Legislature:
Category:
Reset
Active:

Student

Question

Jista' il-ġuvni li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa biex jiżviluppa l-life skills li se jkollu bżonn fis-snin li ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudent imsemmi li qiegħed fil-ħames sena, qed jieħu t-tagħlim kurrikulari li jinkludi fih lezzjonijiet tal-PSD. L-istudent għandu wkoll is-servizz ta' facilitator (shared). Il-facilitator qed tkompli tgħinu jizviluppa l-life skills li għandu bzonn. Ser ninteressa ruħi personalment biex nara x'għajnuna oħra jista' jingħata dan iż-żgħażugħ.

MCAST — Early Years Education course

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi hemm bżonn jittieħdu biex l-istudenti li temmew il-kors "Early Years Education" tad-Diploma Nazzjonali MCAST għas-snin 2003-2005, ikollhom il-kors rikonoxxut biex ikunu eliġibbli li jgħallmu fil-Kindergarten ta' l-istat? Meta se jittieħdu dawn il-passi? X'wassal biex dan il-kors ma jkunx rikonoxxut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-4 ta' Lulju 2006 saret laqgħa għal dawk l-istudenti kollha li temmew il-kors Early Years Education tal-BTEC Diploma Nazzjonali għas-sena 2003-2005. Waqt din il-laqgħa l-istudenti ngħataw tagħrif dwar l-arranġamenti li se jsiru biex ikollhom il-kors rikonoxxut ħalli jkunu eliġibbli li jgħallmu fil-Kindergarten ta' l-Istat. Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni talbet li l-istudenti jiksbu esperjenza speċifika addizzjonali. Il-Kulleġġ qabel ma' din t-talba.

Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rappurtati fuq il-post tax-xogħol matul din is-sena? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu sfortunatament fatali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li statistika dwar inċidenti (mhux fatali) fuq il-post tax-xogħol tinżamm mid-dipartiment tas-Sigurta Soċjali. Informat ukoll li matul l-2006 ġew irraportati seba’incidenti fatali.

Junior College — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-Junior College li kienu fit-tieni sena matul is-sena akkademika li għaddiet u li f'din is-sena se jirrepetu? Jista' jgħid ukoll kif dan jitqabbel mas-sentejn li għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Studenti fit-tieni sena li qegħdin jirrepetu fil-Junior College: F'din is-sena 2006 194 Fis-sena 2005 178 Fis-sena 2004 187

Eżami intermedjarju tat-Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fir-resit ta' l-eżami intermedju tat-Taljan sar biss l-eżami tal-kitba u ma sarux l-orali u l-listening comprehension? X'effett kellu dan il-fatt, jekk inhu hekk, fuq ir-riżultat finali ta' dawk li rrepetew dan l-eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għar-resits ta' l-ezamijiet fil-lingwi tal-MATSEC, normalment ma jsirux orali u listening comprehension izda l-kandidati jingħataw il-marki li jkunu ġabu f'dawn il-komponimenti ta' l-ezami fis-sessjoni ta' Mejju. Informat li dan isir biex jitħaffef il-proċess tal-ħruġ tar-rizultati qabel il-bidu tas-sena akkademika. F'Settembru l-ezamijiet ta' orali u/jew tal-listening comprehension isiru biss għal dawk il-kandidati li jkunu tilfuhom f'Mejju minħabba mard jew xi raġuni valida.

MCAST — Foundation course in Mechanical Engineering

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibdew l-istudenti li applikaw għall-foundation course fil-Mechanical Engineering li se jsir ġewwa l-MCAST tan-Naxxar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li jekk l-Onor. Kollega qed jirreferi għall-kors fl-Inġinerija u Kostruzzjoni, dan il-kors beda nhar it-Tnejn 16 ta' Ottubru 2006. Dan ġara minħabba li fit-tieni sejħa għall-applikanti reġa' kien hemm 70 applikant li ġew milqugħa kollha.

Proġett EkoSkola

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'support qed jagħtu l-ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-proġett EkoSkola? Jista' jgħid ukoll x'riżorsi ġew u qed jiġu allokati għal dan il-għan? Jista' jgħid jekk hux qed jiġu allokati riżorsi umani kwalifikati f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-proġett EkoSkola, d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni allokat numru ta' għalliema biex ikunu fil-proġett EkoSkola. Għalliem kwalifikat li qiegħed fil-Paripatetic Service (Science) qed jiffoka fuq is-Settur Primarju. Ħames għalliema kienu identifikati għas-Settur Sekondarju. Wieħed minnhom, li rċieva t-taħriġ meħtieġ qiegħed jaħdem fuq dan is-settur. Tnejn oħra ġew identifikati biex jaħdmu f'dan il-qasam.

Uffiċjali edukattivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali edukattivi nieqsa u f'liema suġġetti? Jista' jgħid ukoll kemm suppost għandu jkun in-numru ta' dawn l-uffiċjali edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 39 post ta' Uffiċjali Edukattivi vakanti bħalissa. Tajjeb ngħid li għaddejja ristrutturazzjoni fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni skond kif stipulat fl-Att XIII (2006) dwar l-Edukazzjoni. Wieħed għadu ma jistax jgħid f'liema speċjalizzazzjonijiet ser ikun hemm vakanzi jew kemm ser ikun hemm f'din il-posizzjoni.

Junior College/Universita' — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti jattendu l-Junior College u l-Universita' minn Marsaxlokk, Birżebbuġa, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Kalkara, Birgu, Bormla, Isla u Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Kors tal-Mediċina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet partikolari skond Regolamenti 2.2(a) iii u (b) klawsola tal-maturita' li għalihom ma ntlaqgħetx l-applikazzjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex din is-sena akkademika jibda l-kors tal-mediċina fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Higher Secondary — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ġejjieni hemmx il-ħsieb li l-istudenti li jattendu l-iskola Higher Secondary jingħataw xi forma ta' stipendju?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-maġġoranza ta' l-istudenti li jattendu l-Iskola Sekondarja Għola Giovanni Curmi diġa' jieħdu Għotja ta' Manteniment l-istess bħalma jieħdu l-istudenti li jattendu l-MCAST, il-Junior College u 6th Forms privati. Informat ukoll li f'din l-iskola, hemm faxxa ta' studenti li qed jagħmlu dak li jissejjaħ Revision Course, li m'humiex intitolati għall-Għotja ta' Manteniment. Dawn huma studenti li għad ma għandhomx kwalifiki biżżejjed biex jibdew kors post sekondarja iżda din l-istituzzjoni qed toffrilhom l-opportunita' billi għalqu s-16-il sena, li jibqgħu jistudjaw u tippreparahom biex ikunu jistgħu jiksbu l-kwalifiki meħtiega fil-livell ordinarju tas-Sec biex jibdew kors post sekondarju u allura huma wkoll, eventwalment ikunu ntitolati għall-Ghotja ta' Manteniment.

Scholarships

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19302 li saret fis-seduta tat-22/05/06 u li tweġiba kellha tingħata f'seduta oħra, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw scholarships għall-korsijiet barra minn Malta fl-aħħar sitt snin? Jista' jgħid f'liema universitajiet jew kulleġġi ngħataw dawn l-ischolarships u f'kull każ individwali jgħid kemm ħallas għalihom il-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Junior Lyceum — Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li għaddew mill-eżamijiet tal-junior lyceum f'dawn l-aħħar ħames snin, lokal lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti barranin jistudjaw fl-Univerista' ta' Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? X'kien id-dħul ta' l-Universita' ta' Malta minn dawn l-istudenti? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li ġew jistudjaw fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Skejjel ta' l-Istat — Għalliema li waslu biex jirtiraw

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li mistennija jirtiraw bl-eta' f'din is-sena skolastika? X'suġġett jgħallmu u f'liema skejjel qegħdin, jiġifieri, primarji, sekondarji, eċċ.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'din is-sena skolastika 2006/2007, 54 għalliem/a ser jagħlqu 60 sena. Minn dawn 10 diġa' rtiraw jew infurmaw li ser jirtiraw malli jilħqu s-60 sena. Filwaqt li 40 għalliem mistennija jilħqu l-eta' ta' 61 sena matul din is-sena skolastika. Dawn l-għalliema mqassmin hekk: Primarja Sekondarja Sezzjonijiet TOTAL Oħra 60 sena 2 6 2 10 61 sena 15 19 6 40 Is-suġġetti li jgħallmu l-għalliema li jinsabu fl-iskejjel sekondarji huma dawn: Matematika, Franċiz, Arti, Craft, Ingliz, Xjenza, Malti, Għarbi, Storja, Fizika, Komunikazzjoni Grafika, Teknoloġija ta' l-Informatika, Needlework, Business Studies u Edukazzjoni Fizika.

Skejjel — Kapijiet u assistenti kapijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet li se jirtiraw minħabba l-eta'? F'liema skejjel qegħdin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġ Kapijiet ta' skola primarja ser jagħlqu sittin sena u ser jirtiraw u sebgħa Kapijiet ta' skola -5 primarja u 2 sekondarja- mistennija jagħlqu wieħed u sittin sena. Informat ukoll żewġ Assistenti kapijiet ta' skola -waħda primarja u oħra sekondarja- ser jirtiraw wara li jagħlqu s-60 sena, filwaqt li 14 l-Assistent kap ta' skola - 9 primarji u 5 sekondarji - mistennija jagħlqu 61 sena.

Gżira — Triq Manoel de Vilhena

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20880, jista' il-Ministru jgħid jekk saritx l-ispezzjoni msemmija u x'irriżulta? Jekk ma saritx, meta se ssir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispezzjoni fil-post imsemmi diġa' saret. Instab li l-garaxx in kwestjoni ilu jopera għal numru ta' snin bħala garaxx ta' mekkanik. Informat li l-uffiċjali ta' l-Awtorita' tas-Sigurta' u s-Saħħa fuq il-Postijiet tax-Xogħol irraportaw li l-garaxx huwa organizzat, nadif, b'extractor addatt li ma jarmix dħaħen barra lejn in-nies. Informat li l-kwestjoni mhix ġudikata waħda ta' saħħa li taqa' fil-mansjoni ta' l-Awtorita' ta' Saħħa u Ħarsin fuq il-post tax-xogħol.