Jista' l-Ministru jara li anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija issirilha xogħol fil-main ta' l-ilma wara talba li ilu jagħmel lill WSC Luqa?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onor. Interpellant ġiet mgħoddija lil Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi ikkinsidrata fl-imkien ma talbiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq telefons ċellulari użati fil-Ministeru u d-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, sena b'sena bejn l-1997 u l-2000, hija kif ġej
1997 Lm3,836
1998 Lm1,725
1999 Lm8,561
2000 Lm1,810
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija nru. 30233 x'inhu l-perċentaġġ ta' l-unaccounted for water matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?
Kemm minn dan il-perċentaġġ kien ilma mitluf minħabba serq, undermetering u leakages?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba dwar l-unaccounted for water għas-sena finanzjarja 2000-2001, f'miljuni metri kubi, hija kif ġej:
Produzzjoni 33.37
Billing 18.00
Unaccounted for water 46.05 fil-mija.
Tajjeb jingħad li l-ġbir ta' informazzjoni ta' unaccounted for water ta' persentaġġi mhix daqstant preċiza u lanqas ma hija spjegazzjoni ċara tal-kundizzjoni u t-telf ta' l-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija nru. 30234 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tad-dokument maħruġ mill-MIMCOL tas-sejħa għall-offerti għal Pender Place?
Min tefa din l-offerta u min rebaħ din it-tender?
B'liema kundizzjonijiet intebaħ dan it-tender?
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni fil-WSC li jiċċekjaw ix-xogħol li jagħmlu l-kontrolluri tas-servizz tal-mains ta' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kull kuntrattur li jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ikun mitlub li jkollu x-xogħol tiegħu iċċertifikat minn perit qabel ma jippreżentah għall-ħlas. Barra minn hekk, kull sezzjoni teknika tal-Korporazzjoni tispezzjona x-xogħol waqt li jkun qed isir.
B'referenza għall-ilment li sar lid-Divizjoni tal-Konsumaturi u tal-Kompetizzjoni fis-27 ta' Awissu 2001 mill-persuna li d-dettalji tagħha qed nhemeż under separate cover possibli l-Ministru jinfurmani għaliex dan il-klijent s'issa għadu bla risposta u ġie informat biss f'ittra tal-21 ta' Novembru 2001 li l-każ qiegħed jiġi investigat? Possibli l-Ministru jinfurmani x'passi ħadet s'issa d-divizjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni? Billi dan il-każ ilu pendenti minn Awissu u billi s'issa għaddew aktar minn tliet xhur, meta hu maħsub li jiġi konkluż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ilmet li qed issir riferenza għalih ġie investigat kemm mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni kif ukoll mill-entita' li taħtha taqa' ir-regolarizzazzjoni tas-settur li dwaru kien hemm l-ilment.
Fil-fatt id-Divizjoni ordnat lill-propretarju ta' l-istabbilment biex jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiġu evitati problemi simili fil-futur. Id-Diviżjoni ippruvat ukoll tasal għal soluzzjoni bonarja bejn iż-żewġ partijiet.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li l-Enemalta tiċċekkja l-provista ta' l-Elettriku fi Triq San Remiġ, Kirkop għax id-dawl qed jitbaxxa u qed jiġu irrapurtati ħsarat fl-electrical appliances? Billi diversi familji f'din it-triq battew ħsarat possibli l-Enemalta ġentilment tirrimedja s-sitwazzjoni fl-aqsar żmien possibli?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jivverifika l-kont tad-dawl u ilma tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament peress li kont ta' Lm1734.3 jidher esaġerat għal-familja?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika neċessarja.
Jista' l-Ministru jinformani jekk sarx stħarriġ dwar kif ċ-ċittadini ta' l-Imġarr jistgħu jingħataw servizz alternattiv wara li l-HSBC għalaq l-branch tiegħu f'dak il-lokal? Jekk iva, x'inhija s-sitwazzjoni? Jekk le għaliex? Jikkonsidra l-Ministru li jsir stħarriġ bħal dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-bank li qed jirreferi għalih huwa entita' privata u l-Gvern ma jidħolx fl-operat, la ta din l-entita' partikulari u lanqas ta' ebda entita' privata oħra.
Tajjeb jingħad li r-regolarizazzjoni tal-banek taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tweġiba għat-talba li saret mill-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt biex ikunu jistgħu jarmaw fil-Ħdied ta' qabel il-Milied?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn il-Ministeru tiegħi u l-Ministeru ta' l-Intern dwar din il-materja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ftehim li ntlaħaq mal-ħwienet tal-Belt biex jiftħu f'ġranet u ħinijiet mhjux tas-soltu fil-jiem tal-festa tal-Milied?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-ħinijet tal-ftuħ tal-ħwienet fi ġranet mhux tas-soltu fil-jiem tal-festa tal-Milied huwa regolat bil-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u tal-Bejjiegħa fit-Toroq, Kapitlu 155 tal-Liġijiet ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ikkumissjonat stampar l-Air Malta (printing) tul is-sena 2001 u fejn saret kull biċċa xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul din is-sena l-Air Malta ikkummissjonat wieħed u tmenin biċċa xogħol ta' stampar għall-valur globali ta' Lm97,600. Dan ix-xogħol sar minn tmintax-il ditta.
Barra minn dan, kien hemm seba' biċċiet xogħol li saru minnn ħames ditti barranin.
Tajjeb ngħid li ma naħsibx li jkun fl-interess kummerċjali ta' l-azjenda li jiġu ppubblikati aktar dettalji dwar din il-materja.
Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 30700
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li għas-sena bejn Settembru 2000 u Settembru li għadda, il-livell ta' leakage nazzjonali ġie mnaqqas minn 1345.6 metri kubi fis-siegħa għal 1210 metri kubi fis-siegħa.
Għal aktar informazzjoni dwar din il-materja, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li dan l-aħħar poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari nru 30011?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kundizzjonijiet għat-tmexxija tal-parkeġġ temporanju tal-karozzi, magħruf bħala "Pender Place" huma l-istess bħal dawk li hemm elenkati fid-dokument tas-sejħa għall-offerti li kienet ħarġet il-MIMCOL fl-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena. Dawn il-kundizzjonijiet ma inbidlux wara li s-sejħa għall-offerti kienet ġiet assenjata.
Jista' l-Ministru jgħid peress li triq li jużaw il-bdiewa fl-inħawi ta' ġebel inbark l-irdum tal-Qammiegħ fil-Mellieħa hija mudlama u qed tikkawża diffikultaijiet peress li issa qed jidlam kmieni, jista' jara li tiġi installata bozza ġdida ħalli jkun evitat kull perikolu għall-istess bdiewa? Jekk fl-affermattiv mela?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.
Jista' l-Ministru jara li jkun hemm dawl adegwat fi Sqaq A/1 MRUZ Triq San Franġisk, ir-Rabat peress li fil-preżent hemm ħafna dlam li kien kaġun ta' diversi waqgħat ta' anzjana ta' 82 sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Fid-dawl li huwa nnotat b'sodisfazzjon li matul din is-sena il-Ministeru tiegħek wettaq ix-xogħolijiet mitluba f'mistoqsijiet li jiena kont ili nagħmel għal dawn l-aħħar tlett snin sabiex jiġu stallati l-arbli tad-dawl u l-bżonn fit-triq tal-Baħrija, issa li ġew approvati l-estimi tal-budget, jista' l-Ministru jara li xogħolijiet sabiex tinxtgħal fit-Triq tal-Baħrija kollha jsir matul is-sena d-dieħla?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.