Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pupils attending secondary schools in Gozo

Question

To ask the Minister, what was the total number of secondary school pupils attending Government and Private Schools in Gozo in 2000, 2005, 2010 and 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

I am informed that the total number of students attending Government and Non-State schools at secondary level in Gozo was as follows: Student population in Gozitan Government Secondary Schools Sch. Yr. 2000/01 Sch. Yr. 2005/06 Sch. Yr. 2010/11 Sch. Yr. 2014/15 1900 1749 1400 928 Student population in Gozitan Non-State Secondary Schools Yr. 2000 Yr. 2005 Yr. 2010 Yr. 2014 271 348 473 656

National Commission for Further and Higher Education — approvazzjoni għall-American University of Malta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21254, jista’ l-Ministru jgħid allura kif l-American University of Malta (AUM) tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qed titħalla tagħmel riklami anke f’attivitajiet bħal dik tal-Commonwealth Youth Forum li saret f’pajjiżna ftit tal-ġranet ilu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-reklamar f’attivitajiet bħal dik indikata fil-mistoqsija ma jaqax taħt dan il-Ministeru.

Konferenza tal-Aħbarijiet — tqassim ta' kotba fl-iskejjel

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19012, jista’ l-Ministru jgħid allura fejn tpoġġew dawn il-kotba?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn il-kotba qegħdin jinżammu fl-uffiċċini tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – servizzi għat-tfal b’autistic spectrum disorder

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16292, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti b’Autistic Spectrum Disorder fil-kamp edukattiv u li qed jiġu megħjuna mill-professjonisti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li din is-sena hemm 230 student li qed jingħataw is-sapport mill-professjonisti tal-ASST team fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-iStudent. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti bl-ASD li ġew referuti biex jingħataw għajnuna u sapport, matul dawn l-aħħar 12-il sena huwa ta’ 848.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – servizzi għat-tfal bl-ADHD

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16290, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bl-ADHD fil-kamp edukattiv u li qed jiġu megħjuna mill-professjonisti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment Servizzi għall-iStudent fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi m’għandux servizz speċjalizzat għal studenti b’ADHD. Is-support lil dawn l-istudenti jingħata fil-Kulleġġi, skont il-bżonn partikolari tagħhom, mill-professjonisti tat-tim psiko-soċjali rispettivi tagħhom (pereżempju, psikoloġi jew psikoterapisti) kif ukoll mill-SEBD specialists u għalhekk ma teżistix data ċentrali. Ninforma iżda lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ studenti bl-ADHD li ġew referuti biex jingħataw għajnuna u support, matul dawn l-aħħar 12-il sena huwa ta’ 1,045.

Ministeru għall-edukazzjoni u x-Xogħol – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Malta Libraries — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-impjegati tal-Malta Libraries u tal-libreriji f’Għawdex (li jaqgħu taħt id-dipartiment tal-customer services tal-Ministeru għal Għawdex) li huma kkwalifikati mill-Università ta’ Malta jew minn universitajiet oħra rikonoxxuti fix-Xjenzi tal-Librerija? Nitlob lill-Ministru jagħti l-isem, in-numru tal-I.D. Card, il-grade fil-librerija u l-post fejn jaħdmu u l-kwalifika.

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm 15-il persuna impjegati ta' Malta Libraries li għandhom kwalifiċi fix-Xjenzi tal-Librerija. Rigward id-dettalji personali ta’ dawn l-impjegati, peress li l-informazzjoni mitluba tista’ twassal għal nuqqas ta’ ħarsien tad-dritt għall-privatezza ta’ individwi, it-tagħrif mitlub mhux qiegħed isir pubbliku. Dispost li ngħaddi l-ismijiet, il-pożizzjoni, il-post fejn jagħtu servizz u l-kwalifiċi tagħhom lill-Onor. Interpellant privatament u b'mod kunfidenzjali.

Malta Libraries — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ impjegati ġodda li daħlu jaħdmu mal-Malta Libraries mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħidilna min minnhom hu ggradwat fix-Xjenzi tal-Librerija mill-Università ta’ Malta jew minn universitajiet oħra rikonoxxuti, fejn qed jaħdmu, xi grade u xi scale għandhom, u r-rekwiżiti li riedu biex setgħu joqgħodu għall-eżami jew intervista li permezz tagħhom ġew magħżula?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ impjegati ġodda li daħlu jaħdmu ma’ Malta Libraries mill-2013 sal-lum hu ta’ 12. Tlieta minn dawn l-impjegati huma ggradwati fix-Xjenzi tal-Librerija. Dispost li ngħaddi l-ismijiet u l-informazzjoni l-oħra mitluba lill-Onor. Interpellant privatament u b’mod kunfidenzjali.

Wied il-Għajn – kotba mogħtija lil-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika f’Wied il-Għajn matul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Wied il-Għajn matul din is-sena sa Novembru 2015 inxtraw 118-il ktieb filwaqt li 905 kotba oħra ingħataw b’donazzjoni.

Santa Luċija – kotba mogħtija lil-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika f’Santa Luċija matul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Santa Luċija matul din is-sena sa Novembru 2015 inxtraw 176 ktieb filwaqt li 594 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni.

Skemi ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward skemi ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant qed jiġi kkuntattjat.

Home schooling – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward għalliema li tintbagħat mill-gvern sabiex tgħallem f’dar privata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.

ETC – rapporti annwali – ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-eżerċizzju li skont l-aħħar rapport annwali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) kellu jsir għar-rigward il-ħaddiema Għawdxin huwiex isir jew ġiex konkluż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għadha għaddejja bl-eżerċizzju li tivverifika l-informazzjoni li għandha fir-reġistru tagħha ta’ persuni li għandhom xogħol bi qliegħ f’Malta. Dan hu eżerċizzju li jieħu fit-tul peress li jrid jiġi kkuntattjat kull min iħaddem. Biex il-proċess ikun komplut, il-Korporazzjoni qiegħda wkoll tibgħat ittri lill-impjegati biex huma wkoll jivverifikaw l-informazzjoni li għandha fuqhom.

Ħal Tarxien – kotba ġodda lil-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika f’Ħal Tarxien matul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Ħal Tarxien matul din is-sena sa Novembru 2015 inxtraw 106 kotba filwaqt li 147 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni.

Il-Gudja – kotba mogħtija lil-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika fil-Gudja matul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fil-Gudja matul din is-sena sa Novembru 2015 inxtraw 259 ktieb filwaqt li 441 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni.

Iż-Żejtun – kotba mogħtija lil-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika fiż-Żejtun matul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fiż-Żejtun matul din is-sena sa Novembru 2015 inxtraw 214-il ktieb filwaqt li 958 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni.

Il-Fgura – kotba mogħtija lil-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika fil-Fgura matul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fil-Fgura matul din is-sena sa Novembru 2015 inxtraw 144 ktieb filwaqt li 812-il ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni.
Leg 12 PQ #21261 Sitting 335 2015-12-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Presidenti tal-Kunsill tal-Iskejjel ta' Għawdex — persuna maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Presidenti tal-Kunsilli tal-Iskejjel ta' Għawdex kollu? JIsta' jgħid f'kull każ, il-persuna li qed isservi bħala President tal-Kunsill Skolastiku ġietx nominata mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-lokalità u jekk huwa nnominax lill-persuna nominata mill-Kunsill inkella nnomina lil dik il-persuna li dehrlu hu? F'każ li l-Ministru ma mexiex mal-parir tal-kunsill lokali, jista' jagħti r-raġuni għaliex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għalkemm m'hemm ebda obbligu li l-President tal-Kunsill Skolastiku jkun dak innominat mill-Kunsill Lokali, f'ħafna mill-każi dan seħħ.

Persuni jaħdmu part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu reġistrati li qed jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dan l-impjieg bħala dak prinċipali u kemm le u possibilment is-sess tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fuq bażi part-time fl-aħħar ta’ Mejju 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta’ 58,009. It-tabella t’hawn taħt turi kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala xogħol ewlieni u kemm kellhom part-time u full-time job ukoll, maqsumin skont is-sess tagħhom Part-Time bħala xogħol PrimarjuPart-time u għandhom full-time wkollTotal Part Time Rgiel14,21515,79930,014 Nisa20,1857,81027,995 Total34,40023,60958,009