Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16302, jista' il-Ministru jaġġornana għas-sena 2005 globali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-prezz globali għall-laħam tal-fenek għas-sena 2005 huwa ta' Lm3.66.

Produzzjoni tal-laħam tal-Fenek

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-fenek matul l-2005 u fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Minħabba li l-industrija tal-fenek hija meqjusa bħala cottage industry, u s-Servizz Veterinarju huwa entità regolatorja, ma tinżammx statistika uffiċjali tal-produtturi tal-fniek u tal-produzzjoni tagħhom.

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16300, jista' il-Ministru jaġġornana bl-istess informazzjoni għas-sena 2005 globali u għas-snin l-oħra globali wkoll, separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

Jista' il-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari 16301 għas-sena globali 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-prezz medju tal-laħam tat-tiġieġ at farm gate level matul is-sena globali 2005 kien ta’ Lm 69.04 kull 100 kg (deadweight).

Produzzjoni tal-laħam tat-Tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam frisk tat-tiġieġ tas-simna matul l-2005 globalment? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-produzzjoni ta' laħam frisk tat-tiġieġ kif jidher fid-database kienet kif gej: 2003 - 7,852,128 Kg 2004 - 6,176,245 Kg 2005 - 4,667,713 Kg Ma kenitx tinżamm statistika fis-snin 2000, 2001 u 2002.

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadu ma twaqqafx bord kompost mill-MEPA sabiex jisma' numru ta' każi li kienu ġew ri-ġudikati mill-qorti? Jista' jgħid meta beħsiebu li jaħtar dawn il-bordijiet u jibdew jinstemgħu dawn il-każi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema bord qed jirreferi. Ċerti każijiet jidhru quddiem il-Qorti ta' l-Appell wara li jkunu deċiżi mill-Bord ta' l-Appelli. Meta l-appell quddiem il-Qorti ta' l-Appell ikun mirbuħ, il-każ jiġi mibgħut quddiem il- Bord ta' l-Appelli biex dan jerġa’ jisma’ l-każ skond id-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Appell. Il-Bordijiet ta' l-Appell li jisimgħu dawn il-każijiet huma kostitwiti skond il-liġi u bħalissa jeżistu tnejn minn dawn il-Bordijiet.

MEPA — Bordijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il numru ta' bordijiet komposti nħatru sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin fil-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' Bordijiet li nħatru fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f'dawn l-aħħar ħames snin huma kif jidher hawn taħt : HAC Panel - Cultural Heritage (2005) Natural Heritage (2005) Ornis Committee (2005) Biosafety Committee (2004) Integrated Pollution Prevention and Control Committee (2004) Environment Fund (2003)

Affarijiet Rurali u Ambjent — Diretturi/Chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Biċċerija tal-Marsa — Inċineratur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija kkalkulata n-nefqa tad-diesel/fuel ta' l-inċineratur il-ġdid tal-biċċerija tal-Marsa? Kif se tiġi ffinanzjata din in-nefqa u min se jikkumpensa għall-ispejjeż tagħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16087.

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il ittra ntbagħtet mill-MEPA matul l-2005 lill-applikanti jew il-periti tagħhom għall-permessi ta' żvilupp fejn titlob aktar żmien stipulat mil-liġi minħabba l-iskuża ta' konsultazzjoni/informazzjoni relatata mal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità tibgħat konsultazzjonijiet ma’ diversi istituzzjonijiet li jitolbu li jiġu kkonsultati mill-Awtorità waqt l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni. Skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità l-"Case Officers" bagħtu 3,384 ittra ta' din in-natura. L-Awtorità tikkonsulta wkoll mal-Periti u tinfurmahom b'tibdil li jistgħu jagħmlu fil-proposta sabiex din tkun skond ir-regolamenti ta’ l-Ippjanar. Dan isir bl-intenzjoni li d-Direttorat ta’ l-Ippjanar ikun jista’ jirrakkomanda lill-Board li l-applikazzjoni tiġi aċċettata. Skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità l-"Case Officers" bagħtu 5,618 ittra ta' din in-natura. Ċertament li konsultazzjoni ma tistax titqies bħala ħela ta’ ħin jew “skuża”. Nispera li l-Onor. Membru mhux favur li tonqos il-konsultazzjoni.

Santwarju għal ħarsien ta' annimali

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' santwarju għal ħarsien ta' annimali domestiċi li kellu jitlesta aktar minn ħames snin ilu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-Society for the Protection and Care of Animals (SPCA) issottomettiet applikazzjoni għal ċentru ta’ l-annimali f’Marzu 2004 fuq art li identifika l-Gvern. L-Outline Application ġiet approvata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fit-2 ta’ Diċembru 2005. Għaldaqstant ma nafx għall-liema santwarju ieħor qed jirreferi l-Onor. Interpellant li kellu jitlesta aktar minn ħames snin ilu.

Animal Welfare Council

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-animal welfare council? Dan għadu jiffunzjona? Jista' jgħid min huma r-rappreżentanti f'dan il-kunsill?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Animal Welfare Council għadu jiffunzjona u jiltaqa’ regolarment. Il-Kunsill huwa kompost kif hemm indikat f'Aritklu 4 ta’ l-Animal Welfare Act (Cap 439) jiġifieri: Direttur tas-Servizz Veterinarju Rappreżentant mill-Ministeru responsabbli mis-Servizz Veterinarju Veterinarju mis-Settur Pubbliku, b-esperjenza fis-saħħa mediċinali ta' l-annimali (animal health medicine) Veterinarju mis-Settur Pubbliku, b'esperjenza f'materja ta' l-annimali tal-farm (Farm animals' matters) Żewġ persuni li jirrappreżentaw l-interessi tal-Gruppi tal-Ħarsien ta' l-Annimali (Animal Welfare Groups) Żewġ persuni li jirrappreżentaw l-interessi tar-raħħala u gruppi sportivi ta' l-annimali (breeders and animal sports groups) Uffiċjal mid-Dipartiment

MEPA — Applikazzjonijiet ta' kunsilli lokali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti ta' kunsilli lokali quddiem il-MEPA? Kemm ilhom pendenti? Min huma l-applikanti u għal liema skop?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi l-informazjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.

UE — Export refunds fuq prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'dawk li huma export refunds fuq il-materja prima ta' l-ikel u l-prodotti ta' l-ikel mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea matul l-2004? Jista' jipprovdi wkoll dawn l-ammonti in kwestjoni għas-sena 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Gvern ma rċieva l-ebda dħul f’dawk li huma export refunds fuq il-materja prima ta’ l-ikel u l-prodotti ta’ l-ikel mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea matul is-snin 2004 u 2005.

MEPA — Applikazzjonijiet għal proġett ta' slum clearance

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem il-MEPA għal proġett ta' slum clearance? Kemm ilha pendenti? Min huma l-applikanti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha quddiema applikazzjoni waħda għal proġett ta' "slum clearance". L-applikazzjoni hija numru PA 5863/99 sottomessa mill-Awtorità tad-Djar, u ġiet validata f'Ottubru ta' l-2002.

Biċċerija — Meat and deboning plant

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-meat and deboning plant fil-biċċerija mhux jitħaddem? Kemm fil-fatt ilu magħluq dan l-impjant?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16003. Ta’ min iżid jgħid li x-xogħol fuq l-impjant tlesta fis-sena 2005 iżda għadu jrid jiġi kommissjonat.

MEPA — Biċċerija tal-Marsa

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi approvati mill-MEPA għall-bini ta' l-inċineratur u ta' l-imħażen tad-diesel fil-biċċerija tal-Marsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) approvat il-bini ta' l-inċineratur u ta' l-imħażen tad-diesel fis-seduta tas-19 ta' Jannar 2006. L-aċċess għall-pjanti huwa rregolat bl-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp.

Pitkali tal-ħut — Kummissjoni

Question

Jista' il-Ministru jara li titħallas il-kummissjoni tal-pitkali tal-ħut peress li ilha pendenti sa minn Awissu 2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej eżerċizzju biex jinġabru flus dovuti minn xerreja tal-ħut li ttraskuraw il-pagamenti tagħhom u qabżu l-perjodu ta' kreditu ta' ħames t'ijiem previst mill-prassi normali tat-tmexxija tal-pixkerija. Il-pitkala għandhom responsabbiltà lil min ibiegħu l-ħut u qiegħdin jgħinu biex dan l-eżerċizzju jkollu l-iktar eżitu pożittiv possibbli. Meta jintemm dan il-eżerċizzju tkun tista' tinħadem il-kummissjoni kif suppost tal-pitkala, u għalhekk ikun jista’ jsir il-ħlas. Huwa previst li l-ħlas ser isir fil-ġimgħat li ġejjin meta l-ewwel fażi ta' l-eżerċizzju msemmi tkun finalizzata.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent hu responsabbli minn żewġ enti pubbliċi. Dawn huma l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumpanija Wasteserv Malta Co Ltd. Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tagħmel użu regolari mis-servizzi ta' żewġ ditti ta' avukati li ġew magħżula wara sejħa pubblika għall-offerti. Dawn huma Abela, Stafrace and Associates u Grech, Vella, Tortell and Hyzler. Is-servizzi pprovduti u l-ħlasijiet rispettivi huma hekk kif ġej: Ditta ta' Avukati Tip ta' servizz Ħlasijiet Abela, Stafrace & Associates Servizzi legali ·- Retainer annwali ta' Lm13,000 (qabel il-VAT) ·-Rimbors ta' spejjeżta' taxxa tal-Qorti ·-Lm20 is-siegħa (qabel il-VAT) għal siegħat barra min-normal Grech, Vella, Tortell & Hyzler Servizzi legali ·- Retainer ta' Lm900 (qabel il-VAT) kull tliet xhur ·-Lm50 għal kull seduta quddiem il-Qorti għal każi konnessi mal-ex-PAPB Il-kumpanija WasteServ Malta Limited ma tħallasx għal servizzi legali fuq bażi annwali jew perjodika iżda għandha avukat impjegat part-time magħha. Il-kumpanija WasteServMalta Limited tagħmel ukoll użu minn kumpaniji legali għal biċċiet ta' xogħol speċifiċi "on an assignment basis" iżda ma tħallas ebda 'retainer' lil ebda uffiċju legali. Kumpaniji legali li jintużaw huma:- - Ganado & Associates Advocates - Lofaro & Tanti Dougall - Mamo TCV Advocates

Affarijiet Rurali u Ambjent — Enti Pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 16603 u 16418 li ġew marbuta flimkien fir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16603?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16418 se tingħata fis-Seduta numru 349 skond l-Aġenda.