Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar fir-rigward tal-wasla tas-safety equipmemnt għall-ħaddiema fit-taqsima tad-drenaġġ, minn wara t-tagħrif li ta permezz tat-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija parlamentari numru 14144, fit-28 ta' Frar, 2000?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Wara li ġie identifikat eżatt il-kwalita' ta' 'safety equipment' meħtieġ u adattat għad-Dipartiment tad-Drenaġġ, u wara li ġew deċiżi l-kwantitajiet, qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu fluq f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13763.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14929, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jgħid jgħid xi programm ta' restawr sar fl-Imdina mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Jista' jgħid xi programm ħejja l-gvern għar-restawr tal-bini storiku u swar ta' l-Imdina għall-2000? Jista' jgħid meta se tibda tiġi restawrata l-Greek Gate ta' l-Imdina?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Minn mindu twaqqaf f'Settembru 1999, il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina ħejja programm ta' tlett snin ta' restawr u titjib ambjentali. Xogħol ta' restawr irid isir wara preparazzjoni ta' rapporti u proċeduri ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Fil-fatt, il-Kumitat diġa' applika sabiex jirrestawra l-Main Gate. Qabbad ukoll żewġ periti separati biex iħejju rapporti u applikazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal Greek Gate u għal Banca Giuratale: jien infurmat li dawn iż-żewġ applikazzjonijiet għandhom jidħlu għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sa l-aħħar ta' April. Il-Kumitat ħa ħsieb ukoll li jieħu miżuri urġenti fil-Palazz tal-Vilhena u qed iħejji għar-restawr tiegħu.
Barra x-xogħol imsemmi hawn fuq, fil-preżent m'hemm ebda pjanijiet oħra fir-rigward ta' swar fl-inħawi ta' l-Imdina.
Jista' l-Ministru jara li ssir slipway fil-Ġnejna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Ġnejna jeżistu diversi slipways. Hemm slipways fuq in-naħa tal-boathouses fejn l-uniku aċċess huwa permezz tal-baħar u hemm slipway wieħed mqatta' ġol-blat li huwa aċċessibli mit-triq.
Il-bini ta' slipway ġdid huwa diffikultuż minħabba raġunijiet ambjentali.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex ix-xogħol fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tiġne' isir skond il-linji espressi fir-riżoluzzjoni numru 3 ta' Din l-Art Ħelwa li qed tintbagħat separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi x-xogħlijiet ta' restawr, kif ukoll proposta ta' żvilupp fil-proġett ta' Manoel Island u Tigne' huma regolati mill-kuntratt u mill-permess ta' l-iżvilupp.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fix-xogħol fuq il-proġett tal-Kottonera jiġi rispettat dak li hemm imniżżel f'riżoluzzjoni numru 2 ta' Din l-Art Ħelwa li qed tintbagħat separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi x-xogħlijiet ta' restawr, kif ukoll kull proposta ta' żvilupp fil-proġett tal-Kottonera huma regolati mill-kuntratt u mill-kundizzjonijiet tal-permess ta' l-iżvilupp.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-ministeru għar-riżoluzzjoni numru 1, li qed tintbagħat separatament, ta' Din l-Art Ħelwa li kkundanat l-intervent drastiku fuq ġewwa ta' St. James Cavalier?
Xogħol simili ieħor fuq bini storiku se jkompli jsegwi l-linja li fuq ġewwa jista' jitħarbat sakemm il-faċċata u barra tinżamm kif inhi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bidliet u l-interventi li saru fuq ġewwa ta' St. James Cavalier kienu biss dawk assolutament neċessarji biex jagħmlu l-post kompatibbli ma' l-użu tiegħu bħala Ċentru ta' l-Arti. Dan ix-xogħol sar kollu skond il-permessi li l-Gvern huwa obbligat li jġib mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u li effettivament ġab u x-xogħol kien kollu segwit mill-istess Awtorita'.
Nixtieq nassigura lill-Onorevoli Interpellant li kull xogħol fuq bini storiku li jsir mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet isir skond l-etika u t-teknika tal-prinċipji għar-restawr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru attivitajiet organizzati mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu tatħu, fiċ-Ċentru għall-Kreattivita' ġewwa St. James Cavalier?
Min ħa ħsieb li jorganizzahom u x'tip ta' attivita' kienet?
Xi pjanijiet oħra hemm maħsuba għall-futur u meta se jsiru u minn min?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li qed jagħti l-Ministru ta' l-Edukazzjoni għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15589 ta' din is-Seduta.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15388, fejn tlabtek tagħti lista tal-jobs kollha approvati bħala non council task f'April, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, tista' tgħid għaliex fil-lista ma dehritx il-job approvat f'April, 1999 li bih xogħlijiet ta' patching f'Ħal Qormi, ix-xogħol provdut mid-dipartiment ma kellux ikun iċċarġjat lill-kunsill lokali, imma biss il-provvista ta' ġebel? Kemm ġie jiswa dan il-job? Min talbu? Tista' tikkonferma li ma hemmx jobs oħra ta' l-istess tip, riferibbli għal April, 1999 li saru imma li ma jidhrux fil-lista li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
B'referenza għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 15388 l-uniku xogħol ta' patching li sar f'April kien imsemmi. Ma ġie rreġistrat l-ebda xogħol ieħor ta' patching f'April. Il-'ġebel' li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ma kien ġebel xejn imma 'coated stone' li di żvista ġiet moqrija 'stone' (ġebel).
Għaldaqstant l-aħħar parti tal-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-jobs approvati f'Novembru 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ta' xogħol bħala Non Council Task?
Fejn saru?
Fiex kienu jikkonsistu?
Kemm ġew jiswew?
Liema huma dawn il-jobs kienu jaqgħu strettament taħt il-kompetenza tal-kunsilli lokali rispettivi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant jiġifieri liema minn dawn il-jobs jaqgħu strettament taħt il-kompetenza tal-Kunsilli Lokali rispettivi, nixtieq ninfurmah li l-jobs kollha barra Job No. 23411 jiġifieri tal-Patching li kien sar fil-maltempata tas-27, 28 ta' Novembru 1999 biss ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju jew riċerka mid-dipartiment tad-drenaġġ jew xi entita' oħra li taħtha taqa' r-responsabbilta' tad-dipartiment tad-drenaġġ biex jistabbilixxi liema huma dawk il-gassijiet tossiċi li jkunu fis-sistemi tad-drenaġġ? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv jista' jgħid meta sar jew saru dawn l-istudji jew riċerki? Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta minn dawn l-istudji jew riċerki?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi minn riċerka li saret mid-Dipartiment ġie stabbilit illi dawn il-gassijiet tossiċi jeħtiġilhom attenzjoni speċjali u ċioe':
hydrogen sulphide
oxygen deficiency
carbon monoxide
carbon dioxide
explosive gas, detection usually based on methane CH4.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' lbies protettiv jużaw il-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ? Jista' jgħid jekk l-ilbies protettiv li jużaw dawn il-ħaddiema kienx matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u xahar b'xahar, provdut u huwiex provdut b'mod regolari preżentament? Jista' jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li jixtri u jissuplixxi lill-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ b'dan l-ilbies? Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li kien hemm nuqqas jew ma nxtarax ilbies protettiv, jekk jirriżulta hekk?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hawn taħt qed nagħti lista ta' lbies protettiv u apparat ieħor relatat li qiegħed għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ. Ninsab infurmat li l-boiler suits u s-safety shoes jinbidlu fuq bażi annwali sakemm ma jkunx hemm il-ħtieġa li dawn jinbidlu qabel u l-apparat u lbies ieħor jinbidel skond il-ħtieġa. Huwa normali li wieħed iżomm "minimum stock level" ta' dawn l-affarijiet sabiex l-apparat u l-ilbies li jkun qiegħed jintuża jkun jista' jinbidel skond il-ħtieġa.
SAFETY EQUIPMENT AT DRAINAGE SECTION
------------------------------------
Rub ber Boots
Safety Shoes
Safety Helmets
Thigh Boots
Waders
Rubber Gloves Industrial
Leather Gloves (for Electricians)
Leather Gloves (for Welders)
Yellow Fluorescent Bibs
Yellow Rain Coats
Headphones for Sound Proofing
Full Face Mask
Rescue Harness
Carabineer
Fire man Carabineer
Diaphragm Compressor
Pressure Reducing Valve
Emergency Air Supply
Communication Set
Triplex Face Mask
Metal Detector
Portable Ventilators
Gas Monitors
Generators
Navigational Marker Buoys
Eye Goggles
Half Mask complete with Filter
Safety Helmets (with Bracket for Lamps)
Boiler Suit
Hand Torches
Caps complete with Cable and Rechargeable Batteries
Industrial Waist Belt
Sit Harness
Body Harness
Rescue Harness
Hauser laid rope
Pipe detector apparatus
Hand Portable Transceivers
Road Cones
Road Flashers.
Jista' l-Ministru jinformani bil-ħsara ekoloġika li saret fuq l-irdum tal-Imtarfa bil-ħajt tal-konkos li sar f'din il-parti suppost protetta?
Jista' l-Ministru jpoġġi kopji tar-rapporti li saru mill-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Ambjent dwar dan l-iżvilupp li sar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jinvestiga l-ilment li dwaru qed isaqsi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hu jew xi ħadd imqabbad minnu jew il-perit li kien u għadu responsabbli mix-xogħol ta' Saint James Cavalier Project, tkellmux ma' għaqdiet li jinteressaw ruħhom, f'siti u bini storiku bħal ngħidu aħna "Din l-Art Ħelwa"?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi Frar ta' l-1996, qabel saru l-pjanti ta' St. James Cavalier, saret laqgħa ta' diskussjoni fuq dan il-proġett. Għal din il-laqgħa attendew kemm il-pubbliku in ġenerali kif ukoll għaqdiet li jinteressaw ruħhom f'siti u bini storiku, fosthom rappreżentanti ta' 'Din l-Art Ħelwa'. Kulħadd kien mistieden jagħti s-suġġerimenti tiegħu, anki bil-miktub wara dik il-laqgħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intnefqux aktar flus fuq is-Saint James Cavalier Project, mill-bidu tas-sena 2000 sal-lum?
Jekk iva, kemm u fuq xiex saret din l-ispiża?
Kemm hemm maħsub li se jintnefqu fil-futur u għal-liema xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika sabiex jiġi magħżul perit biex jagħmel xogħol marbut ma' St. James Cavalier?
Jekk iva, meta saret u kemm kienu dawk interessati u min kienu?
Xi kriterji ntużaw sabiex saret l-għażla u min kien jew kienu li ħadu din id-deċiżjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13025 fejn hemm id-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Cleaning works opposite Jessie Bar, St Andrews? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Cleaning works opposite Jessie Bar, St. Andrews" ġie jiswa Lm12.24ċ.
Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Construction of a roundabout at Sanctuary Street, Mensija, San Ġwann? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant li hu xogħol ta' "Construction of Roundabout at Sanctuary Street, Mensija, San Ġwann" ġie jiswa Lm3105.27ċ.
Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Construction of a pavement at Tomna Lane, San Ġwann? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Construction of a pavement at Tomna Lane, San Ġwann" ġie jiswa Lm585.48ċ.
Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Supply of 10 cu m sand at Manoel Island Ground, Gżira? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Supply of 10 cu.m. sand at Manoel Island Ground, Gżira" ġie jiswa Lm15.78ċ.
Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.