Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati Ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?
X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?
Response (BORG, JOE)
Ma ġie mpjegat l-ebda ħaddiem ġdid ma organiżżazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul din is-sena. Nixtieq inżid pero illi għalkemm il-Malta EU Information Centre ma jaqax taħt ir-responsabbilta tiegħi, ġew impjegati sitt persuni ma' dan iċ-Ċentru matul is-sena elfejn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħalsu l-membri li hemm fuq il-MEUSAC fuq il-Euro-assistance co-ordinating Task Force u l-MIC?
Response (BORG, JOE)
Il-membri tal-MEUSAC ma jirċievu ebda ħlas b'eċċezzjoni ta' sitt membri nominati a bażi ta' fiduċja li jirċievu honorarium ta' Lm2000 fis-sena. Il-membri tal-Euro Assistance (Funding and Programme) Coordinating Task Force ma' jirċievu ebda ħlas b'eċċezzjoni taċ-Chairman li jitħallas Lm5,000 fis-sena kif ukoll car allowance ta' Lm1,250 fis-sena u free telephone service.
Dwar il-MIC, ma hemmx membri per se iżda hemm erbatax-il persuna jaħdmu full-time a bażi ta' kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat id-dar il-ġdida fis-subborg O'Malley li qed tintuża bħala Kummissjoni Għolja f'Canberra l-Awstralja?
Jista' jgħid kemm intnefqu flus biex din id-dar ġiet refurbished u rranġata minn dar privata għal uffiċċju?
Jista' jgħid min kienu u kemm qamet b'kollox l-ispiża tal-perit u dawk li marru miegħu lejn Canberra biex jeżaminaw din id-dar li nxtrat?
Response (BORG, JOE)
Id-dar il-ġdida li nxtrat mill-Gvern Malti swiet Lm231,016. Dan il-bini qed jintuża kemm bħala Kanċellerija fil-sular t'isfel kif ukoll bħala residenza tad-Deputat Kummissarju fis-sular ta' fuq.
In-nefqa biex dan il-post ġie refurbished qamet Lm12,675.
In-nefqa tal-Perit u l-Uffiċċjal Għoli tal-Finanzi li żaru l-Awstralja biex jeżaminaw id-dar li nxtrat qamet Lm4,432.98.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi duty free mill-uffiċjali Maltin ta' l-Ambaxxata Maltija f'Canberra f'dawn l-aħħar ħames snin u min xtrahom?
Jista' jgħid kemm għandu karozzi tiegħu l-Gvern Malti f'Canberra u min jagħmel użu minnhom?
Response (BORG, JOE)
Fl-aħħar ħames snin (1995 - 2000) erba' uffiċċjali Maltin ta' l-Kummissjoni Maltija f'Canberra msemmija hawn xtraw minn flushom karozza għall-użu tagħhom:
Raymond Xerri
George Busuttil
Gioconda Mifsud
Charles Herrera
Bħala uffiċċjali diplomatiċi huma kienu ntitolati jixtru l-karozza bla dazju. Il-Kummissjoni Għolja f'Canberra għandha żewġ karozzi jiġifieri Volvo 370 li hija l-karozza uffiċċjali li tintuża mill-Kummissarju Għoli w oħra Daihatsu Charade li nxtrat madwar għaxar snin ilu li tintuża mill-membri tal-Kummissjoni w għal ħtiġijiet ta' kuljum tal-Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm intnefqu finanzi f'avviżi fuq il-ġurnali u mezzi tax-xandir b'mod separat (partikolarment mill-MIC)? Jista' jindika l-istazzjonijiet u l-ġurnali u media, wieħed wieħed u kemm ħadu finanzi kull wieħed?
Response (BORG, JOE)
L-informażżjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jikkonferma li bis-saħħa ta' l-assistenza taħt it-TALEX, il-Parlament Malti jista' jibbenefika minn għajnuna speċifika? Jekk iva, jista' jagħti eżempji ta' x'tip ta' assistenza/għajnuna tista' tintalab?
Response (BORG, JOE)
Iva, it-TAIEX tista' toffri assistenza teknika / informażżjoni lill-Parlament Malti. Din l-għajnuna tista' tingħata taħt l-forma ta' seminars, workshops, study visits u laqgħat fuq livell tekniku fuq affarijiet li jolqtu l-Parlament u proceduri parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema stazzjonijiet tar-radju u tv qed jixxandru spots tal-MIC? B'liema frekwenza u f'liema ħinijiet qed jixxandru dawn l-ispots?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iqum b'kollox l-upkeep annwali tar-residenza privata tal-Kummissarju Għoli ta' Malta fl-Awstralja?
Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li la issa l-Kummissarju Għoli għandha dar ferm kbira u lussusa b'żewġ sulari, din tibda tiġi wżata bħala uffiċċju u residenza privata tal-Kummissarju Għoli fl-istess ħin?
Response (BORG, JOE)
L-Onorevoli Interpellant japrezza li l-upkeep ta' bini jista' jvarja minn sena għal oħra. Fil-każ tar-residenza uffiċċjali tal-Kummissarju Għoli Malti fl-Awstralja fl-1999 kienet ta' Lm300 filwaqt l-ispejjeż din is-sena s'issa kienu ta' Lm400.
Ma hemm l-ebda hsieb li l-Kummissarju Għoli jibdel ir-residenza uffiċċjali li hija l-propjeta tal-Gvern Malti li nxtrat madwar 30 sena ilu. Nżied ngħid li s-sular t'isfel tal-propjeta ġdida li xtara l-Gvern, qiegħed jintuża bħala Kanċellerija, filwaqt li s-sular ta' fuq jintuża bħala residenza mid-Deputat Kummissarju Għoli. Il-proprejta gdida li nxtrat hija konsidrata bħala nvestiment tajjeb u xieraq magħmul mill-Gvern Malti
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-problemi li nqalgħu bejn Malta u l-Eġittu u l-Libja sabiex tiġi stabbilita linja ta' gwida għaċ-ċittadini Eġizzjani u Libjani li jidħlu Malta?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom għaddejin diskussjonijiet bejn il-Ministeru tiegħi u dak ta' l-Intern sabiex jiġu stabbiliti linji gwida dwar id-dħul f'Malta ta' ċittadini minn pajjiżi tan-Nord Afrika li m'għandhomx bżonn ta' viża biex jidħlu Malta. Bis-saħħa t'hekk huwa ttamat li jiġu evitati, sa fejn possibbli, problemi f'dan ir-rigward.
Nixtieq nippreċiża li d-deċiżjoni finali dwar il-ħruġ ta' dawn il-linji ta' gwida hija f'idejn il-Ministru ta' l-Intern.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-membri f'bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi. Il-bord tal-MEUSAC (Malta EU Steering Action Committee) jiltaqa taħt iċ-Chairmanship tiegħi.
Qiegħed nagħti wkoll lista tal-Membri tal-Bord Konsultattiv tal-MIC (Malta EU Information Centre), liema Information Centre jaqa taħt ir-responsabbilta tal-MEUSAC.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis?
X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?
X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units?
Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units?
Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?
X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Konslu tal-Filippini għal Malta? Fejn hu l-uffiċċju? Hemm impjegati barranin jaħdmu f'dan il-Konsolat? Kemm hu l-ammont u min huwa?
Response (BORG, JOE)
Il-Konslu Ġenerali tal-Filippini f'Malta huwa l-Kavallier Joseph M. Scicluna. L-Uffiċċju tiegħu huwa c/o Universal Trade Centre, Mdina Road, Qormi. Fil-Konsolat Ġenerali hemm segretarja Filippina li jisimha Ms Teresa Descaya. Hija għandha l-permess tax-xogħol neċessarju.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' derogi/perjodu ta' transizzjoni li ntalbu s'issa mill-Gvern Malti fin-negozjati tiegħu ma' l-UE, u jgħid f 'liema kapitlu, fuq liema qasam, u għalkemm żmien (tul), fejn mhux derogi permanenti?
Response (BORG, JOE)
Is-segwenti hija l-lista ta' derogi u perjodi ta' transizzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Din il-lista hija bbażata fuq il-pożzizzjonijiet li ħa l-Gvern dwar sbatax-il kapitlu li tressqu s'issa.
Kapitlu
Qasam
Zmien
4
Xiri ta' propjeta mhix primarja minn cittadini tal-UE għal-raġunijiet ta' spekulazzjoni.
Permanenti
6
Kontinwazzjoni fl-ghajnuna mill-istat ghas-settur tat-tarznari.
L-intrapriżi li huma eliġibbli ghal inċentivi taht l-Att dwar l-iżvilupp Industrijali u l-Att tal-Freeport fir-rigward ta' dawk il-proġetti li gew approvati qabel l-ahhar t'Ottubru ta' din is-sena biex dawn ikunu jistgħu igawdu l-inċentivi.
Kontinwazzjoni tal-iskema TOSS (Tour Operator Support Scheme)
7 snin
Sal-perjodu tal-gheluq stabbilit
Gunju 2004
8
Derogazzjoni sabiex Malta tkompli tikkontrolla sajd fl-ibħra tagħha f'zona ta 25 mil nawtiku ghall-harsien u mmanigjar tal-kwantitajiet tal-hut.
Tibdil f'Annex 1 tar-Regolament numru 3759/92 biex jinkludi lista ta' 29 speci ta' hut li huma ta' interess ghas-sajjieda Maltin biex jibbenifikaw mill-
Withdrawal System
f'kaz ta' qbid abbundanti ta' dawn l-ispeci.
Sospensjoni ta' zmien u t-toqol stabbiliti tad-dghajjes li jistghu jibbenifikaw mill-assistenza provduta taht il-
Financial
Instruments
for Fisheries Guidance.
Permanenti
Permanenti
Permanenti
9
Direttiva 92/6/EEC li tittratta dwar l-installazzjoni u l-uzu ta' apparat biex jikkontrolla l-velocita ta' certi kategoriji ta' vetturi.
Direttiva 96/96/EC li tittratta dwar testijiet li huma mehtiega fuq vetturi u trailers taghhom kemm dwar il-kondizzjoni generali kif ukoll dwar is-sospensjoni tal-vetturi.
Direttiva 99/62 dwar il-livell indaqs ta' taxxi li jridu jithallsu minn vetturi li huma licenzjati li jgorru taghbijiet tqal fil-komunita.
Direttiva 3820/85/EEC biex jinzamm l-eta minima ezistenti ghall-hrug ta' licenzji ghal min irid isuq vetturi li jgorru iktar minn tmien passigieri. Din il-licenzja tkun tapplika biss f'Malta
Il-Gvern talab arrangament specjali skond il-provvedimenti ta' Artiklu 3(2) tad-Direttiva 3821/85/EEC biex jinzamm id-dritt li vetturi li diga joperaw esklussivament f'Malta ma jkunx mehtieg ghalihom li jintroducu taghmir tar-recording ghat-trasport fit-triq li jservi.
3 snin
Sentejn
Sentejn
Permanenti
Permanenti
13
Artikoli 3, 5, 6 u 8 tad-direttiva 93/104 dwar certi aspetti mill organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol.
Direttiva 86/188/EEC dwar il-protezzjoni tal-haddiema mir-riskji irrelatati mal-hoss fuq ix-xoghol.
Direttiva 89/655/EEC dwar il-makkinarju li jintuza fuq ix-xoghol mill-haddiema.
Direttiva 92/57/EEC dwar is-siti ta' kostruzzjoni ta' natura mobbli jew temporanja.
4 snin
Sena
3 snin
Sena
Il-posizzjoni fuq il-kapitoli l-ohrajn ghadha qed tigi fformolata, u d-diskussjonijiet qed isiru isiru fil-kuntest tal-Malta EU Steering and Action Committee, fejn il-Malta Labour Party kienet u ghadha mistiedna biex tippartecipa.
It-test ta' din it-tweġiba ġie sostitwit bid-dokument segwenti li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin fis-Seduta 424 ta' l-14 ta' Novembru 2000.
Is-segwenti hija l-lista ta' derogi u perjodi ta' transizzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Din il-lista hija bbazata fuq il-pozizzjonijiet li ha l-Gvern dwar dawk, mis-sbatax-il kapitlu li tressqu s'issa, li fihom hemm talba ghal deroga jew perjodu transizzjonali.
Kapitlu
Qasam
Zmien
Moviment Hieles tal-Kapital (4)
Kontroll fuq ix-xiri ta' propjeta minn cittadini tal-UE mhux bhala residenza primarja u ghal-ragunijiet ta' spekulazzjoni.
L-iffissar tad-data tas-shubija bhala d-data applikabbli ghall-i
standstill clause
ghat-tkomplija ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital fir-rigward ta' pajjizi terzi skond kif permess mill-Artikolu 57 tat-Trattat dwar L-Unjoni Ewropea.
Permanenti
Permanenti
Kompetiz-zjoni (6)
Kontinwazzjoni tal-ghajnuna mill-istat li m'hix konformi mal-
acquis
ghas-settur tat-tarznari.
Kontinwazzjoni ta' l-incentivi li jgawdu l-intraprizi eligibbli taht l-Att dwar l-iZvilupp Industrijali u l-Att tal-Freeport fir-rigward ta' dawk il-progetti li diga gew approvati.
Kontinwazzjoni tal-iskema TOSS (Tour Operator Support Scheme)
7 snin
Sal-perjodu tal-gheluq stabbilit
Gunju 2004
Sajd (8)
Deroga sabiex Malta tkompli tikkontrolla s-sajd fl-ibhra taghha f'zona ta 25 mil nawtiku ghall-harsien u mmanigjar tal-kwantitajiet tal-hut.
Tibdil f'Annex 1 tar-Regolament numru 3759/92 biex jinkludi lista ta' 29 speci ta' hut li huma ta' interess ghas-sajjieda Maltin biex jibbenifikaw mill-
Withdrawal System
f'kaz ta' qbid abbundanti ta' dawn l-ispeci.
Deroga mir-regoli dwar certi kriterji li jrid ikollhom dghajjes li jistghu jibbenifikaw mill-assistenza provduta taht il-
Financial
Instruments
for Fisheries Guidance.
Permanenti
Permanenti
Permanenti
Trasport (9)
Implementazzjoni tad-Direttiva 92/6/EEC li tittratta dwar l-istallazzjoni u l-uzu ta' apparat biex jikkontrolla l-velocita ta' certi kategoriji ta' vetturi.
Implementazzjoni tad-Direttiva 96/96/EC li tittratta dwar testijiet li huma mehtiega fuq vetturi u trailers taghhom kemm dwar il-kondizzjoni generali kif ukoll dwar is-
'suspensions'
tal-vetturi.
Implementazzjoni tad-Direttiva 99/62 dwar il-livell komuni ta' taxxi li jridu jithallsu minn vetturi li huma licenzjati sabiex igorru taghbijiet tqal fil-Komunita. Qed jintalab ukoll li l-provvedimenti tal-Artikolu 6(3a) dwar l-applikazzjoni ta' rati minimi ta' taxxa ghal-vetturi li joperaw biss fil-konfini nazzjonali japplikaw ghal Malta.
Certi arrangamenti specjali fuq a) l-implementazzjoni tad-Direttiva 88/599/EEC li tipprovdi ghal proceduri normali ta' kontroll ghall-implementazzjoni tar-Regolament 3820/85/EEC dwar certi ligijiet socjali rigward it-trasport fuq l-art u b) l-implementazzjoni ta' Regolament 3821/85/EEC dwar taghmir ta'
recording
uzat fit-trasport fuq l-art.
3 snin
Sentejn
Sentejn
Permanenti
Politika Socjali (13)
Implementazzjoni ta' Artikoli 3, 5, 6 u 8 tad-direttiva 93/104 dwar certi aspetti tal organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol.
Implementazzjoni tad Direttiva 86/188/EEC dwar il-protezzjoni tal-haddiema mir-riskji relatati mal-hsejjes fuq il-post tax-xoghol.
Implementazzjoni tad Direttiva 89/655/EEC dwar l-istandards ta' sahha u sikurezza ghall-makkinarju li jintuza fuq ix-xoghol mill-haddiema.
Implementazzjoni tad Direttiva 92/57/EEC dwar l-istandards ta' sahha u sikurezza fuq is-siti ta' kostruzzjoni ta' natura mobbli jew temporanja.
4 snin
Sena
3 snin
Sena
Il-posizzjoni fuq il-kapitoli li n-negozzjati fuqhom ghadhom ma nfethux ghadha qed tigi fformolata, u d-diskussjonijiet qed isiru fil-kuntest tal-Malta EU Steering and Action Committee, fejn il-Malta Labour Party kien u ghadu mistieden biex jippartecipa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni ta' Ms Tanya Camilleri fl-Ambaxxata ta' Malta fi Franza (Pariġi)? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' l-impjieg tagħha?
Response (BORG, JOE)
Ms Tanya Camilleri ġiet impjegata bħala Professional Officer (Research Assistant) biex tagħmel xogħol relatat ma' l-Unjoni Ewropeja matul il-Presidenza Franċiża u anke xogħol f'oqsma oħra fosthom affarijiet marittimi, kummerċjali u oħrajn b'dimensjoni legali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt.
B'riferenza għal fond amminstrat mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Ministeru tiegħu, biex jassisti lil diversi organizzazzjonijiet iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 kemm ġew allokati fondi lill-organizzazzjonijiet u liema kienu, apparti mill-Kamra tal-Kummerċ, l-FOI, il-GRTU, il-GWU u l-UĦM?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kif ġew allokati l-flus mill-fond amministrat mill-ufficcju tal-Prim Ministru, mill-Ministeru tal-Finanżi u mill-Ministeru tiegħi, biex jassisti lil diversi organizazzjonijiet izommu ruħhom aggornati dwar l-izviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropeja.
Ta' min wieħed jinnota li għas-sena elfejn 55 fil-mija tal-allokazzjoni tħallset bil-quddiem, iżda prova ta' l-infieq trid tiġi provuduta għal ammont kollu li jitħallas.
Din il-lista ma tinkludix riżorsi finanżjari li nghataw lill-Kamra tal-Kummerċ, l-FOI, l-GWU, u l- UĦM, u l-GRTU li ġew allokati LM25,000 kull waħda għas-sena elfejn ħlief għall-aħħar waħda li giet allokata LM20,000.
Korpi kostitwiti/Organizzjonijiet Allokazzjoni għas-sena 2000
Gozo Chamber of Commerce
3,000.00
Malta Chamber of Pharmacists
2,000.00
Kunsill Studenti Universitarji
1,000.00
Association of Speech and language Pathologists
800.00
Għaqda Bdiewa Progressivi
1,000.00
AIESEC
1,000.00
Malta Commercial Bank's Association
1,000.00
Malta Union of Teachers
4,000.00
Nature Trust
1,500.00
APEX - Organizazzjoni tal-Koperattivi Maltin
3,000.00
AEDE
800.00
The Malta Institute of Accountants
1,000.00
The Dental Association of Malta
1,000.00
European Movement
4,500.00
Malta Union of Midwives and Nurses
2,000.00
Fondazzjoni Ceratonia
500.00
Malta Hotels and Restaurants Association
7,000.00
Malta Employers' Association
7,000.00
Malta Institute of Management
2,500.00
National Council of Women
1,500.00
Federation of Organisations for People with Disabilities
1,500.00
CMTU - Confederation of Malta Trade Unions
8,000.00
Cathedral Church - Gozo
400.00
Union Ħaddiema Bank Ċentrali (UĦBC)
500.00
The federation of Malta Hotels, Pensions and Catering Establishments
2,000.00
Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti
1,500.00
The Medical Association of Malta
2,000.00
Assocjazzjoni tar-Ristoranti ta' Malta u Għawdex
1,000.00
Alternattiva Demokratika
4,000.00
Malta Institute of Taxation
1,000.00
Malta Federation of Professional Associations
4,000.00
MUBE - Malta Union of Bank Employees
4,000.00
Għaqda għad-Drittijiet ta' l-Irgiel
500.00
Assocjazzjoni Bdiewa
2,500.00
Foundation for Human Resources Development
1,000.00
TOTAL
80,000.00
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' tagħrif dwar l-effetti ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE qed jingħata lil ħaddiema tal-Marsa Shipbuilding u tat-Tarzna ta' Bormla?
Jista' iqiegħed it-tagħrif jekk qed jingħata u hu bil-miktub fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, JOE)
L-effetti tas-sħubija ta' Malta fuq it-Tarzna jirrigwardaw il-kwistjoni tal-istate aid u l-impatt tal-politika soċjali tal-Unjoni Ewropeja.
Fir-rigward tal-istate aid dina tinkwadra fl-isfond generali tal-futur tat-Tarzna bħala intrapriza vjabbli. F'dan ir-rigward sar l-istudju 'Appeldore' u qed ikompli issir evalwazzjoni kontinwa tal-posizzjoni.
Fir-rigward tal-benefiċji għall-ħaddiema f'dak li għandha x'taqsam il-politika soċjali tal-Unjoni Ewropeja, il-ħaddiema jkunu jistgħu jibbenefikaw minn livelli għolja Ewropej dwar is-saħħa u s-sigurezza tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, u wkoll it-titjib tal-legizlazzjoni dwar il-qasam tax-xogħol.
L-Unions tal-Ħaddiema qed jircievu fondi apposta mill-Gvern biex jinfurmaw lilhom infusom u lill-membri tagħhom dwar l-Unjoni Ewropeja, u l-Ministeru jaf li huma qed jagħmlu dan b'mod regolari.
B'referenza għall-mistoqsija numru 19900, jista' jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?
Response (BORG, JOE)
Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19900 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.
Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inzid mat-twegiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19186 fuq l-istess suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?
Response (BORG, JOE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f'hospitality tal-Ministeru u tal-Ambaxxati kollha kienet ta' 74.16% tal-vot allokat għal hospitality.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-taħdidiet li kienu saru biex jitwaqqaf grupp ta' ħidma Russu-Malti sabiex jiġu evalwati sew il-problemi reali li qed ixekklu l-kummerċ u l-investiment kif ukoll sabiex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi biex titkattar l-kunfidenza fis-suq Russu?
Response (BORG, JOE)
Dan il-grupp twaqqaf bħala riżultat tal-laqgħa li kienet saret bejn il-Ministru Joe Borg u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Russu f'Ġunju li għadda.
Riċentement saret proposta formali lill-awtoritajiet Russi sabiex dan il-grupp iżomm l-ewwel laqgħa tiegħu mingħajr dewmien.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemm xi pajjiżi li għamlu proposti lill-Gvern Malti sabiex isir Free Trade Agreement magħhom?
Jekk iva, liema huma u x'kien l-eżitu ta' dawn it-talbiet?
Response (BORG, JOE)
It-Tuneżija, l-Eġittu u t-Turkija wrew interess fil-possibilita li jsir "Free Trade Agreement" ma' Malta.
Dawn it-talbiet qegħdin jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti.