Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa u kif inhuma allokati skont l-isptarijiet u health centres differenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mad-Dipartiment tas-Sahha hemm 52 –il Social Worker.
Sptar Monte Carmeli – problema bl-arja kundizzjonata
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġimgħa bejn it-8 u t-12 ta’ Ġunju 2015 kienx hemm problema bl-arja kundizzjonata tal-Isptar Monte Carmeli? Jista’ jikkonferma jekk din il-ħsara waslitx biex pazjenti rġiel jieħdu azzjoni u jirrifjutaw li jieħdu l-mediċina tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-ġimgħa msemmija kien hemm rappurtar ta’ ħsarat f’4 mit-12 il-AC unit. Il-hsarat gew imsewwija mill-kuntrattur.
Il-pazjenti kollha ħadu l-mediċina preskritta għalijhom fil-ħin tas-soltu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Electrogas ħallset s’issa mit-€30 miljun li suppost kellha tħallas mal-iffirmar tal-kuntratt għall-art li ngħatat? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Powerstation il-ġdida – Security of Supply Agreement
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li sar Security of Supply Agreement fir-rigward tal-powerstation il-ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-agreement qiegħed jiġi studjat mill-Kummissjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li sar Power Purchase Agreement fir-rigward tal-powerstation il-ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi iva sar Power Purchase Agreement. Ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li l-informazzjoni u d-dokumenti li qed jiġu mitluba għandhom valur kummerċjali għal Enemalta plc u entitajiet oħra involuti. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtara elettriku mill-grid Ewropeja permezz tal-interconnector f’Marzu, April u Mejju 2015? B’liema rata nxtara?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża heavy fuel oil mill-powerstation bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid x’ħażna ta’ heavy fuel oil kien hawn f’Malta fl-aħħar ta’ Mejju 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru diversi tentattivi minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tiġi kkuntattjata l-persuna msemmija, sfortunatament bla suċċess. Intant il-każ se jibqa’ jiġi segwit sakemm b’mezz jew ieħor il-konsumatur jintlaħaq.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Irranġar ta’ mains tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-partijiet mhux imwieġba tal-mistoqsija parlamentari 16970 u ċjoè: jgħid kemm-il darba l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġew imsejħa biex isewwu ħsarat li seħħu fil-mains tal-ilma, matul din is-sena, fil-lokalitajiet tat-12-il distrett (il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar)? Meta saru dawn is-sejħiet u fejn kienu l-ħsarat li ġew irrapportati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16970 fejn fiha hemm indikat ċar kemm il-darba l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġew imsejħa biex isewwu ħsarat imsemmija matul din is-sena fil-lokalitajiet tat-12-il distrett.
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward operazzjoni li ilha pendenti għal aktar minn erba’ snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kaz qed jigi nvestigat
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16669, jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex kemm hemm ħaddiema impjegati mal-kuntratturi privati? Jista' jgħid liema xogħol jagħmlu dawn il-ħaddiema u f'liema grad huma l-impjegati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16667, jista’ l-Ministru jgħid kemm il-laqgħa saret mal-Unions li jirrapreżentaw il-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex dwar il-privatizzazzjoni tal-istess Sptar minn Jannar ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2015? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti għalihom? X’informazzjoni ġiet mogħtija mill-Unions dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li saru laqghat mal-Unions li jirraprezentaw il-haddiema inkluz il-GWU, UHM, MUMN u l-MAM. Dawn il-laqghat saru u ghadhom qed isiru fuq bazi regolari.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proċeduri kosmetiċi li jsiru fl-Isptar Mater Dei? Kemm-il waħda saret f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena? Liema sess u liema proċeduri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-interventi li jsiru huma dawk rikonstruttivi jew dawk li ghandhom indikazzjoni medika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn diabetics li jaf bihom il-Gvern f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom qegħdin fuq insulina? Kemm minnhom għandhom komplikazzjonijiet f'għajnehom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mill-iskema ta’ l-iSpiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek , sal-aħħar ta’ Mejju 2014, kien hemm 25,721 persuna li qed jieħdu mediċini b’xejn għad-dijabete. Dan jinkludi kemm persuni b’diabete tat- tip 1 kif ukoll persuni b’diabete tat-tip 2. Mill-ammont imsemmi, 4,474 jieħdu l-insulina biss jew l-insulina ma’ mediċini oħra bħala pilloli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkunsmati sigaretti f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm attendew pazjenti smoking cessation clinics dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin, kien hemm 2,392 pazjent li għamlu uzu mis-servizz tas-smoking cessation clinics li jofri d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed b'kanċer tal-istonku dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Mil-liema lokalitajiet? Kif jikkumparaw dawn il-figuri mal-bqija tal-Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-2013), fir –Reġistru tal-Kanċer, kien hemm irrapurtat 293 każ ta’ kanċer tal-istonku. 188 irġiel u 105 nisa.
Figuri mqabbla mal-Ewropa, muri fit-tabella ta’ hawn taht:
2012
Irġiel
Nisa
EU (28)
10.1 per 100.000
4.8 per 100.000
Malta
11.1 per 100.00
5.5 per 100.00
Lokalitajiet ta’ provenjenza ta’ dawn il-każijiet ta’ kanċer tal-istonku, muri fit-tabella ta’ hawn taht:
Attard
7
MQABBA
4
Balzan
1
MSIDA
4
ZEJTUN
12
MTARFA
2
BIRKIRKARA
11
NAXXAR
7
BIRZEBBUGA
2
PAOLA
10
COSPICUA
8
PIETA'
2
FGURA
8
QORMI
10
FLORIANA
2
QRENDI
3
Għawdex
30
RABAT
5
GHAXAQ
1
SAFI
1
GUDJA
4
SAN GILJAN
1
GZIRA
5
SAN GWANN
6
HAL-FAR
1
SAN PAWL IL-BAHAR
6
HAMRUN
14
SENGLEA
4
IBGAG
1
SIGGIEWI
11
IKLIN
3
SLIEMA
13
KALKARA
2
STA LUCIA
2
KAPPARA
1
STA VENERA
4
KIRKOP
1
TA'XBIEX
1
LIJA
1
TARXIEN
4
LUQA
8
VALLETTA
6
MARSA
5
VITTORIOSA
2
MARSASCALA
7
ZABBAR
14
MARSAXLOKK
2
ZEBBUG
6
MELLIEHA
6
ZURRIEQ
7
MOSTA
11
GHAJNSIELEM
2
SANNAT
2
GHASRI
1
VICTORIA
8
KERCEM
2
XAGHRA
3
MARSALFORN
1
XEWKIJA
6
NADUR
2
ZEBBUG (GHAWDEX)
2
QALA
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed b'kanċer tal-frixa dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Mil-liema lokalitajiet? Kif jikkumparaw dawn il-figuri mal-bqija tal-Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-2013), fir –Reġistru tal Kanċer, kien hemm irrapurtat 355 każ ta’ kanċer tal-frixa. 184 irġiel u 171 nisa.
Figuri mqabbla mal-Ewropa, muri fit-tabella ta’ hawn taht:
2012
Irġiel
Nisa
EU (28)
12.2 per 100.000
9.4 per 100.000
Malta
15.6 per 100.00
10.2 per 100.00
Lokalitajiet ta’ provenjenza ta’ dawn il-każijiet ta’ kanċer tal-frixa, muri fit-tabella ta’ hawn taht:
Attard
8
MOSTA
9
Balzan
5
MSIDA
6
ZEJTUN
18
NAXXAR
8
BIRKIRKARA
15
PAOLA
9
BIRZEBBUGA
7
PIETA'
4
BUGIBBA
3
QORMI
14
COSPICUA
7
QRENDI
3
DINGLI
2
RABAT
12
FGURA
9
SAFI
2
FLORIANA
1
SAN GILJAN
11
GĦAWDEX
32
SAN GWANN
8
GHARGHUR
6
SAN PAWL IL-BAHAR
18
GUDJA
1
SENGLEA
1
GZIRA
5
SIGGIEWI
4
HAMRUN
6
SLIEMA
17
IKLIN
2
STA LUCIA
3
KALKARA
4
STA VENERA
4
KIRKOP
2
SWIEQI
1
LIJA
3
TA'XBIEX
0
LUQA
10
TARXIEN
8
MARSA
6
VALLETTA
3
MARSASCALA
9
VITTORIOSA
3
MARSAXLOKK
2
ZABBAR
14
MELLIEHA
3
ZEBBUG
6
MGARR
2
ZURRIEQ
10
FONTANA
1
SANNAT
3
GHAJNSIELEM
2
VICTORIA
8
GHARB
5
XAGHRA
2
NADUR
5
XEWKIJA
2
QALA
1
XLENDI
1
SAN LAWRENZ
1
ZEBBUG
1