Proġett ta’ Pjazza Kastilja – sejba ta’ fdalijiet arkeologiċi
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’fdalijiet arkeoloġiċi nstabu waqt il-progett ta’ Pjazza Kastilja u x’sar minnhom? Jista’ jagħti dettalji dwar kemm-il silo reġa nkixef u kemm kien hemm oriġinarjament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt ix-xogħol tal-proġett ta’ Kastilja instabu fdalijiet tal-wiċċ antik ta’ Triq San Pawl, munita ta’ żmien il-Gran Mastru Alof De Wignacourt u fdalijiet ta’ fuħħar tal-perjodu tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dawn l-oġġetti qegħdin miżmuma għand is-Supretindenza tal-Kultura (SCH). Inkixxfu 9 silos .B’kollox kien hemm 15-il silo.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pannelli tal-injam li twaħħlu mat-Teatru Miftuħ, kemm u għaliex twaħħlu, min ippropona li jitwaħħlu u kemm ġew jiswew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-panelli ta’ l-injam kienu parti mid-disinn oriġinal fil-proposta ta’ Renzo Piano u huma intenzjonati biex is-sistema ta’ sound tinstema aħjar, magħrufa bħala ERES system. Dawn il-panelli kollha jistgħu jinqalgħu u jinħażnu. Il-prezz ta’ dan il-kuntratt kien ta’ €236,977.89 eskluż il- VAT u l-kuntrattur intagħżel wara sejħa għall- offerti.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Klabb tal-Boċċi ta’ Paola Schreiber se jkollu jitlaq minn hemm? Jista’ jgħid fejn ser imur? Jista’ jgħid jekk sarx xi ftehim mal-membri biex ikunu jistgħu jkomplu jippratikaw l-isport favorit tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Klabb ta’ Paola Schrieber se jkollu jiċċaqlaq minn fejn qiegħed illum minhabba li f’dal-post ser jinbena l-Health Hub ġdid mill-Ministeru ta’ Saħħa u l-Enerġija. Sar ftehim mal-Klabb tal-Boċċi biex temporanjament joħroġ minn dan il-bini u jibda jopera mill-Klabb tal-Paola Wolves ġewwa Raħal Ġdid. Meta titlesta l-parti tal-ġnien ta’ dan il-proġett, il-Klabb ta’ Paola Schrieber ser jinghata klabb ġdid fi Schrieber.
San Ġwann – Triq in-Naxxar – xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jintervjeni fuq ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fl-aħħar ġranet fi Triq in-Naxxar, f’San Ġwann peress li dawn ix-xogħlijiet ma koprewx il-ħsarat kollha fl-imsemmija triq u peress li din se tkun waħda mit-toroq ewlenin ta’ devjazzjoni waqt ix-xogħol fuq il-Kappara Junction, dawn il-ħsarat se jispiċċaw jiggravaw bil-konsegwenza li jkollu jsir xogħol ġdid ta’ tiswija u allura terġa’ tingħalaq b’detriment u inkonvenjenza għas-sewwieqa u għar-residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq it-triq in kwistjoni sar wara li saret evalwazzjoni tal-kundizzjoni tal-wiċċ tat-triq mill-periti ta’ Transport Malta, skont prassi stabbiliti. Din l-evalwazzjoni wasslet għall-konklużjoni li ma kienx hemm bżonn li t-triq tingħata wiċċ ġdid tul il-medda kollha. Fil-fatt, saru nterventi fuq dawk il-meded li rriżulta li kellhom bżonn ta’ manutenzjoni.
L-Imtarfa – Triq il-Kavallier Vinċenzo Bonello – irranġar ta’ ħajt
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex jitranġa ħajt fi Triq il-Kavallier Vinċenzo Bonello fl-Imtarfa, li ilu mwaqqa’ għal numru twil ta’ żmien u li hu ta’ periklu għaliex il-parti esposta tagħti għar-raba' li jinsab 'l isfel mit-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Siġġiewi – Triq Mons Mikiel Azzopardi – miżuri ta’ saħħa u sigurtà
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24382 u peress li jien infurmat li l-Kunsill kien ressaq numru ta’ proposti lil Transport Malta f’Ottubru 2015, jista’ l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-miżuri mitluba fosthom twessiegħ ta’ bankini fil-kantunieri, reviżjoni tal-linji tal-karreġjati, stallazjoni ta’ tabelli u miżuri oħrajn neċessarji ta’ saħħa u sigurtà fi Triq Mons Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi) biex jiġu evitati aktar inċidenti fatali? X’ inhuma l-pjanijiet? Liema huma l-miżuri li se jitwettqu? Meta se jitwettqu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġa ġie sjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 24382, wara li l-Kunsill Lokali ressaq il-proposti msemmija f’Ottubru 2015, Transport Malta talbet iktar informazzjoni lill-Kunsill, liema informazzjoni waslet għand l-Awtorita’ fl-4 t’April 2016. Din se tiġi evalwata u l-Kunsill Lokali se jiġi nfurmat bid-deċiżjonijiet meħuda.
Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm hemm persuni b’diżabilità li qegħdin jużaw il-tallinja card? X’inhuma l-benefiċċji li dawn il-persuni għandhom fl-użu ta’ tallinja card?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku hemm total ta’ 1,671 persuna li għandhom Blue Badge u Special Identity Card maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ u li għandhom tallinja card.
Dawn il-persuni jibbenifikaw minn nollijiet orħos meta jivvjaġġaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku. Persuni b’diżabilità li għandhom tallinja card iħallsu €0.25 għal biljett ta’ sagħtejn minflok €0.75 u dan sa massimu ta’ €0.50 f’ġurnata jew €2.00 fil-ġimgħa.
Ta’ min wieħed jinnota li sa ftit żmien ilu persuni li ma kellhomx il-Blue Badge ma’ kinux jibbenefikaw minn nollijiet irħas. Din is-sitwazzjoni ġiet indirizzata, u llum persuni li għandhom l-Special Identity Card qegħdin ukoll jibbenifikaw minn nollijiet irħas.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku żdiedux jew naqsu minn meta daħal fis-seħħ is-servizz il-ġdid fl-ewwel ta’ Lulju li għadda? Jista’ jgħid ukoll jekk in-numru huwiex inqas jew iżjed minn meta bdiet topera f’Malta l-Arriva?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, l-istess operatur jistima li bejn l-2014 u l-2015 kien hemm żieda ta’ madwar 7% fin-numru ta’ passiġġieri li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku.
Infurmat ukoll li dan in-numru ta’ passiġġieri huwa għola minn dak ta’ meta bdiet topera f’Malta il-kumpanija Arriva.
Trasport Pubbliku — bendy buses fuq ir-rotot ta’ San Ġiljan u tas-Sliema
Question
Jista’ l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li ħarġu f’midja soċjali, li l-kumpanija tat-trasport pubbliku għandha l-ħsieb li tintroduċi numru ta’ bendy buses biex joperaw fuq ir-rotot ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan?
Response (MIZZI, JOE)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li m' hemm l-ebda ħsieb li jerġgħu jiġu ntrodotti il-karozzi tal-linja tat-tip bendy buses.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi tal-linja ġodda mill-kumpanija Spanjola minflok dawk second-hand?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena li għaddiet, l-Malta Public Transport impurtat total ta’ 143 karozza tal-linja ġdida. Hemm ukoll il-ħsieb li matul din is-sena l-istess kumpanija se tkun qiegħda timporta aktar karrozzi tal-linja ġodda sabiex dawn jaħdmu fuq is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet fejn bdew joperaw ir-rotot il-ġodda, minbarra Għawdex? Jista’ l-Ministru jgħid meta se jidħlu fis-seħħ ir-rotot il-ġodda f’lokalitajiet oħrajn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tibdil kollu li kien maħsub li jidħol fuq in-network il-ġdid tat-trasport pubbliku ġie ntrodott fit- 22 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra. B’kollox iddaħħlu 24 rotta ġdida filwaqt li saru modifiki fuq 43 rotta oħra. L-introduzzjoni tan-network il-ġdid fisser żieda medja ta’ madwar 400 vjaġġ kuljum u żieda ta’ 2.5 miljun kilometru fis-sena.
Fil-preżent qiegħed isir eżerċizzju ta’ fine tuning fuq ir-rotot fejn fis-6 ta’ Marzu ta’ din is-sena ġew indirizzati r-rotot li jgħaddu mill-Isptar Mater Dei. Hemm ippjanat li fis-17 t’ April jsir aktar fine tuning fuq ir-rotot fejn fost oħrajn se jiġu ntrodotti rotot ġodda li jservu il-lokalita’ ta’ San Ġwann, kif ukoll se tiżdied il-frekwenza tas-servizz tat-trasport pubbliku minn u lejn l-inħawi ta’ tal-Qroqq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru bus shelters ġodda u kemm kien hemm bus shelters li ġew irranġati minn Marzu 2013 ‘l hawn u f’liema lokalitajiet saru dawn il-bus shelters?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 twaħħlu żewġ canopies kbar fejn wieħed ikun jista’ jistkenn mill-elementi waqt li jkun qiegħed jistenna il-karrozzi tal-linja. Dawn il-canopies twaħħlu ġewwa l-Isptar Mater Dei u fil-Ferry Terminal taċ-Ċirkewwa.
Infurmat ukoll li twaħħlu 16-il bus shelter ġdid fil-lokalitajiet sussegwenti:
Fgura
2
Marsaskala
2
Marsa
1
Qawra/ Bugibba
1
Birkirkara/ Fleur De Lys
3
Sliema
4
Ta’Xbiex
1
Mtarfa
1
Qrendi
1
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità Tal-Pietà u għal kull xogħol jgħid:
a) fiex se jkun jikkonsisti u fejn se jsir;
b) meta hu ppjanat li se jsir; u
c) kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’din il-lokalita’, bħalissa għaddejjin dawn ix-xogħlijiet:
Triq
Stima
Triq il-Marina (
footpaths
)
€ 10,000
Triq G'Mangia u Triq Hockham Frere (
surfacing
)
€ 340,000
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità tal-Furjana u għal kull xogħol jgħid:
a) fiex se jkun jikkonsisti u fejn se jsir;
b) meta hu ppjanat li se jsir; u
c) kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ23909 6APR PAPERS LAID MTI.docPQ23909 6APR PAPERS LAID GHRC.docPQ23909 6APR PAPERS LAID TM.doc
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità tal-Marsa u għal kull xogħol jgħid:
a) fiex se jkun jikkonsisti u fejn se jsir;
b) meta hu ppjanat li se jsir; u
c) kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura se jibda r-restawr tal-faċċata u estensjoni taċ-ċimiterju tal-Lhud. Ix-xogħol għandu jinbeda hekk kif jinħarġu l-permessi u t-tenders neċessarji. L-istimi ta’ dan il-proġett għadhom qed jinħadmu.
Minn naħa ta’ Transport Malta, minbarra xogħlijiet ta’ manutenzjoni u upgrades fil-lokalità tal-Marsa, hemm pjan li ssir pelican crossing ġewwa Triq Ħal Qormi, liema xogħol huwa mistenni li jiswa €38,336.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet infrastrutturali huma ppjanati għas-sena 2016 fil-lokalità ta’ Santa Venera u għal kull xogħol jgħid:
a) fiex se jkun jikkonsisti u fejn se jsir;
b) meta hu ppjanat li se jsir; u
c) kemm hemm
budget
allokat għalih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet fil-lokalità ta’ Santa Venera qegħdin f’diversi stadji ta’ preparamenti. Il-perjodu tax-xogħol se jiddependi fuq il-proċess tat-tendering, fondi disponibli u prijoritajiet kurrenti.
Triq
Stima
Cannon Rd
€330,000.00
n/s in Triq San Gorg
€86,400.00
Adeleide Cini c/w Vivion / Markiz Scicluna
Stima għadha qed tiġi maħduma
Tumas Dalli c/w Triq il-Ferrovija
Stima għadha qed tiġi maħduma
Pelican crossing
at Triq San Ġużepp
€5,617.12
L-Imqabba – Triq l-Imqabba u Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija — bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-bankini fi Triq l-Imqabba u fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba peress li dawn huma toroq traffikużi u min ikun miexi f'dawn it-toroq ikun qiegħed f'periklu li jintlaqat minn xi karozza? Dan anke għall-fatt li dawn huma toroq distributorji u għalhekk jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġeriment tiegħu qiegħed jiġi kkunsidrat.
Marsaxlokk – Triq il-Port Ruman – tneħħija ta’ Stage
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex stage li kien jinsab fi Triq il-Port Ruman f'Marsaxlokk tneħħa?
Response (MIZZI, JOE)
Nifhem li bi stage l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal bus stop.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar snin ma kien hemm l-ebda rotta tat-trasport pubbliku li tgħaddi minn Triq il-Port Ruman f'Marsaxlokk.
Iż-Żurrieq – Triq il-Belt Valletta – coping ta’ ġebel nieqes
Question
Jista’ l-Ministru jara li fejn hemm coping tal-ġebel nieqes fi Triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq jerġa’ jitpoġġa, peress li din hi triq distributorja u għalhekk taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-coping li huwa nieqes se jiġi sostitwit.