Cash Book mal-bilanċi sottomessi mill-Bank Ċentrali rigward: (1) Cancelled Drafts li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Awwissu 1999; (2) Remittance Stataments li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Lulju 1997; (3) Cheque Reconciliations li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Settembru 1994; (4) Unpresented Drafts li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Settembru 1994; (5) Credit Notes li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Ġunju 1992; u (6) Debit Notes li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Awwissu 1998? U kemm hi d-diskrepanza preżenti f'kull każ sal-31.12.99?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant illi figuri moghtija f’dan l-istadju ikunu superfluwi billi dawn jista’ jkollhom jigu riveduti peress li l-process kollu qed isir manwali. Xoghol bhal dan jehtieg sistema komputerizzata u jinvolvi numru ta’ aggustamenti. Ghaldaqstant, figuri ezatti ikunu jistghu jinghataw meta jinghalqu ix-xhur rispettivi. L-‘ispecifcations’ tas-sistema tal- ‘Bank Reconciliation’ gew iffinalizzati u ghandhom jigu implimentati appena jigu kompluti progetti ohra li ghaddejjin bhalissa.
Leg 9 PQ #18434 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18067?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 18385.