Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Xiri ta' Fond

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikaw biex jixtru l-fond tagħhom fil-Birgu aktar minn 20 sena ilu jsirilhom il-kuntratt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kuntratt għax-xiri tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant ma jistax jiġi finalizzat qabel ma t-titolu legali tal-fond jiġi trasferit mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet fuq l-Awtorita’ tad-Djar.

Bormla — Manutenzjoni ta' appartament

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward irranġar fil-fond tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħol fuq is-saqaf fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant ġie approvat mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar u mistenni li jsir mill-ħaddiema ta’ l-istess Dipartiment fil-futur immedjat.

Ta' Xbiex HE — Manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-policy dwar talbiet ta' plastering, tkaħħil tal-fili, eċċ. fuq postijiet tal-gvern meta wħud mill-inkwilini jkunu xtraw il-post tagħhom u oħrajn le? Kien hemm xi każi riċenti fejn saru xogħlijiet simili fuq blocks simili f'Ta' Xbiex housing estate fejn il-maġġoranza tal-flats tal-block kienu mixtrija mill-ex-inkwilini?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, biex ikun hemm uniformita' fil-faċċati tal-blokk kollu, l-policy tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar dwar is-suġġett indikat mill-Onor. Interpellant hi li x-xogħol isir mid-Dipartiment jekk fil-blokk ikun hemm mill-anqas żewġ appartamenti li jkunu bil-kera. Ninsab infurmata wkoll li l-imsemmi d-Dipartiment ma jżommx record tan-numru ta' appartamenti fi blokk li jkunu nxtraw mill-inkwilini. B'dankollu l-implimentazzjoni ta' din il-policy ma teskludix li x-xogħlijiet fil-faċċati ta' blokki jsiru mid-Dipartiment minkejja li l-maġġoranza ta' l-appartamenti jkunu nxtraw mill-inkwilini, sakemm żewġ appartamenti fil-blokk ikunu għadhom bil-kera.

Awtorita' tad-Djar — File no. HA2 46/2006

Question

Tista' il-Ministru tara li jiġi mħallas il-bilanċ dovut skond il-file no. HA2 46/2006? Jekk diġa' tħallas, meta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-sussidju approvat dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor Interpellant tħallas kollu f'żewġ pagamenti, fis-17 u fit-23 ta' Awissu 2006.

Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Tista' il-Ministru tistħarreġ il-possibbilta' li koppja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikunu megħjuna aktar b'servizzi soċjali minħabba li l-mara spiċċat persuna diżabbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tistħarreġ il-possibbilta' li koppja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għall-pensjoni barranija kif kienet tieħu xi ftit tas-snin ilu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Housing Department/Authority

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li housing department se jiġi amalgamat mal-housing authority, u jekk hu l-każ x'se jiġri mill-ħaddiema fi ħdan dan id-dipartiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif kelli opportunita' ngħid fi Tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti kif ukoll f'okkażjonijiet pubbliċi, il-funzjonijiet tas-settur tal-housing, li preżentament jaqgħu taħt l-Awtorita' tad-Djar, id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ser jiġu amalgamati f'entita' waħda. Għalkemm għadhom għaddejjin diskussjonijiet interni dwar is-suġġett, hu maħsub li l-impjegati fi ħdan id-Dipartimenti msemmija jibdew jiffurmaw parti minn din l-entita'.

Konservatorju Vincenzo Bugeja — Programm Fejda

Question

B'riferenza għal vacancies li kien hemm mal-Konservatorju Vincenzo Bugeja għall-programm Fejda, tista' il-Ministru tgħid: 1) X' vacancies kien hemm? 2) Min ħadhom? Fuq liema kriterji ġew magħżula in-nies? 3) Meta ħarġu l-applikazzjonijiet? Meta saret l-għażla? 4) Għalfejn kellhom jerġgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet mill-ġdid?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-Programm Fejda kien hemm vakanzi ta' żewġ full-time Care Workers u numru żgħir ta' bejn tnejn u tlett reliever Care Workers. Sejħa għall-applikazzjonijiet dwar dawn il-vakanzi ġiet ippublikata f'gazzetta lokali tal-Ħadd, 30 ta' Lulju 2006. Ninsab infurmata wkoll li ż-żewġ full-time Care Workers li huma Ms Domenique Bonnici u Ms M'Anne Farrugia, ġew magħżula reċentement filwaqt li l-proċess ta' l-għażla tar-relievers għadu sejjer. L-għażla, kemm tal-full-timers kif ukoll tar-relievers, issir a bażi ta' l-esperjenza, t-taħriġ u l-ħila relatata max-xogħol partikolari f'dan il-qasam, li jkollhom l-applikanti. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li ma kellhomx jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet mill-ġdid. Fil-fatt l-aħħar applikazzjonijiet u ngaġġ fi Programm Fejda sar aktar minn sena ilu.

Ħaddiema tas-servizz pubbliku

Question

Tista' il-Ministru tgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tagħha u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) tpoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat li l-informazzjoni mitluba tirrekjedi ħafna ħin u fiċ-ċirkustanzi illi bħalissa l-Gvern qed jevalwa s-sitwazzjoni tal-"fixed - term" (ara risposta PQ 19741), ma jinħassx li għandha tingħata risposta dettaljata f'dan l-istadju.

Isla — Lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid u tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti tal-qagħda tal-lift ta' Blokk A, Blokk B, Blokk C, Dockyard Terrace l-Isla? Tikkonfema jekk dawn jaħdmux jew le? Ta' min hi r-responsabbilta' biex jiġu rranġati, jew jekk mhux f'kondizzjoni tajba ta' min hi r-responsabbilta' biex dawn jinbidlu, tas-sid jew ta' l-inkwilini?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-blokki ndikati mill-Onor. Interpellant mhumiex proprjeta' ta' l-Awtorita tad-Djar jew xi Dipartiment li jaqa taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex koppja b'żewġt itfal mix-Xgħajra u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jgħixu f'kamra waħda qatt ma ġew ipprovduti post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? X'tama hemm li dawn ikollhom post alternattiv? X'għamel s'issa u x'qed ikompli jagħmel il-Ministeru biex tissolva din il-problema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, fil-fatt, ir-residenza tal-familja ndikata mill-Onor. Interpellant ma tikkonsistix biss f’kamra waħda. Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.

Awtorita' tad-Djar — Servizz tal-Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjana armla minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha saqaf ikkundannat tibbenefika mis-servizz care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Każi dwar abbuż fuq tfal

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu rappurtati f'Malta u Għawdex lill-aġenzija Appoġġ jew lil xi aġenzija oħra li taqa' taħt il-Ministeru tagħha, każi ta' abbużi fuq it-tfal kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? Dwar xiex kienu dawn l-abbużi eż: swat mill-ġenituri, sesswali, eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ommijiet xebbiet f'Malta u Għawdex kienu qed jirċievu għajnuna soċjali mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali? Kemm minn dawn kienu ommijiet taħt l-eta' ta' l-iskola? Tista' il-Ministru tagħti rendikont għal kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' single parent families f'Malta u Għawdex li kienu jirċievu benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006? Liema huma l-benefiċċji li dawn il-familji huma ntitolati għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Single Parents — White Paper

Question

B'riferenza għall-white paper li l-Ministru kienet ippubblikat diversi snin ilu rigwardanti miżuri, fost l-oħrajn sabiex is-single parent children ma jibqgħux jiġu diskriminati, tista' tgħid meta hi beħsiebha timplimenta din il-white paper meta tikkonsidra l-fatt li kulma jmur iż-żmien dawn iċ-ċirkostanzi dejjem qed jiżdiedu u kemm is-single parents kif ukoll it-tfal tagħhom qed ikollhom jiffaċċjaw diversi problemi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li ma jirriżultalix li ppublikajt White Paper dwar jew li jinkludi s-suġġett indikat mill-Onor. Interpellant nitolbu jikkjarifika għal liema dokument qed jirreferi.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ġie mċaħħad minn xi flus tar-relief li hu ntitolat għalihom, jingħatawlu lura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha. Irrid niċċara li din il-persuna ma ġietx imċaħħda mill-Għajnuna Soċjali li kellha dritt għaliha. Id-dewmien fil-ħlas ta' din l-Għajnuna kien dovut għax din il-persuna ma kienetx qed tirreġistra għax-xogħol. Issa li ngħatat il-prijiorita' fir-reġistrazzjoni, d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali diġa' ħallas l-ammont dovut b'lura.

Tigne'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dawl li hemm fuq barra ġo clock tower block fejn joqogħdu ex-residenti ta' Tigne' hux se jitħallas mill-gvern jew mir-residenti lokali? Tista' tgħid jekk xi ħsarat li hemm ġo dawn ir-residenzi hux se jiġu rranġati mill-gvern jew mill-MIDI?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li għad trid tittieħed deċiżjoni dwar il-ħlas tad-dawl li hemm fuq barra tal-blokk li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li l-MIDI qablu li jsewwu xi ħsarat żgħar li kien hemm fir-residenzi ndikati. Ninsab infurmata wkoll li dawn ix-xogħlijiet jinsabu fi stat avanzat.

Tigne' — Clock Tower Block

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ir-residenti ta' clock tower block Tigne' ma jistgħux jużaw il-lift li hemm fil-block u li huwa lest?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-lift tal-blokk li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma jistax jintuża għax ħadd mir-residenti ma jrid jieħu responsabbilta' ta' dan il-lift u t-telephone stallat fih.

Tigne — Clock tower Block

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ir-residenti ta' clock tower block Tigne' ingħataw parking space ta' karozza waħda meta fil-fatt skond il-kuntratt kellhom ikollhom tnejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-iskrittura privata li l-inkwilini tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant iffirmaw flimkien mad-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Awtorita' tad-Djar jirriżulta li fil-fatt l-inkwilini kellhom jiġu allokati garage space wieħed fl-ispazju komuni għal dan il-għan.