Segretarji Parlamentari fil-Ministeru tal-Familja — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kinux jinkrew jew ġew mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu dawn il-karozzi? F’każ li l-karozzi kienu mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għat-tieni karozza li għamlu użu minnha s-Segretarji Parlamentari jew xi ħadd awtorizzat minnhom, fil-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru li llum jaqa’ taħt ir-responsabbilità tiegħi, kienu jirċievu Car Cash Benefit ta’ € 7,000 fis-sena (€538.46 kull erba’ ġimgħat), fl-assenza tat-tieni karozza, bejn it-28 ta’ Marzu 2008 u t-28 ta’ Jannar 2011.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Ministru se jkun qed iwaqqaf kumpanija ġdida sabiex timplimenta u timmaniġġja l-proġetti għas-social housing f’pajjiżna? Jista’ jgħid għaliex dawn il-proġetti ma jistgħux ikunu qegħdin jiġu mfassla u implimentati mill-Awtorità tad-Djar stess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorià tad-Djar m’għandiex biżżejjed riżorsi sabiex tlaħħaq waħidha ma’ dan il-proġett ta’ kostruzzjoni li jammonta għal madwar €50 miljun. Din il-kumpanija se tkun tista’ tiffoka l-ħidma tagħha fuq dan il-proġett u tara li x-xogħol ikun qiegħed jiġi implimentat.
Jista’ l-Ministru jgħid min se jkunu d-diretturi tal-kumpanija l-ġdida, li se tkun imwaqqfa sabiex tieħu ħsieb is-Social Housing Projects?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-diretturi tal-kumpanija l-ġdida għadhom iridu jintgħażlu. Ġaladarba dawn ikunu magħżula, ikunu rreġistrati uffiċjalment mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
Social Housing Projects – Kopja tal-Memorandum and Articles tal-kumpanija l-ġdida
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum and Articles tal-kumpanija l-ġdida li se tieħu ħsieb it-tfassil u l-implimentazzjoni tas-Social Housing Projects?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Memorandum and Articles tal-kumpanija l-ġdida, li se tkun qiegħda tieħu ħsieb it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ housing soċjali, għadu m’huwiex iffinalizzat. Ġaladarba dan ikun lest u rreġistrat mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), il-Memorandum and Articles ikun aċċessibli permezz tas-sit elettroniku tal-istess MFSA.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20865, jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja singola?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ir-rata ta’ Pensjoni Minima Nazzjonali għal persuna waħedha, li għandha medja massima ta’ kontribuzzjonijiet, hija ta’ €130.30 fil-ġimgħa. Iżda, meta żżid il-bonus għall-għoli tal-ħajja, persuna bħal din ma tistax taqbad anqas minn €140 fil-ġimgħa skont il-miżura mħabbra fil-Baġit 2016. U ma’ dawn jitħallas ukoll il-bonus addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa u b’hekk b’kollox f’idejha tirċievi €143.12c fil-ġimgħa.
B’mod konkret, jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun qed jipprovdi s-servizz tal-Home Help b’mod immedjat lil dawk l-anzjani li minħabba nuqqasijiet fis-servizz, ilhom mingħajr servizz ta’ Home Help għal diversi ġimgħat u wħud għal diversi xhur?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ii, issa li ngħata l-kuntratt il-ġdid, kull talba pendenti se tiġi indirizzata fi żmien qasir.
Awtorità tad-Djar – sistema tal-Informazzjoni Teknoloġija — tender
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender għal sistema ta’Informazzjoni Teknoloġika fl-Awtorità tad-Djar ħarġitx? Jista’ jgħid kemm intefgħu offerti u min ħa dan it-tender? Jista’ jgħid meta se tkun implimentata din is-sistema sabiex jiġu mmaniġġjati l-proprjetajiet u s-servizzi li jingħataw mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, it-tender għal sistema ta’ Informazzjoni Teknoloġika fl-Awtorità tad-Djar kienet ippublikata u għalqet fl-4 ta’ Frar 2016. Għal din it-tender, kien hemm erba’ offerti; liema offerti għad iridu jiġu evalwati. Is-sistema l-ġdida mistennija tibda tiġi implimentata gradwalment, fuq perjodu ta’ 18-il xahar minn meta tiġi mogħtija t-tender.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – support workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati support workers ma’ entitajiet, dipartimenti jew aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Jannar 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 112-il Support Worker mal-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali, kif ġej:
SenaNumru ta' Sejħiet PubbliċiNumru ta' ApplikantiNumru ta' Nies Ingaġġati
20141920957
20151616455
2016* 0
* Il-proċess għadu miftuħ.
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema entitajiet, aġenziji jew dipartimenti ġew ingaġġati support workers bejn Jannar 2014 sal-31 ta’ Jannar 2016? F’kull każ, jista’ jgħid jekk saritx sejħa pubblika u jekk iva, kemm applikaw għal kull sejħa u kemm intgħażlu minn kull sejħa li saret?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23073.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn djar residenzjali fil-komunità għal persuni b’diżabilità li huma operati mill-Gvern jew mill-privat bl-għajnuna tal-Gvern? Meta nfetħet kull waħda minn dawn id-djar u kemm hemm residenti f’kull dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba fuq id-djar residenzjali għal persuni b’diżabilità li huma operati mill-Gvern u mill-privat bl-għajnuna tal-Gvern, tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Residenza
Numru ta’ Residenti
Sena meta Nfetħet
Fgura
3
2001
Kirkop
4
2003
Mtarfa
8
2002
Vajrita1
14
2003
Vajrita2
12
2003
Bormla
7
2008
Birżebbuġia
3
2012 (bdiet tintuża f Settembru 2013)
Siġġiewi
2 (u 2 residenti oħra li qegħdin fil-proċess biex ikunu trasferiti għal din id-dar)
2015
TOTAL
55
NGOs
Numru ta’ Residenti
Dar Arka, Għawdex
12
Dar Pirotta
9
Dar il-Wens
19
Dar l-Akkwarell
3
TOTAL
43
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, dan il-Gvern għandu proġett ambizzjuż, fejn matul din il-leġiżlatura se jkunu qegħdin jinfteħu total ta’ 10 idjar ġodda
Is-Siġġiewi – residenti fid-dar residenzjali fil-Komunità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tilqa’ residenti bħalissa d-Dar Residenzjali fil-komunità għal persuni b’diżabilità fis-Siġġiewi? Kemm hemm impjegati fl-istess dar u f’liema gradi huma dawn l-impjegati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fid-Dar tas-Siġġiewi, fil-preżent hemm 2 residenti, filwaqt li 2 klijenti oħra qegħdin fi stadju li jkunu trasferiti għal din id-dar.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ġewwa din ir-residenza, hemm total ta’10 ħaddiema, ta’ gradi differenti, skont kif qed jinher hawn taħt:
1 Leader
1 Support Executive
5 Full-Time Support Workers
1 Part-Time Support Workers, u
2 Part-Time Support Workers li qegħdin fil-proċess ta’ ngaġġ
Is-Siġġiewi – Dar Residenzjali għal persuni b’diżabilità — residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-massimu ta’ residenti li tista’ tieħu d-Dar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità fis-Siġġiewi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-massimu ta’ residenti li tista’ tokkupa fiha d-Dar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità tas-Siġġiewi, huwa ta’ 4.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u fuq liema kriterji ġew magħżula l-ħaddiema li kienu Malta u li issa ntbagħtu jaħdmu fiċ-Ċentru għal Persuni b’Diżabilità li nfetaħ f’Għajnsielem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent, il-Learning Hub t’Għawdex, qed joffri żewġ servizzi; iċ-Ċentru għat-Tagħlim immirat għal persuni b’diżabilità, kif ukoll taqsima li qed topera bħala customer care sabiex tiggwida klijenti prospettivi fuq is-servizzi kollha eżistenti tal-Aġenżija Sapport.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, il-ħaddiema intgħażlu skont il-grad u l-job description tax-xogħol tagħhom. Waħda mill-ħaddiema għandha l-grad ta’ Customer Care u hija l-unika ħaddiema Għawdxija tal-Aġenzija f’dan il-grad. Rigward dik il-ħaddiema li ntgħażlet għal grad ta’ Support Worker biex taħdem minn Għawdex, l-għażla saret fuq bażi ta’ kemm-il ħaddiema kienu ilhom impjegati mal-Aġenzija Sapport, kif ukoll ġew ikkunsidrati miżuri favur il-familja, hekk kif kien hemm żewġ impjegati fl-istess u bl-istess ammont ta’ snin u ġranet impjegati mal-Aġenzija.
Ta’ min jirrimarka li, hekk kif għall-ewwel darba l-Aġenzija Sapport bdiet topera ukoll minn Għawdex, ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Aġenzija f’Malta, għall-ewwel darba ukoll bdew jiġu trasferti lejn Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jitwaqqaf Ċentru ta’ Riżorsi għall-Familja fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u jekk iva, x’servizzi se jibda joffri lir-residenti ta’ din il-lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn it-tmexxija tal-LEAP u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala biex jinstab post ideali biex iservi ta’ Family Resource Centre.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni li għandu pendenti mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet ikkuntattjata u nfurmata bil-pass li jmiss.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li mhux jirċievi l-benefiċċju tal-mard minkejja li hu intitolat għalihom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prsuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet ikkuntattjata u nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Residenza San Vinċenz de Paul – applikazzjoni ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hija bedridden u ilha li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul żmien ilu u għadha mingħajr risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallazzjoni ta’ lift meta l-permessi huma kollha lesti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament min-naħa tal-Awtorità tad-Djar rigward spezzjoni ta’ saqaf?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, ma jirriżultax li saru rapporti dwar il-każ imsemmi. Barra minn hekk, jirriżulta li l-appartament imsemmi mhuwiex proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.