Jista' l-Ministru jikkonferma jekk waqt ix-xogħol f'Hompesch Road, Fgura instabux xi
skavi forma ta'
shelters
?
Jekk fl-affermattiv għandhom xi valur storiku jew arkejoloġiku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li nstabu shelters ġo Triq Hompesch, kantuniera ma' Triq il-Karmnu u l-Awtoritajiet tal-Mużew qegħdin jieħdu ħsieb il-każ.
Jista' l-Ministru jagħti gwida ċara dwar il-materja ta' parking quddiem garaxxijiet?
Huwa enfasizzat f'xi regolamenti li biex ma jsirx parking quddiem garage irid ikun hemm yellow line?
Huwa enfasizzat f'xi regolamenti li biex ma jsirx parkinng quddiem garage irid ikun hemm is-sign garage - no parking?
Kemm-il darba quddiem bieb ta' garage li mhux qiegħed jintuża għal użu ta' xi vettura jista' jsir yellow line biex ma jsirx parking?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur, 1994 jgħidu li "Ebda persuna ma għandha tipparkja jew tħalli bla għassa xi vettura bil-mutur f'dak il-mod li ma tħallix xi vettura bil-mutur ta' persuna oħra milli jkollha dħul jew ħruġ liberu għal jew minn xi post użat u mmarkat b'mod ċar bħala garage."
Għaldaqstant hija r-responsabilta' ta' kull persuna li tħalli d-dħul u l-ħruġ ta' garage liberu mingħajr il-bżonn ta' ebda sinjali (kemm traffic signs kif ukoll road markings) fit-toroq.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif għaliex u għall-liema skop se tinbena jew jinbnew trieq jew toroq li jagħtu aċċess fil-Ħofra ż-Żgħira, Delimara, u għaliex l-urġenza biex dawn jinbnew (skond sejħa għall-offerti Gazzetta tal-Gvern ta' 8 ta' Frar 2002) X'interess għandu l-Gvern li jkun hemm toroq ta' aċċess propju issa li wara snin sħaħ li din il-bajja ġiet meqruda mir-rimi ta' l-ilma sħun mimli ta' kimiċi tal-power station ġewwa fiha, ftit li xejn hija ffrekwentata minn nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq il-qadima li kienet tipprovdi aċċess għall-bajja għar-residenti fl-inħawi u għal min jaħdem l-għelieqi fil-lokalita' tista' taqa' l-baħar b'periklu għal min jista' jkun għaddej.
Għalhekk ġie deċiż, u wara li ħareġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, tinbena triq ġdida biex ma tibqax tintuża dik li hi perikoluża.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinghata t-tarmac fil-parti t’isfel tat-Triq Vincenzo Adrario, Haż-Żebbug liema xogħol jaqa’ fil-kompetenza tal-Gvern ċentrali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona t-triq u jirraporta dwar il-kundizzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tlett snin Triq il-Fortizza l-Mellieħa tħalliet abbadunata?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament?
Jekk fl-afftermattiv meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 30721.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tlett snin Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa l-Mellieħa tħalliet abbadunata?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament?
Jekk fl-afftermattiv meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fi Triq il-Kunsill ta` l-Ewropa ser jinbena service duct bħala parti mix-xogħol li għaddej fil-lokalita' u l-asfalt isir wara li x-xogħol tat-tqegħied ta' servizzi jkun sar b'mod permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tlett snin Triq il-Garzella l-Mellieħa tħalliet abbadunata?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament?
Jekk fl-afftermattiv meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 30721.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq il-Mensija f'dik il-parti lejn in-naħa tal-pont reġjonali f'San Ġiljan se titwessa biex tkun tad-daqs tal-bqija tat-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel survey tal-lokalita' biex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri neċessarji dwar din il-parti ta' Triq il-Mensija.
Jista' l-Ministru jgħid issa li se tinkesa parti mit-triq imħarbta ta' Triq il-Mensija taħt il-port reġjonali ta' San Ġiljan kif qed tiġi mfassla l-bankina u t-triq? X'miżuri qed jittieħdu biex il-karozzi jistgħu jduru għat-triq il-ġdida li saret taħt il-port mingħajr periklu għar-residenti li jgħixu fil-kantuniera li mhux se ssirilhom bankina quddiemhom? Għaliex mhux se ssir bankina quddiemhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq quddiem il-kantuniera msemmija hija dejqa wisq u ma tistax issir bankina għalissa.
Kif irrispondejt fid-domanda Nru. 31446 id-Dipartiment tat-Toroq ikkummissjona survey tal-lokalita' biex jara x'jista' jsir f'din il-parti ta' Triq il-Mensija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom inksiet u saret triq privata taħt il-pont reġjonali f'San Ġiljan li taqbad ma' Triq il-Mensija meta partijiet sħaħ minn din it-Triq il-Mensija baqgħet maqlugħa u mħarbta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-bini ta' din it-triq huwa parti mill-programm ta' xogħol li qed jitwettaq fil-lokalita', u peress li din it-triq hija l-aktar waħda l-ġewwa x-xogħol beda minnha biex wara jitkompla xogħol aktar il-barra.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet il-propjeta li fiha saret it-triq privata taħt il-pont reġjonali f'San Ġiljan li taqbad ma' Triq il-Mensija? Meta ġiet espropjata l-art in kwistjoni mid-Dipartiment tat-Toroq u kemm tħallas għall-esproprjazzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hemm diversi propjetajiet iħarsu għal fuq it-triq li qed jirreferi għalijha l-Onor. Interpellant, u għalhekk is-sidien ta' l-art li fuqha nbniet it-triq huma diversi. L-art li fuqha nbniet it-triq ma gietx espropjetata peress li skond il-Kodiċi tal-Pulizija kull min jagħmel żvilupp iħares fuq triq, sew lesta' jew anke proġettata, irid iħalli art li fuqha tinbena t-triq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa t-triq privata li saret fin-naħa taħt il-pont reġjonali f'San Ġiljan li taqbad ma' Triq il-Mensija? Mnejn ġew il-finanzi biex saret din it-triq u biex fit-tarf tagħha jsir taraġ li jieħu għat-triq ta' wara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-lokalita' huma stmati li ser jiswew madwar Lm30,000 u dan ser jitħallas mill-Vot VII Kapitali (item7078) għall-asfaltar ta' toroq.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-Dipartiment tat-Toroq iddeċieda li jiksi bil-konkos triq privata li taqbad mat-triq Mensija, taħt il-port nazzjonali, f'San Ġiljan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija saru bil-konkos għaliex din hija telgħa wieqfa u x-xogħol ma kienx isir tajjeb kieku ntużaw il-makni tal-hot asphalt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
B'riferenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba nru. 24905 dwar l-installazzjoni ta' traffic lights fi Triq Ħal Qormi, fl-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq lestiex is-survey, lestiex il-pjanti neċessarji għall-approvazzjoni tat-Traffic Control Board u jekk it-Traffic Control Board approvax dawn il-pjani, kif ġie indikat mill-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu bid-data ta' l-4 ta' April 2001?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-survey tlesta' u x-xogħol biex isiru d-disinni neċessarji qiegħed għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq is-Serer f'Ħal Qormi li illum hija żviluppata kollha u hija kollha okkupata minn residenti? Jaf minn liema tbatija qed jgħaddu minna dawn iċ-ċittadini li ilhom is-snin li ħallsu dak li hu dovut minnhom lid-Dipartiment tat-Toroq biex issir it-triq, kemm fix-xitwa kif wkoll fis-sajf? Jidhirlu li hu ġust li dak li hu dovut lil dawn iċ-ċittadini bid-dritt, l-awtoritajiet konċernati qed jinjoraw it-twettiq ta' dan id-dritt? X'azzjoni konkreta se ttieħed u meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W256.
Jista' l-Ministru jgħid x'sistema għandu d-dipartiment tat-toroq fejn jidħlu toroq ġodda li ma jkunux għadhom żvilupati kollha iżda li l-parti l-kbira mit-triq tkun okkupata minn residenti li jkunu ħallsu sehemhom għall-ispejjeż biex issir it-triq, biex dawn ma jbatux il-konsegwenzi ta' triq li lanqas pedament ma tkun għada ingħatat? Ma jidhirlux li mhux ġust għal dawn it-tip ta' residenti li jkunu marru joqgħodu f'darhom u ħallsu dak kollu dovut minnhom w imbagħad iridu joqogħdu jistennew sakemm tiġi żviluppata t-triq kollha li tista' tieħu ħafna snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq ikun kostantament f'kuntatti mal-Kunsilli Lokali kollha biex ikun jista' jiġi stabbilit ix-xogħol li hemm bżonn isir fuq toroq ġodda fil-pajjiż kollu.
Ta' min iżda jsemmi li hu veru li biex it-toroq jiġu asfaltati mid-Direttorat tat-Toroq irid ikun hemm biżżejjed żvilupp fihom. Skond il-kodiċi tal-pulizija li jirregola dawn l-affarijiet, is-sidien tad-djar li jkunu mibnija fuq dawn it-toroq huma responsabbli li jżommu t-toroq fi stat tajjeb ta' manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex parti min Triq Guże Muscat Azzopardi li tmiss ma' Triq Bellic f'Ħal Qormi, għadha ma saritx meta r-residenti f'din il-parti tat-triq bħal residenti oħra ħallsu l-ispejjeż mitluba minnhom mid-Dipartiment biex issir it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 28715
Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu meta jsiru testijiet fuq mobile phone antennae biex l-operaturi ma jkunux avżati minn qabel u jaġġustaw l-apparat biex ma jitqiesx ta' periklu għas-saħħa ta' min jgħix fil-qrib?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-testijiet fuq mobile phone base stations isiru b'arranġament ma min ikun ressaq l-ilment mingħajr ma jkun infurmat l-operatur ikkonċernat. B'hekk jiġi assigurat li l-RF power trasmess ma jkunx inqas minn dak li normalment ikun meħtieġ. Minkejja dan jista' jkun hemm ċirkustanzi li jkollu jiġi nvolut l-operatur. F'dan il-każ jitqabbdu strumenti addattati mal-base station biex jiġi assigurat li l-RF power ma jiġix imnaqqas.