Legislature:
Category:
Reset
Active:

skema Micro Invest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk li skema tal-Micro Invest għadhiex u hux se tibqa’ miftuħa? Jekk se tibqa’ miftuħa, meta se tagħlaq tali skema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li fi żmien qasir, l-iskema tal-Micro Invest ser tiġi estiża għall-perjodu ta' sentejn u dan permezz ta' ħruġ ta' Avviż Legali li ser iġedded l-iskema sabiex tkopri spejjeż eliġibbli li jkunu minfuqa fuq perjodu ta' sentejn. Dan il-perjodu jkopri s-sentejn bejn l-ewwel ta' Jannar 2013 u l-aħħar ta' Diċembru 2014. L-aħħar applikazzjoni taħt din l-iskema tkun aċċetata sas-27 ta' Marzu tal-2015.

Stamp Advisory Board — funzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta beda jiffunzjona l-iStamp Advisory Board? Jista’ jgħid min huma n-nies li huma fil-Bord illum? X’funzjoni għandu dan il-Bord? Kemm-il darba jiltaqa’? X’deċiżjonijiet jieħu dan il-Bord? Kemm jitħallsu l-membri tal-Bord?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2077 u jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Importazzjoni illegali ta’ merkanzija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jew jispjega x’inhi l-ħidma li ssir mill-Gvern biex jiġġieled l-importazzjoni illegali ta’ oġġetti jew merkanzija minn portijiet oħra tal-Unjoni Ewropea, bħal minn Sqallija permezz tal-katamaran, peress li din l-importazzjoni dejjem, u mhux issa biss, timmina l-equal playing field fis-suq Malti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Enterprise Consultative Council — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enterprise Consultative Council iltaqax minn Marzu 2013 ’l hawn? Jekk le, meta hu beħsiebu jsejħu u x’inhu mistenni jkun fuq l-aġenda?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel laqgħa ta’ dan il-kunsill konsultattiv għal din is-sena kellha ssir fl-10 ta’ Jannar iżda din il-laqgħa għal xi raġuni kienet tħassret. Minn dakinhar il-Kunsill għadu ma ltaqax. Nittama li nkun nista’ nlaqqa’ dan il-Kunsill fil-futur mhux il-bogħod. Ovvjament, l-aġenda tal-laqgħa titqassam lill-membri meta jkun il-waqt.

Gozo Channel – nies bilwieqfa waqt il-vjaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministru tax ordni biex partijiet mill-vapuri tal-Gozo Channel jingħalqu għall-passiġieri matul numru ta’ vjaġġi, u dan minkejja li jkun hemm numru kbir ta’ persuni abbord, bil-konsegwenza li n-nies li jkun hemm fuq il-vapur ikollhom jagħmlu l-vjaġġ bilwieqfa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li kienu inawgurati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi kienu dawn li ġejjin:- (a) Proġett imniegħdi mill-MCA , flimkien ma’ St. Vincent de Paul Residence, il-Community Technology Learning Centre (CTLC) f’SVPR. It-tnehdija, li nżammet fit-2 ta’ Frar, ma involviet ebda spiża għall-MCA. L- equipment installat fis-CTLC (6 computers) kienu ġew donati. Dan is-CTLC kien komplut, u bħalissa qiegħed jiġi intużat. Iċ-ċentru kien inawgurat mis-Segretarju Parlamentari (f’dak iz-zmien) għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Hon. Mario Galea M.P. (b) It-tqegħid tal-ewwel ġebla fil- Lifesciences Centre li saret nhar it-Tnejn 25 ta’ Frar, 2013 mill-Onor. Lawrence Gonzi, Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech. Fiż-żmien tat-tqegħid tal-ewwel ġebla, it-tħejjijiet għall-pedamenti kienu qed iseħħu. Ix-xogħlijiet li fadal fuq il-proġett jinkludu l-bini tal-erba’ blokki, x-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, finishes u landscaping . Il-pagamenti effettwati sal-25 ta’ Frar, 2013 laħqu € 6.7M, bil-bilanċ dovut ta’ € 25.5m skont il- Grant Agreement . L-ammonti huma mingħajr il-VAT.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — spiża fuq salarji u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-ispi¿a f'salarji u perkaċċi għas-segretarjat privat tiegħu u tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise — Proġett tax-Xjenza tal-Ħajja – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju/i l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament intgħażlet biex tmexxi l-proġett tax-Xjenzi tal-Ħajja fi ħdan il-Malta Enterprise? Ħarġet sejħa pubblika għal din il-kariga? Kemm hu twil il-kuntratt tal-persuna magħżula?

Response (CARDONA, CHRIS)

Sabiex il-proġett tal-Life Sciences Centre jitlesta fil-ħin u mingħajr telf tal-Fondi Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali, kien meħtieġ li titwaqqaf taskforce għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet meħtieġa. Il-persuna li ġiet fdata bit-tmexxija ta' din it-task force, li l-quddiem se tkun responsabbli għall-proġetti kumplessi oħra, ġiet appuntata f’pożizzjoni ta' fiduċja.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Drittijiet Diġitali — White paper

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux bi ħsiebu jkompli l-proċess ta’ emendi kostituzzjonali li kien inbeda bil-White Paper dwar id-Drittijiet Diġitali li kienet ippubblikata mill-Gvern preċedenti, u jekk iva jista’ jagħti t-timeframe għal dan?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Malta Enterprise – Business First

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika xahar b’xahar tax-xogħol li għamlet il-Business First (fil-Malta Enterprise) minn mindu twaqqfet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li mindu twaqqfet il-Business First, fil-Malta Enterprise, saru diversi xogħlijiet kif spjegat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

BioMalta Campus — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-BioMalta Campus li fil-baġit għal din is-sena kien indikat li wara li ħarġu l-permessi neċessarji u kien sar ix-xogħol ta’ twaqqigħ u tindif tas-sit, kellu jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fil-bidu ta' din is-sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li wara l-ħruġ tal-permess ta’ żvilupp sħiħ mill-MEPA għall-Enabling Works (Twaqqigħ u Tħaffir), ix-xogħlijiet ta’ tiġrif u tħaffir bdew f'Settembru 2011. Saret konsultazzjoni mal-Mater Dei, OHSA, TM, u MITA minħabba s-sensittività taż-żona fil-qrib tal-isptar. Din il-konsultazzjoni saret biex jiżguraw li qegħdin isiru xogħlijiet mingħajr ma jikkawżaw inkonvenjent kbir għal xogħlijiet tal-istess sptar. Ix-xogħlijiet progressaw skont il-programm u sa Settembru 2012, ix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ u tħaffir tlestew kompletament. F'Settembru 2012, il-MEPA ħarġet il-permess sħiħ għall-bini tal-Life Sciences Centre. Matul Diċembru 2012 il-mobilizzazzjoni fuq is-sit beda u attwalment qed jiġu finalizzati il- foundation levels. Il-programm ta’ xogħlijiet - li jinkludi xogħlijiet ta' bini, installazzjoni tas-servizzi tal-bini, il- finishes u l- landscaping - huwa mistenni li jitlesta sa l-ewwel /tieni kwart tal-2014.

Żoni industrijali – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' titjib f'kull waħda miż-żoni industrijali ta' Bulebel, Ħal-Far, Kordin, Mosta u Xewkija Għawdex? Kemm hu l-persentaġġ tax-xogħol ippjanat li huwa lest? Meta mistenni jitlesta x-xogħol f'kull żona? Kemm se jiswa x-xogħol f'kull żona?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

ICT u Digital Content Development — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-faċilità ta’ plug in/plug out għal kumpaniji innovattivi fl-oqsma tan-negozji fl-ICT u d-digital content development li fil-baġit ġew ivvutati €3.5 miljun għaliha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ix-xogħol fuq il-proġett tad-digital hub jinsab fi stadju avvanzat u bħalissa qegħdin jiġu iffinalizzati t-tenders għax-xogħlijiet. Huwa ppjanat illi x-xogħol jibda lejn l-aħħar tal-2013 u jitlesta fl-2014.