Jista' il-Ministru jara li jsiru u jiġu nfurzati regolamenti sabiex karozzini u nġenji oħra miġbuda miż-żwiemel ma jgħaddux minn toroq arterjali peress li dan joħloq konfużjoni fit-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li diġa tħejjew xi regolamenti f'dan is-sens u qed ikunu diskussi mall-għaqdiet ikkonċernati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja jaħdmu fil-preżent? Kemm għandhom żmien u kemm ġew introdotti ġodda f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li preżentament hemm 586 permessi ta’ xarabanks f’Malta u Għawdex. Minn dawn hemm preżentament 534 liċenzjati biex joperaw fit-triq.
Jien infurmat ukoll li f'dawn l-aħħar għaxar snin ġew introdotti 131 xarabanks ġodda li għandhom inqas minn 10 snin u li jagħmlu parti mill-586 permessi eżistenti f’ Malta u Għawdex.
Is-segwenti hija l-informazzjoni ta’ kemm hemm vetturi u kemm għandhom żmien.
Data ta’ Manifattura
Numru ta’ Vetturi
2000 - 2004
124
1999 – 1990
23
1989 – 1980
47
1979 – 1970
204
1969 – 1960
85
1960 jew data anqas
103
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali fuq hospitality bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2006 kienet ta’ : -
Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 1,949.00
Ministeru/Dipartiment Lm 2,315.90
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ karozzi mikrija matul din is-sena 2006 kienu :-
Awtorita’ dwar it-Trasport 27
Ministeru/Dipartiment 5
Ir-rati relattivi għall-kirjiet huwa kif jidher hawn taħt :-
Awtorita’ dwar it-Trasport Ministeru/Dipartiment
17 @ Lm 4.25 1 @ Lm 5.19
1 @ Lm 5.00 1 @ Lm 5.95
4 @ Lm 5.75 1 @ Lm 7.00
2 @ Lm 5.90 1 @ Lm 7.00
1 @ Lm 9.38 1 @ Lm 6.10
1 @ Lm 11.80
1 @ Lm 14.90
Kien hemm xi karozzi li nkrew fuq bażi temporanja meta xi karozza oħra kellha xi ħsara li m’humiex inklużi fil-lista.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jżid karozza tal-linja oħra li tkun diretta għall-istudenti tal-junior college, l-MCAST u l-Universita' minħabba li t-tnejn li hemm għan-naħa tal-Cottonera, Ħaż-Żabbar u l-Fgura jkunu mimlija b'konsegwenza li numru ta' studenti jkollhom jaslu tard l-iskola u f'xi ċirkostanzi anke tnaqqsilhom l-istipendju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema partijiet tal-proġett ta' Manoel Island u Tigne' Point tlestew kif previst fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kif stipulat fil-kuntratt il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' miexi skond l-iskeda. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-iskeda ta' xogħlijiet li huma lesti u d-dati li huma previsti għall-fażijiet li fadal isiru.
Jista' il-Ministru jgħid liema partijiet tal-proġett tal-cruise liner terminal tlestew kif previst fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed nressaq skeda ta’ xogħlijiet tal-proġett tal-Cruise Passenger Terminal skond kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, li turi x-xogħlijiet kif previsti fil-kuntratt tal-proġett imsemmi.
Phase 1 & 1A: (18 months)
Status
New Road way
Completed
Infrastructural services
Completed
Quayside bridge links
East side completed West side underway (to complete by
Dec ’06)
Water Plaza, Openings & improvements
Completed accept for above
Promenade & Piazza Development
Completed
3rd Party Buildings
Completed
Façade Restoration & Partial reconstruction
Completed
Temporary quay side passenger facilities
Completed
Security screening
Completed
Demolition works
Completed
Phase 1B (18 months)
One stop shop building for MMA
Completed
Phase 2: (18 months)
Restoration & conversion of Old Power Hse
a) “Magazino” Cruise Terminal facilities
Completed
b) Power House Façade restoration
to be completed by Dec ’06 owing to current operational commitments
Demolition works
Completed
Infrastructural works Completed
Service tunnel Completed
Bridge link (now an under road link) Completed
Road works Completed
Phase 3: (18 months)
FTB (Ferry Terminal Building) Underway – completion by end Dec’06
Vaults 1 – 6 Underway – completion by end Dec’06
Forni infill (Including Cruise Facilities) Completed
Pinto stores infill Façade completed
Baggage hall Part of power station set-up i.e. completed
Road junction improvements under study phase
Leisure & commercial 50% in operation – rest to commission by mid 2007
Jista' il-Ministru jgħid liema partijiet tal-proġett tal-Cottonera Waterfront tlestew sal-lum kif previsti fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li ttellgħu għall-VRT is-sena l-oħra u kemm weħlu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi li t-telgħu għat-test inizjali tal-VRT kien ta' 118,112.
In-numru ta' vetturi li weħlu wara t-test inizjali kien ta' 15,842.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21037 u 21247 u jgħid meta se tiġi żviluppata f'taraġ l-art żdingata mimlija ġrieden, wirdien u ħaxix ħażin li tinsab ħdejn ir-residenza 43 Triq Brydone, San Ġiljan? Għaliex qed titħalla żdingata u mimlija ħmieġ meta r-residenti ta' 43 Triq Brydone, San Ġiljan ilhom li ħallsu l-flus dovuti biex isir taraġ jew forma ta' triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi wara site inspection illi saret fuq il-post, it-triq imsemmija mhux iffurmata. Huwa obbligu ta’ min ikun qed jibni li jifforma t-triq. Meta din it-triq tiġi ffurmata l-ADT tkun tista’ tibni din it-triq.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21296 u jordna li l-ADT tinvestiga u tirrimedja l-inkonvenjent li qed isaqqfu wiċċhom magħhom ir-residenti tal-Għargħur li jkunu ġejjin mill-Belt, partikolarment meta dawk fuq ir-rotta 55 jaslu ħdejn iċ-ċimiterju ta' Ħal-Lija qed ikollhom jieqfu hemm, jaqsmu għal ħdejn il-car wash u jagħmlu nofs siegħa jistennew karozza oħra biex ittellagħhom il-Għargħur? Jekk dan qed isir minħabba xi xogħlijiet fin-Naxxar, jistgħu jiġu kkonsidrati rotot alternattivi temporanji minn San Ġwann jew l-Iklin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minħabba li hemm ix-xogħlijiet għaddejjin fin-Naxxar, fuq bażi temporanja l-passiġieri li jkunu ġejjin mill-Belt qed ikollhom jieqfu ħdejn il-car wash ta' Ħal Lija biex jaqbdu s-servizz li hemm mill-Iklin lejn il-Għargħur kull nofs siegħa.
Sabiex tintlaħaq iż-żieda fid-domanda li jkun hemm bejn il-5.30 u 8.30 ta' filgħodu, qiegħed jiġi provdut servizz dirett mill-Belt għall-Għargħur via Iklin.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett Connections?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett connections li kien mniehdi fl-1998 b’forma ta’ Call for Submissions kien msejjes fuq l’idea li tinħoloq sistema ta’ Trasport fil-Port il-Kbir sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-Proġett Kapitali. Il-konklużjonijiet tal-bord msejjaħ sabiex jistudja il-proposti kien ħareġ bir-rakomandazzjoni li l-ebda proposta ma kienet tissodisfa l-kriterji u l-parametri tad-Development Brief.
Il-Kabinett ħa deċiżjoni sabiex dan il-proġett jiġi miżmum u il-
Lift
tal-Barrakka jiġi żviluppat separatament. Fil-fatt it-
tender
tal-
Lift
kien ppublikat.
Il-Gvern preżenti qiegħed jindirizza l-isfida tal-aċċessibilita tal-Belt Valletta b'numru ta' proġetti distinit li jiffurmaw parti minn strateġija waħda.
Dawn il-proposti jinkludu :-
- Il-proġett tal-
Park and Ride
li mistenni jibda jopera f'Novembru
- Il-proġett tal-
Control Vehicular Access
li mistenni jibda jiffunzjona f'Marzu li ġej
- Il-Valletta
Vertical Connections
li sejħa għalih mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin
- Tkattar servizzi bil-
ferries
-
tender
sejra tinħareġ
- Servizz ġdid b'
electric taxis
-
tender
qegħda arbitraġġ
- Xogħlijiet ta' pavimentar u implimentazzjoni ta' żona pedonali - qegħda tiġi koordinata mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura
Jista' il-Ministru jara li Triq l-Ifran, il-Belt, minkejja li hi triq lokali, tiġi rranġata mill-kondizzjoni atroċi li tinsab fiha minħabba li din hi triq mill-aktar importanti tal-belt kapitali tagħna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq hija nkluża fil-lista ta' toroq għall-major patching li ser isir mid-Direttorat fix-xhur li ġejjin.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21344 u immedjatament jawtorizza xogħlijiet sabiex l-ispazju ta' taħt il-bus shelter fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat, Malta qrib ir-residenza 12 Vjal il-Ħaddiem jirċievi iktar ilma tax-xita ħalli l-ilma tax-xita ma jkomplix jeqred l-uċuħ tar-raba' li hemm biswiet? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant sabiex tkun tista' tinstab soluzzjoni għall-problema ta' l-ilma tax-xita.
Tista' tingħata konsiderazzjoni lit-talba ta' diversi residenti ta' Msida Road, Gżira biex tiġi revokata d-deċiżjoni ta' l-ADT li jċaqilqu b'xi 20 metru l-bus stop li kien hemm quddiem il-KFC bil-konsegwenza li qed jinġabru ħafna żgħażagħ fuq it-turġien tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ser tikkunsidra din it-talba.
Jista' il-Ministru jieħu passi ħalli t-triq li tagħti għall-crafts village f'Ta' Qali min-naħa tat-triq li tgħaqqad Ħ'Attard mar-Rabat, ma tkomplix iżżomm ħafna ilma meta tkun ix-xita bil-konsegwenza li karozzi żgħar ikollhom problema biex jgħaddu u b'hekk iwassal għat-telf ta' qliegħ għall-ħwienet fil-crafts village?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT qegħda tipprepara l-pjanti tat-toroq li ser ikunu nklużi fil-proġett tal-crafts village f’Ta’ Qali.
Inkluż ma dan ix-xogħol qegħda tipprova tinstab soluzzjoni għall-problema imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant.
Billi r-residenti ta' Triq il-Ħajjata u Triq il-Mastrudaxxa Sta. Venera ma jistgħux jidħlu d-dar waqt il-ħin ta' l-iskola billi Fleur-de-Lys junction tkun magħluqa u billi ma tteħditx azzjoni mill-Kunsill Lokali ta' Sta. Venera, jista' isir xi ħaġa biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jidħlu d-dar anke billi Triq il-Bir issir one way bil-kontra li qegħda issa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta' Santa Venera rigward il-proposta ta' one ways kif deskritta f'din il-mistoqsija parlamentari.
Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku jidher li l-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant tista' tkun alternattiva sabiex tkun indirizzata din il-problema.
It-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ser jikkuntattja lill-Kunsill Lokali ta' Santa Venera għal kummenti rigward tali proposta.