Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #5822 Sitting 132 2004-05-24 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Musicians union — Uffiċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-union tal-mużiċisti? Kemm-il darba ltaqa' magħhom? Jaf meta saret l-aħħar laqgħa ġenerali annwali ta' din il-union? Jista' jgħid kemm hu n-numru tal-mużiċisti (full paid) li jsostnu din il-union?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #5824 Sitting 132 2004-05-24 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Servizz ta' xarabank visitMalta

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Malta tourism authority qed toħroġ Lm60 kuljum għas-servizz tax-xarabank visitMalta? Jekk fl-affermattiv, minn liema fond qed jinħarġu dawn il-flus?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ma qiegħda tagħmel l-ebda pagament biex jingħata s-servizz tal-Visitmalta. Minn April 2004, ir-responsabilta' li jingħata s-servizz hija kollha kemm hi f'idejn l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. Fi kliem ieħor, l-ATP huma responsabbli għall-infieq biex jingħata s-servizz u il-qliegħ li s-servizz jiġġenera jinżamm mill-ATP.
Leg 10 PQ #5871 Sitting 132 2004-05-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li huwa responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa għal kiri ta' karozzi mill-Ministeru u mill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hija kif ġej: 2002 Lm 62,516.70 2003 Lm 73,312.05 2004 Lm 33,109.46
Leg 10 PQ #5556 Sitting 131 2004-05-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Impjegati ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ mpjegati ġodda li ġew ingaġġati ma’ korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tat-Turiżmu u Kultura fil perjodu Jannar/April 2003 huwa kif gej: Korporazzjoni/Aġenzija/Kumpanija Għadd Awtorita` għat-Turiżmu ta' Malta 1 Dipartiment tat-Turiżmu 1 Ċentru Malti għar Restawr 9 Fondazzjoni Patrimonju Malti 0 Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali 0 Heritage Malta 1 Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti 4 ( 1 b'kuntratt) Total 16

Arei turistiċi — Xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policydwar xogħol ta' kostruzzjoni li jsir f'areas turistiċi matul ix-xhur tas-sajf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-press release maħruġa s-sena l-oħra dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'areas turistiċi, liema policy għada tgħodd.
Leg 10 PQ #5562 Sitting 130 2004-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Permessi mill-awtoritajiet turistiċi — Disco

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bini ta' Palazzo Pescatore / Ex Puschka f'San Pawl il-Baħar għandhux il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet turistiċi biex jopera bħala disco?Jekk għandu l-permessi meħtieġa jista' jgħid meta ħarġu dawn il-permessi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Awtorita` tat-Turiżmu, li ħadet ir-risponsabilta` mill-Pulizija ta' liċenzji ta' bars u discos mis-sena 2002, ġeddet il-liċenzja tal-"Palazzo Pescatore" kif kienet fis-snien ta' qabel tinħareġ mill-Pulizija. Din tkopri, fost affarjiet oħra, sub licence ta' Lm 500 "to hold dances from 6.00 pm to 11.00 pm daily". L-operatur qed jinterpreta din is-sub licence bħala waħda li jista' jżomm disco, filwaqt li l-Pulizija, li oriġinarjament ħarġuha, qed jinterpretawha li ma tagħtix l-operatur id-dritt li jżomm disco. Il-każ qiegħed il-Qorti u l-kawża għadha qed tinstema. Għaldaqstant inħoss li, sakemm ikun hemm is-sentenza tal-Qorti, għandi b'korrettezza u etika, nieqaf hawn.
Leg 10 PQ #5582 Sitting 130 2004-05-17 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dipartiment tal-mużewijiet — Vacancy dwar safety

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk inħarġitx vacancy fid-dipartiment tal-mużewijiet dwar safety? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk din hix tailor-made għall-individwu partikolari li għadu mhux impjegat mal-gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jekk l-Onor Membru qed jirreferi għal Heritage Malta, ninsab infurmat li din l-aġenzija għaddiet mill-proċeduri kollha tal-MIMCOL u l-ETC sabiex f'nofs April 2004 ħareġ avviż fil-gazzetti għal reklutaġġ ta' Manager Safety and Security. Dan l-avviż għalaq fit-3 ta' Mejju u kien hemm 'il fuq min erbgħin applikazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li twaqqaf Bord biex jagħmel il-proċess ta' rekluttaġ. Heritage Malta jiċħdu kategorikament li hemm xi arranġament ulterjuri.
Leg 10 PQ #5632 Sitting 130 2004-05-17 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tour companies — Excursions mingħajr gwida

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5224 u jgħidli kemm-il darba l-enforcement section tal-MTA marret u ċċekkjat dawn l-irregolaritajiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma jaf l-Onor Interpellant, skond ir-regolamenti ta' l-2002 dwar "Operaturi ta' l-Ivjaġġar u l-Operaturi ta' Ġiti Organizzati" (L.N. 129 ta' l-2002), kull ġita organizzata għanda jkollha s-servizz ta' gwida tat-turisti liċenzat (Artiklu 5(4)) u kull ġita organizzata jkollha itinerarju sħiħ (Artiklu 5 (2)). Il-liċenzja li hemm bżonn għal din l-attivita` hi dik ta' "operatur ta' ġiti organizzati", li tinħareġ mill-Awtorita` tat-Turiżmu. L-Enforcement Directorate ta' l-MTA ħadet passi legali kontra ħames operaturi, li organizzaw ġiti f'mini coaches u mingħajr gwida tat-turisti liċenzat. Id-Directorate jesiġi programm sabiex jiċċekja regolarment dawn l-operaturi.
Leg 10 PQ #5023 Sitting 129 2004-05-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Palazz Vilhena — Imdina

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li għamlu t-Taljani ftit taż-żmien ilu fuq il-Palazz Vilhena ġewwa l-Imdina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #5491 Sitting 129 2004-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipments matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u office equipment ieħor matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena hija ta' Lm 7,205.78. In-nefqa għall-istess perjodu tas-sena 2003 kienet ta' Lm 6,735.02
Leg 10 PQ #4992 Sitting 128 2004-05-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Direttur Orkestra Nazzjonali

Question

Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tad-Direttur ta’ l-Orkestra Nazzjonali li qed jitħallas minn fondi pubbliċi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #4993 Sitting 128 2004-05-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

SĦUBIJA TA’ MALTA FL-UE — ĊELEBRAZZJONIJIET

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jkun hemm spejjeż addizzjonali minbarra s-somma ta’ Lm235,000 li hemm ivvotata fil-budget għaċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm sponsorships sabiex jagħmlu tajjeb għal dawn l-ispejjeż addizzjonali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Huwa maħsub li l-ispiża finali għall-festi li ser isiru tlaħħaq għal madwar Lm 415,000. Hemm xi attivitajiet li l-ispejjeż għalihom ser isiru mill-privat.
Leg 10 PQ #5441 Sitting 127 2004-05-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Festi tal-Karnival — Ħlas ta' premjijiet għall-karrijiet rebbieħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħlas tal-premjijiet għall-karrijiet rebbieħa tal-Karnival għadu ma sarx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-pagamenti tal-Karnival 2004 qegħdin jinħadmu u ser jinħarġu fi żmien qarib.

Fondazzjoni Konkatidral ta' San Ġwann — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu d-direct orders u x'kien il-valur tagħhom li ngħataw mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann? Min jawtorizza dawn il-ħlasijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Fondazzjoni Konkatidral ta' San Ġwann — Ħaddiema li jdawru t-turisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif intagħżlu l-ħaddiema mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann li jdawru t-turisti? Kif intagħżlu l-periti u l-konsulenti l-oħra? Qatt saret sejħa pubblika qabel ma saret l-għażla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Fondazzjoni Konkatidral ta' San Ġwann

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellha dħul il-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann minn meta twaqqfet sal-lum? Kemm hu d-dħul tal-fondazzjoni mill-kirjiet tal-ħwienet li hemm fil-blokk? Kif intużat l-għotja ta' Lm300,000 li saret mill-gvern lill-korporazzjoni? Min jivverifika l-kotba ta' l-accounts tal-fondazzjoni? Dawn isiru indipendentement minn dawk tal-gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #5536 Sitting 127 2004-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Palazz tal-President — Tisjir fil-Kuridur quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4678 u ċioe' jgħid għaliex għadu ma ħax passi sabiex ma jsirx tisjir fil-kuridur tal-palazz tal-Parlament quddiem l-uffiċċju tal-Prim Ministru, liema intervent ta' tisjir qed jikkawża ħsarat lill-patrimonju tal-palazz partikolarment il-pittura u l-induratura?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan il-każ qiegħed jiġi investigat.

Għaqdiet sportivi u kulturali — xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5209 u cioe' jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tagħrif fuq sponsorships mill-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu kif ukoll fuq għajnuna in kind mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti lil entitajiet skond kif mitlub mill-Onor interpellant. Tajjeb ukoll li wieħed jagħmel referenza għall-informazzjoni li qgħedt fuq il-mejda tal-kamra għar-rigward tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 5325. Din kienet tinkludi donazzjonijiet finanzjarji diretti lil clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali.

Bajjiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi aċċertat li l-baħar u l-bajjiet ikunu nodfa għal dan is-sajf issa li qed javviċina dan l-istaġun?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tat-Tindif tax-Xtut introduċiet sistema sabiex it-tindif tal-bajjiet jibqa' għaddej anke fix-xitwa. Mis-sena l-oħra, kemm-il ħaddiema kif ukoll l-inġenji li jintużaw għal dan ix-xogħol baqgħu għaddejjin ineħħu l-alka fix-xitwa wkoll, minflok li din tibda titneħħa f'Mejju kif kienet il-proċedura qabel. Ninforma lill-Onor interpellant illi minn Jannar 2004 sal-lum tneħħew 404 vjaġġ alka u materjal ieħor min-naħa t'isfel ta' Malta u 1,156 vjaġġ min-naħa ta' fuq. Barra dan, il-bajjiet baqgħu jitnaddfu kuljum minn karti, plastic u materjal ieħor li jinġabar minn fuq ir-ramliet. F'Ġunju li ġej, din it-Taqsima tibda tagħmel użu minn sand sifters sabiex ir-ramliet l-aktar frekwentati jiġu mnaddfa aħjar b'dawn l-inġenji. Apparti ix-xogħol ta' tindif, din is-Sezzjoni tieħu ħsieb li taħdem u twaħħal slielem madwar Malta sabiex tiffaċilita aċċess għall-baħar u tipprovdi wkoll madwar 800 bin li jintużaw fuq ix-xtut u l-bajjiet.